Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1470552
Fuq il-gradenzina, ma jkunx hemm armati biss l-impuluzzi imma diversi oġġetti oħra. Fost dawn ikun hemm il-baċir jew il-baċiri, għax normalment ikunu tnejn. Il-baċiri jkunu bħal żewġ platti kbar tal- fidda li jintużaw mis-Saċerdot biex jaħsel idejh waqt il-Quddiesa, eżatt qabel il-Konsagrazzjoni. Wieħed mill-baċiri jinżamm minn abbati li jkollu wkoll il-Lavabo, bħal vażun tal-fidda mimli bl-ilma. Il-baċir l-ieħor jinżamm minn abbati ieħor u fuqu jitpoġġa il-purifikatur, bħal xugaman żgħir li fih is-saċerdot jixxotta jdejh. 13 festi illum • IL-ĦADD 12 TA' ĠUNJU 2022 Maltija: L-armar fil-knejjes (3) Simili għall-ġilandra, il- baldakkin x'aktarx li ftit li xejn għandu użu fil-festa imma hawn knejjes li jarmawh xorta waħda fil-kappella tas-Sagrament (fejn ikun hemm it-Tabernaklu) biex ikun jista' jitgawda. Il-baldakkin huwa bħal tinda kwadra u jinterfa' minn erba' jew sitt irġiel waqt il-purċissjoni bis-Sagrament, bħal dawk il- purċissjonijiet li jsiru fl-aħħar jum tal-Kwaranturi. Jintuża wkoll meta jsir il-Vjatku solenni, jiġifieri purċissjoni li matulha jsiru waqfiet għat-tqarbin tal- morda fi djarhom. Fl-antik, il-baldakkin kien ukoll jinġarr fit-tieġ fuq l-irjus tal-għarajjes u fi żmien l-Ordni ta' San Ġwann kien jintuża biex taħtu jimxi l-Gran Mastru u jkun protett mix-xemx u aktar tard anke l-Isqof tad-Djoċesi kien jimxi taħtu, b'mod partikolari meta jagħmel l-Ingress tiegħu fil-Katidral. Ir-rejiet ukoll kienu jimxu taħt il-baldakkin. Għalhekk, bħalma r-Rejiet u l-kbarat kienu jimxu taħt il- baldakkin, daqstant ieħor kien xieraq li l-Ewkaristija tkun protetta. Il-baldakkin għalhekk għandu l-istess sens u tifsira tat-tużell li dwaru tkellimna fl-ewwel artiklu minn din is- sensiela. Il-baldakkin mhux biss jipproteġi lill-Ewkaristija, imma jostorha wkoll u joħloq sens ta' venerazzjoni. Il-baldakkin ġeneralment ikun abjad tad-damask jew inkella jkun irrakmat b'simboli Ewkaristiċi. Fil-parroċċa ta' San Pawl tar-Rabat, il-baldakkin (bħall-ġilandra) għandu rwol ċentrali u importanti hekk kif apparti l-festa titulari ta' San Pawl, din tiċċelebra wkoll, bl-akbar solennità, il-Festa Prinċipali ta' Korpus, fejn apparti l-adorazzjoni, isiru żewġ purċissjonijiet kbar bis- Sagrament. F'xi parroċċi, bħal fil-każ tal-Parroċċa ta' Kristu Re ta' Raħal Ġdid jew tat-Trinita tal-Marsa, il-baldakkin kellu rwol ċentrali fil-festa hekk kif qabel saru l-vari rispettivi, il- purċissjoni tal-festa kienet issir bis-Sagrament. Fil-fatt, fil-każ tal-Marsa, il-baldakkin mill- isbaħ għadu jintrama f 'post ċentrali fil-knisja anke fil-ġranet tal-festa, anke għax imbagħad jintuża għall-festa ta' Korpus li taħbat ħadd wara s-Solennità tat-Trinita. Il-baldakkin jista' jkun aħmar ukoll meta jintuża fil- purċissjonijiet bil-verulinju (ara verulinju). Wara l-baldakkin ġeneralment jimxi fratell b'umbrella żgħira. Din għandha l-istess użu tal- baldakkin imma tintuża meta s-saċerdot joħroġ minn taħt il-baldakkin biex jidħol fi djar waqt il-vjatku jew inkella sakemm is-saċerdot joħroġ jew jidħol