Illum previous editions

ILLUM 12 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1470552

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 23

IL-ĦADD 12 TA' ĠUNJU 2022 • illum aħbarijiet Il-kummenti ta' Giglio dwar Efimova jqajmu rwiefen kbar fil-PN ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Kelliem tal-Intern tal-Partit Nazzjonalista Joe Giglio qal illi għandu "riservi serji" fuq il- kredibilità ta' Maria Efimova - il-mara li akkużat lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat illi Egrant kienet tiegħu. Efimova fil-fatt kienet is-sors ewlieni ta' Daphne Caruana Galizia għal din l-istorja anke jekk hi kienet qalet li fil-fatt kellha sors ieħor. Huwa kien qed jiġi intervistat minn Andrew Azzopardi fuq l-istazzjon Malta's Heart meta qal dan dalgħodu, b'Giglio jirrakkonta kif hu kien qed jaħdem bħala avukat tal-Bank Pilatus . "Xi diretturi tal-Pilatus kienu kellmuni dwar impjegata (Efimova) li kienet akkużata illi serqet flus permezz ta' karta ta' kreditu. Il-Pilatus kien organizza vjaġġ ta' taħriġ fi Frankfurt u ta din il-karta ta' kreditu lil Efimova. Imma malli kienet waslet lura sabu kont ta' madwar €1,000." Huwa qal li wara rriżulta li hija kienet ħadet lill-familja tagħha magħha u meta l-Bank - u allura dak iż-żmien il-klijent tiegħu - kien ikkonfrontaha, kienet akkużatu li ma ħallashiex il-paga. Giglio kompla jgħid li hu jaf lil Efimova bħala "mara li timmanipula l-fatti... imma bqajt nittama li forsi fuq Egrant kienet qed tgħid il-verità," sostna. Huwa kompla jgħid li ma jemminx illi Efimova ma tridx tiġi Malta minħabba s-sigurtà tagħha u sostna illi għandha titħalla tixhed virtwalment fil-libell tal-eks PM Joseph Muscat fuq il-libell li kien fetaħ, wara l-akkuża li Egrant Inc. - kumpanija fil-Panama - kienet ta' Michelle Muscat. Wara l-akkużi fil-konfront ta' Muscat huwa reġa' qal illi kien jaf li "Efimova kienet mara kattiva li kienet kapaċi titfa' lilha nnifisha f 'ċerti sitwazzjonijiet u dakinhar kont għidt illi jekk vera hemm dokumenti, ħadd ma jkun rahom ħlief hi." Inkjesta Maġisterjali dwar l-allegazzjoni illi Egrant kienet ta' mart l-eks PM u li fiha kienu daħlu madwar $1 miljun minn kont fl-Ażerbajġan għall-kont ta' Egrant fil-Bank Pilatus, qatt ma kienu ppruvati. Iktar minn hekk tali inkjesta lanqas biss kienet sabet kont ta' Egrant f 'dan il-bank, filwaqt illi l-famuż safe fil-kċina li fih suppost kien hemm id- dikjarazzjoni li Egrant kienet ta' Muscat, la nstab u skont l-inkjesta lanqas qatt ma kien hemm safe fil- kċina. Il-Maġistrat Aaron Bugeja (issa Imħallef ) kien saħansitra qal li Maria Efimova kellha tiġi akkużata bi frodi u kalunja. 'Irresponsabbli u insult lejn il- memorja ta' Daphne' - Aquilina jakkuża lil Giglio Kif mistenni l-kummenti tal- Kelliem għall-Intern tal-PN Joe Giglio dwar Maria Efimova qajmu rabja u kundanni minn nies fil-Partit Nazzjonalista stess, bil-kollega tiegħu u Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina jisħaq illi meta dan ipprova jimmina l-kredibilità ta' Maria Efimova kien fir-realtà "mhux biss mill-aktar irresponsabbli, imma wkoll insult lejn il-memorja ta' ġurnalista kuraġġuża Daphne Caruana Galizia u l-attivisti li ġġieldu għall-ġustizzja." Ftit qabel Aquilina l-eks Deputat David ake staqsa x'kien qed jaħseb id-Deputat Nazzjonalista meta qal li qal u sostna li dak li qal Joe Giglio mhuwiex f 'ismu. Anke l-MEP Nazzjonalista David Casa ħalla kumment fuq Twitter u għalkemm ma għamilx referenza ċara għal kummenti tad-Deputat tal-PN, sostna illi dawk li ġġieldu għall-verità ġew insultati u redikolati għax baqgħu sodi quddiem dak li jemmnu. Imbagħad sostna li l-Bank Pilatus - il-klijent ta' Giglio - huwa simbolu tal-korruzzjoni u ħasil ta' flus. Saħansitra Andrew Borg Cardona tefa' tweet li fiha qal illi b'dawn il-kummenti huwa tilef kull interess dwar x'jaħseb u x'jagħmel il-PN. 