Illum previous editions

ILLUM 12 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1470552

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 films IL-ĦADD 12 TA' ĠUNJU 2022 • illum Carmel Bonnici Il-kittieba u awtriċi Daphne Du Maurier (2) (Ikompli minn nhar il-Ħadd li għadda) Meta l-kritiċi tawha l-kategorija ta' novellista romantika hi ma qablet xejn billi l-istejjer tagħha rari kellhom tmiem feliċi, anzi bi sfond oskur u dellijiet ta' misteru. Kate Kellaway, wara l-mewt tagħha kitbet hekk: "Daphne Du Maurier kienet esperta f 'xenarji kkalkulati li ma jkunux solvuti. Hi ma riditx li tpoġġi il-menti tal- qarrejja tagħha fil-paċi. Dejjem xtaqet li l-ambigwita tippersisti. Riedet li n-novelli tagħha jkomplu bis-seħer tagħhom anki wara li tispiċċa taqrahom". Il-volum tagħha Mary Anne (1954) kien rakkont fittizju tal-bużbużnanna tagħha Mary Anne Clarke, imwielda ompson (1776-1852) li mill-1803 sal-1808 kienet il-maħbuba ta' Frederick Augustus, Duka ta' York u Albany (1762-1820). Dan kien e Grand Old Duke Of York, li hi wkoll kanzunetta tat-tfal iż-żgħar, u t-tifel tar-Re Ġorġ III. Fl-1932 Daphne Du Maurier iżżewġet lil Lt. General Sir Frederick Browning li miet fl-1965. Fil-ħajja personali tagħha kellha diversi maħbubin sigrieti. Dan li ġej hu xi tagħrif fil-qosor fuq il- films addattati mill-kotba tagħha: Jamaica Inn (1939). Direttur Alfred Hitchcock. Jaħdmu Charles Laughton, Robert Newton, Maureen O'Hara u Leslie Banks. Ambjentat fi żmien ir-Reġina Vittorja, f 'Cornwall dwar grupp ta' kriminali/pirati li jattiraw vapuri f 'maltempati biex jitkissru fuq il-blat, jisirquhom u joqtluhom u jagħtu parti mill-affarijiet lill-kaptan tagħhom, is- Sinjur Charles Laughton. Rebecca (1941). Jerġa' jidderieġi Alfred Hitchcock. L-atturi huma Laurence Olivier, Joan Fontaine, George Sanders, Judith Anderson. Produzzjoni lussuża dwar mara li tiżżewweġ sinjur nobbli Brittaniku li għadu jgħix fid-dell ta' martu ta' qabel mejta. Rebaħ Oscar għall-aħjar film u ieħor għall-fotografija. Dan it-thriller psikoloġiku reġa' nħadem fl-2020 dirett minn Ben Wheatley bl-atturi Lily James, Armie Hammer u Kristin Scott omas. Fl- 1997 inħadmet serje qasira dwar dan il-ktieb għat-televiżjoni. Frenchman's Creek (1944). Direttur Mitchell Leisen. Jaħdmu Joan Fontaine, Arturo De Cordoba, Basil Rathbone u Nigel Bruce. Fantasija avventuruża kkulurita dwar Fontaine li jsir iħobbha pirata attraenti. Hungry Hill (1947). Direttur Brian Desmond Hurst. Jidhru Margaret Lockwood, Dennis Price, Cecil Parker u Jean Simmons. Il-ktieb ta' Daphne Du Maurier jiffoka fuq familja Irlandiża fis-seklu 19 bil-virtujiet u l-vizzji tagħhom. My Cousin Rachel (1952). L-atturi huma Olivia De Havilland, Richard Burton u Audrey Dalton. Storja eċitanti fejn Burton (fl-ewwel film tiegħu fl-Ameika) jipprova jiskopri l-misterju jekk De Havilland hix ħatja jew innoċenti ta' qtil u ntriċċi oħra. Dan il-film reġa' nħadem fl-2017 bl-atturi Rachek Weisz, Sam Claflin, Iain Glenn u Pierfrancesco Favino. e Scapegoat (1959). Direttur George Sidney. Jidhru Alec Guinness, Bette Davis u Nicole Maurey. Film xi it kkomplikat fejn ġentlom Franċiż joqtol lil martu u jipprova jinvolvi lil wieħed Brittaniku li jixbħu f 'dan ir-reat. e Birds (1963). Għat-tielet darba jidderieġi Alfred Hitchcock. Jaħdmu Rod Taylor, Tippi Hedren, Jessica Tandy, Suzanne Pleshette u Charles McGraw. Waħda mara (Hedren) tmur f 'belt żgħira ħdejn xatt f 'California meta l-għasafar jibdew jattakkaw lin-nies. Film tassew eċitanti mimli tensjoni. Fl-1994 inħadem għat-televiżjoni b'riżultati tassew batuti. Don't Look Now (1973). Direttur Nicholas Roeg. L-atturi huma Donald Sutherland, Julie Christie, Clelia Matania u Massimo Serato. Film b'atmosfera okkulta ta' bruda, iżda wkoll artistiku, dwar ġenituri li t-tifla tagħhom għerqet meta jżuru Venezja b'riżultati ta' twerwir u biża'. Il-kotba ta' Daphne Du Maurier zgur li se jibqgħu jħarju lill-produtturi taċ-ċinema biex, minn żmien għal żmien, jerġgħu jaddattaw il-kotba tagħha għal fuq il-liżar ċinematografiku. (Tmiem)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 June 2022