il-knisja. Il-Baldakkin u l-Umbrella Il-Verulinju jew il-Veru Linju hija r-relikwa tas-Salib ta' Kristu. Il-kelma ġejja mit-Taljan, 'Vero Legno.' F'Malta hawn diversi knejjes li għandhom relikwa tas-Salib ta' Kristu u żgur li l-aktar waħda popolari hija dik li tinsab fil-Bażilika ta' Santa Elena f 'Birkirkara. Fil- fatt, nhar it-3 ta' Mejju, f 'Birkikara ssir il-Festa tas-Sejba tas-Salib, jew inkella tas-Santu Kruċ kif inhi magħrufa. F'din il-purċissjoni ma tinħariġx biss l-istatwa sabiħa ta' Santa Elena, li kienet sabet is-Salib ta' Kristu, imma warajha, taħt il-baldakkin aħmar, tinħareġ ukoll din ir- relikwa. Fost ir-relikwi kollha, dik tal- Verulinju hija l-aktar waħda venerata fil-knejjes u propju għalhekk li din tinġarr taħt il- baldakkin u anke wieħed huwa mistenni li jinżel għarkupptejh quddiemha. Meta din ir-relikwa tintrama fuq l-artal, x'aktarx li titpoġġa fil- kustodja, bħal ġilandra żgħira, iżda bla bieba. Apparti Birkirkara, hemm diversi knejjes oħra li jżommu b'tant għożża r-relikwa tal- Verulinju. Fil-Belt Valletta, wkoll issir il-festa tal-Eżaltazzjoni tas- Salib u apparti l-istatwa tinħareġ ukoll din ir-relikwa. Il-festa tkun iċċelebrara mill-Fratellanza tas- Ssmu Kurċifiss imwaqqfa fil-Knisja tal-Franġiskani, magħrufa bħala Ta' Ġieżu. Il-festa kienet tiġi ċċelebrata wkoll b'solennità kbira f 'Bormla, fejn wieħed isib statwa mill-isbaħ tal-Eżaltazzjoni tas-Salib. Anke f 'Bormla, fost l-lokalitajiet oħra, għadek issib baldakkin aħmar li taħtu kien jinġarr il-Verulinju. Fil-ġranet tal-festi, dawk il- knejjes li għandhom din ir-relikwa, x'aktarx li jesponuha wkoll għall- qima tal-pubbliku, jew fin-niċċa tal-vara jew inkella f 'xi post prominenti fil-knisja. Il-Verulinju u l-Kustodja Il-Baċir u l-Lavabo L-Akkolti u s-Salib tal-Kleru Fuq il-gradenzina jkun hemm ukoll armati żewġ akkolti. Dawn ikunu gandlieri żgħar b'xemgħa twila li jinġarru mill- abbatini biswit is-salib tal- kleru. Ġeneralment l-akkolti jkunu tnejn anke jekk fi knejjes Karmelitani u anke dawk Dumnikani se ssib erba' akkolti għax fir-rit antik li kienu jużaw iż-żewġ ordinjiet, kienu jintużaw erba' akkolti. Wieħed għadu jista' jara l-erba' akkolti jintużaw fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu tal- Belt Valletta u anke fil-festi ta' San Duminku kemm fil-Belt Valletta u anke fil-Birgu. Is-salib tal-kleru huwa dak il-kurċifiss tal-fidda, fuq lasta twila, li jinġarr fuq quddiem waqt il-purċissjoni tal-ħruġ (l-introjtu) u d-dħul tal- quddiesa. Jinġarr ukoll, dejjem bl-akkolti maġenbu, fil- purċissjonijiet kollha u warajh jimxu l-abbatini u anke l-kleru tal-parroċċa, jiġifieri s-saċerdoti. Il-baldakkin waqt waħda mill- purċissjonjiet bis-Sagrament fil-festa ta' Korpus fir-Rabat fuq wara tidher ukoll l-umbrella tinġarr fuq l-ispalla tal-fratell Il-Verulinju fil-Kustodja Lejliet il-Festa tas-Santu Kruċ f 'Birkirkara Gradenzina tas-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal- Karmnu tal-Belt Valletta armata għall-festa. Fuq nett jidhru żewġ baċiri L-Akkolti u s-Salib tal-Kleru waqt funzjoni fil-Knisja tad- Dumnikani tal-Birgu