'Qabel il-kriminali Joe Giglio għandu jaqdi lir-repubblika ta' Malta' - Repubblika Pero' l-aktar kritika ħarxa ġiet mill-Għaqda Repubblika li saħansitra akkużat lil Giglio li qed jittradixxi l-irwol tiegħu ta' Deputat meta juża l-pożizzjoni tiegħu biex jitkellem f 'isem jew favur il-klijenti tiegħu stess. "Meta jirrappreżenta lill-klijenti tiegħu fil-Qorti, Joe Giglio jagħmel xogħlu billi jpinġi lill-kriminali bħala anġli. Meta juża l-kredenzjali tiegħu ta' Parlamentari u Kelliem tal-Oppożizzjoni ma jkollux biss kunflitt ta' interess. Ikun qed jitradixxi l-funzjoni demokratika tiegħu." Repubblika qalet ukoll illi l-fehma ta' Joe Giglio dwar Maria Efimova jafuha mill-fatt li f 'isem il-klijenti tiegħu "ra kif ippersegwitaha fil-Qorti sakemm instab li dak li qalet - li ma tħallsitx mill-klijenti tiegħu - kien vera u kellhom iħallsuha wara l-azzjoni li ħadet. Il-klijenti ta' Joe Giglio – is- sid u d-diretturi ta' Pilatus Bank – jaqblilhom li tinqered il-kredibiltà tal-whistleblower li kixfithom daqs kemm jaqbel lil kull min kixfet x'kien qed iħawwad fil- Pilatus Bank," kompliet tisħaq din l-istqarrija akkużatorja kontra d-Deputat u Kelliem tal-PN. "Jekk Joe Giglio ma jridx "jaħli ħin" magħna u mas-soċjetà ċivili jiddandan bil-kredenzjali demokratiċi dubjużi ta' ħafna politiċi li jaħsbu li għax l-elettorat fdahom temporanjament bil- poter għalihom kulħadd sar dubbien. Aħna se nibqgħu "naħlu" l-ħin tagħna ma' Joe Giglio u mal-politiċi li jidħlu fil- ħajja pubblika biex jaqdu aħjar lill-klijenti privati, miljunarji u kriminali tagħhom." "Bħala politiku tal-Partit Nazzjonalista, Parlamentari, u Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Intern, qabel il-kriminali Joe Giglio għandu jaqdi lir-repubblika ta' Malta u l-ewwel lil dawk minn niesha li jobdu l-liġi," ittemm tgħid l-istqarrija. 'Jum iswed fl-istorja ta' partit bi storja glorjuża' - Jason Azzopardi Intant iktar tard l-eks Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi sostna illi wara dak li qal Giglio "ma hemmx tidwir mal-lewża. Illum il-PN pubblikament iddefenda Bank korrott u l-uffiċjali u Diretturi korrotti tiegħu." Azzopardi qal illi l-PN mhux biss iddefenda lil dan il-bank iżda faħħar lill-Avukat Ġenerali wara li - skont hu - "għadhom ma obdewx l-ordni ta' Magistrat Inkwirenti ta' sena ilu biex id-Diretturi kollha tal-Pilatus Bank jitressqu 'l Qorti fuq tixhim u korruzzjoni." "Huwa jum iswed fl-istorja ta' Partit bi storja glorjuża bħalma hu l-PN, meta llum jieħu n-naħa tal- korrotti u kriminali," temm jgħid Azzopardi li sejjaż dik tal-lum bħala "traġedja." 'Bernard Grech għandu jikkundanna lil Giglio' - Borg Olivier Anke l-eks Segretarju Ġenerali tal-PN Paul Borg Olivier ħalla kumment iebes kontra Giglio illi fih ddeskriva lid-Deputat Nazzjonalista bħala "eks-difensur ta' Pilatus, imħallas mid-diretturi ta' Bank skreditat mill-awtoritajiet Ewropej u Maltin." Borg Olivier sostna illi hu jemmen lil Efimova li - skont hu - għaddiet minn persekuzzjoni. Huwa wera' t-tama wkoll li l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech jikkundanna l-kummenti ta' Joe Giglio. Karol Aquilina jakkużah b'insult lill-memorja ta' Daphne, Jason Azzopardi jgħid li lbieraħ kien jum 'iswed' għall-PN', Borg Olivier jisħaq li Grech għandu jikkundanna u Repubblika jgħidu li Giglio tradixxa l-irwol tiegħu...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 June 2022