Illum previous editions

ILLUM 12 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1470552

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 23

12 festi IL-ĦADD 12 TA' ĠUNJU 2022 • illum Enċiklopedija tal-Festa Maltija: Il-gazzetta ILLUM tkompli b'sensiela ta' artikli li matulhom se tkun qed tispjega kliem li huwa assoċjat mal- festi Maltin u Għawdxin, mill-armar tal-knisja u l-funzjonijiet sal-armar ta' barra u n-nar L-Apparat Illum se niħu din l-enċiklopedija bl-apparat tal- festa. X'inhu dan l-apparat? L-apparat huwa dak is-sett ta' lbies liturġiku li jintuża fil-festa. Dan, ġeneralment ikun jinkludi sitt kapep, kappa aktar elaborata għas-saċerdot li jkun qed imexxi, pjaneta li jilbes is-saċerdot waqt il- quddiesa, żewġ tuniċelli (jiġifieri forma ta' pjaneta differenti li jilbes id-djaknu) u verumeral, dak id- drapp li jitpoġġa fuq spallejn iċ-ċelebrant biex bih jaqbad l-isfera (ara l-artikli tal-ġimgħat li għaddew) biex jagħti l-barka sagramentali. Forsi wieħed jistaqsi għaliex dan l-apparat jinkludi biss pjaneta waħda meta fil-quddiesa tal-festa, x'aktarx li jikkonċelebraw aktar minn saċerdot wieħed. It-tweġiba hija faċli. Qabel il-Konċilju, ma kinux isiru konċelebrazzjonijiet. Il-bqija tas-saċerdoti kienu jilbsu t-tuniċella jew inkella l-kappa, skont is-servizz li jkunu qed jagħtu waqt il-quddiesa. L-apparat tal-festa jkun irrakmat u l-kulur tad-drapp (ġeneralment bellus), bħal fil-każ tat-tużell, il- ventartal u l-kanipew (ara l-artiklu tal-ġimgħat li għaddew) ikun dak liturġiku, jiġifieri skont il-festa. Jekk il-qaddis jew il-qaddisa li qed tkun iċċelebrata huwa jew hija martri, mela l-apparat se jkun tal- bellus aħmar. Hawn knejjes li l-apparat tagħhom huwa elaborat u antik ħafna tant li llum ma għadux jintuża biex jibżgħu għalih u għalhekk jarmawh biss fil-knisja jew fis-sagristija. Oħrajn jużawh biss fit-Tranżlazzjoni u ma jużawhx fil-purċissjoni, kemm biex jibżgħu għalih, jew għax hu wisq tqil jew sempliċiment għax tkun wisq sħana biex jintlibes fit- tul. YENDRICK CIOFFI Il-Ġilandra Tista' tgħid li kull knisja għandha dik li tissejjaħ ġilandra. Anke jekk normalment din ma tintużax fil-ġranet tal-festa, hawn knejjes li jarmawha wkoll f 'xi parti tal-knisja jew inkella fis- sagristija, biex tkun tista' titgawda minn dawk li jżuru l-festi. Il-ġilandra hija bħal tabernaklu kbir tal-injam jew inkella tal- fidda. Warajha jkun hemm raġġiera kbira bħal raġġi tax-xemx. Ġeneralment, il- ġilandra tintrama għall-festi tal-kwaranturi, jiġifieri erbgħin siegħa ta' adorazzjoni solenni. Fil-fatt, il-kelma kwaranturi, ġejja mit-Taljan 'Quarant'Ore' li ma tfisser xejn ħlief erbgħin siegħa. Mhux kull knisja tiċċelebra l-kwaranturi fl-istess żmien. Ħafna knejjes jagħmluhom bħal dan iż-żmien, meta l-Knisja tiċċelebra s-Solennità ta' Pentecoste, Korpus (Il-Festa tal- Ġisem u d-Demm tal-Mulej) u anke l-Qalb ta' Ġesù. Oħrajn jagħmluhom f 'perjodi oħra, fosthom fi żmien il-Milied jew l-Ewwel tas-Sena. Fil-kolleġġjata ta' San Lawrenz tal-Birgu, il- kwaranturi jibdew f 'Ħadd il- Palm, tradizzjoni unika li tmur sa żmien il-Kavallieri. Lura għall-ġilandra. Peress li din l-adorazzjoni tkun solenni, fuq l-artal maġġur tintrama din il-ġilandra li fiha titpoġġa l-isfera bl-Ewkarstija. Tissejjaħ ġilandra għax fiha jkollha bieba li ddur biex l-Ewkaristija titgħatta fi tmiem l-adorazzjoni jew inkella waqt li tkun qed tiġi ċċelebrata l-quddiesa. Fil-fatt, il-kelma ġilandra, ġejja mit- Taljan girandola, li tfisser xi ħaġa li ddur. Hawn knejjes li fil-ġranet tal- festa, il-ġilandra jarmawha fin- niċċa tal-vara biex din ma tibqax vojta u tkun tista' titgawda flimkien ma' oġġetti sagri oħra. F'xi knejjes, il-ġilandra tintrama wkoll fil-Milied biex fiha jitpoġġa l-Bambin. Hawn knejjes oħra li l-ġilandra tagħhom hija tal-irħam u għalhekk hija parti integrali mill-artal maġġur. Il-knisja parrokjali ta' Ħal Tarxien, dik ta' Ħaż-Żebbuġ u anke l-knisja ta' Santa Tereża ta' Bormla, għandhom il-ġilandra tagħhom tal- irħam u għalhekk hija parti waħda mal-artal maġġur. L-Impuluzzi Kull knisja żgur li għandha aktar minn sett wieħed ta' impuluzzi. Dawn huma bħal żewġ kontenituri jew vażuni żgħar li jinżammu fuq plattina. Wieħed jintuża biex fih jinżamm l-inbid tal-quddiesa u fl- ieħor jinżamm l-ilma u ġeneralment jittellgħu wkoll waqt l-offetorju. Matul is-sena, x'aktarx li l-impuluzzi jkunu tal-ħġieġ jew taċ-ċaqquf imma fil-festa, almenu dawk li jintużaw fuq l-artal maġġur, ikunu tal-fidda. Settijiet oħra ta' impuluzzi x'aktarx li jintramaw ukoll fuq il-gradenzina, dik il-biċċa għamara li tkun fejn l-artal u li fuqha jitpoġġew dawk l-affarijiet li jintużaw waqt il-quddies. Fil-festa, il-gradenzina tkun armata b'diversi oġġetti tal-fidda u d-deheb, foshtom l-impuluzzi. Peress li qabel il-Konċilju kienu jiġi ċċelebrat diversi quddies fuq l-artali laterali (jiġifieri l-artali żgħar fil-ġnub tal-knisja) x'aktarx li kien ikun hemm diversi settijiet ta' impuluzzi. L-apparat tal-festa li jintuża fil-festa ta' Santa Katarina Verġni u Marti taż- Żurrieq waqt it-Tranżlazzjoni Il-ġilandra tal- Kolleġġjata ta' San Pawl tal-Belt Valletta Sett impuluzzi fil-Kolleġġjata tal- Immakulata Kunċizzjoni ta' Bormla

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 June 2022