Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1470552
14 illum • IL-ĦADD 12 TA' ĠUNJU 2022 kotba Sette F'dinjijiet paralleli jew anċillari, il-Maltin jgħidu n-numri mhux biss bil-Malti u bl-Ingliż skont il- każ, imma anki la Taljana jew la Sqalli. Jew kienu, għax drawwa li jaf qed tnin malajr, u li aktar assoċjata ma' oqsma it aktar tabù, bħal-logħob tal-azzard u x-xorti, nagħtu każ, il-karti u l-morra, jew inkella anki mal- ballun. Fil-każ tal-aħħar, jingħad ukoll li r-referenzi għaċ-'ċinku' u l-'ottu' ma kinux biss indikazzjoni tan-numru fuq dahar il-plejer, imma wkoll metodu biex dak li jkun ma jimmalafamax billi juża l-isem, bħal fl-eżempju simili tal- gowler, li jekk ikun qed jagħmel paprati suspettużi u mhux tas- soltu, setgħet titlissen, b'inqas konsegwenzi, li 'illum tal-lasti m'aħniex'. Is-Sette Giugno, li ma tistax issejjaħlu b'isem jew ilsien ieħor, donnu wkoll jidħol f 'din is-sotto- dinja kważi tabù tal-istorja Maltija, u anki tat-tema diviżiva tal-jiem pubbliċi. Fejn iż-żewġ partiti, u b'estensjoni l-poplu, ma jaqblux dwar jum nazzjonali wieħed li jgħaqqad lil kulħadd, id-dibattitu aħrax spiss jibqa' dak dwar jekk tgħoddx aktar l-Indipendenza, lid- detratturi tagħha jgħidu li kienet biss pass inadegwat qabel il-ħelsien veru, filwaqt li t-tluq tassew tal- bażi Ingliża spiss jiġi denigrat bħala sempliċi skadenza ta' kuntratt. Jekk inħallu barra l-festi reliġjużi (imma anki l-Imnarja laħqet iċċappset), jifdilina r-Repubblika li donnu ħadd ma jqisha, l-Otto Settembre tqil b'miti fertili, u fl-aħħar, jum li niċċelebrawh b'diffikultà għaliex fl-aħħar mill-aħħar imtebba' bid- dmija u l-imwiet. Fejn ma naqblux, jista' jkun dan il-waqt tal-qbil: jum li għadu studjat s'issa u li welled għadd ta' analiżijiet interessanti għall-aħħar, u li donnu jgħix bħala fatt importanti imma rimoss fil-kuxjenza nazzjonali. Fost wieħed mill-aktar kummenti li jolqotni dwar is-Sette Giugno hemm dak ta' Mark Camilleri li f 'A Materialist Revision of Maltese History 870-1919 (SKS 2016) jiddeskrivi l-ġrajja bħala mument rivoluzzjonarju kontradittorju u kumpless, fejn il-kotra qamet kontra l-ordni assolut mingħajr ma kienet għadha kapaċi tagħżel u twettaq realtà alternattiva. Fi kliem ifqar, is-Sette Giugno mhuwiex ta' partit jew ieħor, anki għax jidher li kulħadd ħa sehem, min għal raġuni u min għal oħra, u l-għedewwa Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb