Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1470552
22 oroskopju IL-ĦADD 12 TA' ĠUNJU 2022 • illum Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'dan il-qamar kwinta fiż- żodjaku ta' Gemini għalik Libra ser ikun waqt għal-opportunitajiet ġodda fil-karriera tiegħek fejn dan ser ikun għalik xenarju għal tibdil pożittiv. Issa aktar minn qatt qabel int trid tkun ferm iffokat sabiex tkompli tkabbar il-madwar tiegħek. Għalhekk tajjeb li tħejji sew lilek innifsek. L-aktar jum ideali għalik huwa dak tal-Ħamis. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Leo. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'dan il-qamar kwint fiż-żodjaku ta' Gemini għalik Scorpio ser iffisser li trid tgħaraf aktar fuq diversi ċaqlieq li hemm riesaq lejk. Issa aktar minn qatt qabel trid tgħaraf dak li riesaq lejk sabiex ir-riżultati li jagħtuk is-sodidfazzjon tant meħtieġ. Issa trid tgħaraf ukoll iż-żomm il-bilanċ madwarek. Żbilanċ jaf joħloq komplikazzjoni. L-aktar jum ideali għalik huwa dak tat-Tnejn. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Pisces. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan il-qamar kwinta fiż- żodjaku ta' Gemini għalik Sagittarius ser jagħmlek tgħaraf iżjed. Dan huwa l-mument li tgħaraf aktar lilek innifsek sabiex tasal għal dawk il-konkluzjonijiet tant mixtieqa minnek. Għalhekk tibżax minn dan il-pass u għaraf aktar bl-abbilta li għandek. Emmen fejn int verament tixtieq tasal. L-aktar jum ideali għalik huwa dak ta l-Erbgħa. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Sagittarius. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan il-qamar kwinta fiż- żodjaku ta' Gemini għalik Capricorn ser ikun perjodu fejn int trid tgħaraf sew dak li tixtieq u mhux dak li ħaddieħor jixtieq minnek. Wasal iż-żmien li int tgħaraf tegħleb il-biża u tgħaraf temmen li int kapaċi tasal il-quddiem. Ovvjament kull pass fiħ is-sagrifiċju tiegħu iżda wara dan żgur tibda tħossok dik il-persuna li tant tixtieq tkun. L-aktar jum ideali għalik huwa dak tas-Sibt. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aries. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat- 18 ta' Frar F'dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta' Gemini għalik Aquarius ser ikun iffisser li trid trattab xi deċiżjonijiet li int taf tesperjenza. Fin-nuqqas ta' dan għalik dan jaf ikun forma ta' xkiel. Għalhekk f 'dan il-mument trid tgħaraf tuża aktar moħħok. B'dan il-mod biss int tista' tkompli tħares il-quddiem lejn dik l-istabbilta' li int tant tixtieq. L-aktar jum ideali għalik huwa dak tat-Tlieta. Iż- żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Virgo. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan il-qamar kwinta fiż- żodjaku ta' Gemini għalik Pisces ser toħloq aktar ħsibijiet dawr il- pożizzjoni fil-madwar tiegħek u għalhekk int trid tgħaraf taħseb b'aktar għaqal u jekk jirnexxilek tagħmel dan int ser tkun kapaċi tgħaraf iżjed il-ħiliet tiegħek. Importanti li tgħaraf dan l-istadju għax dan jaf ikun ta' mera għal- futur qarib tiegħek. L-aktar jum ideali għalik huwa dak tas-Sibt. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Scorpio. Namaste IL-QAMAR KWINTA FIŻ-ŻODJAKU TA' GEMINI Mill-Ħadd 12 ta' Ġunju sas-Sibt 18 ta' Ġunju Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta' Gemini għalik Aries ser tkun ġimgħa ta' għarfien bejn dak li int esperjenzajt fil-passat għal dak li int qiegħed tesperjenza fil-preżent. Int għandek tiffoka biss fuq dak li int għaddej minnhu fil- mument sabiex bl'esperjenza kollha li għandek tgħaraf aktar dak kollu li hemm fil-preżent u dak li riesaq lejk. L-aktar jum ideali għalik huwa dak tat-Tnejn. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Cancer. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan il-qamar kwinta fiż- żodjaku ta' Gemini għalik Taurus ser jagħmlek tirriffletti iżjed sew dwar dak li int għaddej minnu sabiex b'hekk int tkun f 'qagħda tajba sabiex tgħaraf tilqa' għal dak li ġej fil-ġimgħat li ġejjin. Jekk taħseb li bħalissa għandek bżonn xi forma ta' gwida ħalli tgħaraf tmexxi lilek aħjar ħuda u din tista' tkun is-soluzjoni għalik. L-aktar jum ideali għalik huwa dak tal-Ġimgħa. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Capricorn. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan il-qamar kwinta fiż- żodjaku ta' Gemini għalik l-istess Gemini ser ikun perjodu ta' iżjed ippjannar dwar opportunitajiet ġodda li kapaċi jiħulek diversi toroq ġodda. Iżda żgur li int trid tgħaraf temmen iżjed fik innifsek u fil-kapaċitajiet tiegħek sabiex f 'dawn il- ġimgħat li resqin tara' dak it-tkabbir li int tant tixtieq. L-aktar jum ideali għalik huwa dak tal-Erbgħa. Iż- żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aquarius. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'dan il-qamar kwinta fiż- żodjaku ta' Gemini għalik Cancer ser jagħmlek aktar iffokat, aktar attent u aktar preparat minn dak li forsi s-soltu ma kontx tagħti dik l-importanza mixtieqa. Is- sitwazzjioni ta' madwarek qegħda tinbidel u għalhekk huwa mportanti li kull sitwazzjoni hi x'inhi tagħtija dik l-attenzjoni meħtieġa. Huwa mportanti li tgħaraf dan. L-aktar jum ideali għalik huwa dak tal-Ħamis. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Taurus. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan il-qamar kwinta fiż- żodjaku ta' Gemini għalik Leo ser tagħmlek tgħaraf iżjed il-bżonnijiet personali tiegħek l-aktar dawk li jolqtu lilek direttament. Dan jaf jagħmlek tħossok xi it egoist imma dan huwa l-bżonn tal-mument u għalhell int trid tkun aktar imħejji sabiex tgħaraf tkun preparat għal dak li int b'modt aktar dirett qed tħejji għalih. L-aktar jum ideali għalik huwa dak tal-Ġimgħa. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Libra. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'dan il-qamar kwinta fiż- żodjaku ta' Gemini għalik Virgo ser jagħmlek tgħaraf aktar kif għandek tiddeċidi għal deċiżjonijiet li resqin lejk fil-ġimgħat li ġejjin. Dan huwa perjodu ddelikat ħafna għalik u trid tgħaraf sabiex ma twettaqx deċiżjonijiet maġla. Għaraf kun kalm u kawt fil-mod kif taħseb. L-aktar jum ideali għalik huwa dak tat-Tlieta. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Gemini. Namaste PAULJON L-AWTUR IWASSAL IL-ĦAMES PUBLIKAZZJONI THE 2022-2023 HOROSCOPE Forsi ħafna minnkom tistaqsu għaliex din id-darba ktibt dan il- ktieb mhux bil-lingwa Maltija. Kull tant żmien fuq il-mezzi soċjali tiegħi nagħmel ċertu mistoqsijiet sabiex grazzi għat-tweġibiet jien ikolli ndikazzjoni xi tkunu tixtiequ li nwasslilkom. Waħda mill-mistoqsijiet kienet kif ikun preferut ktieb tal-Oroskopju u kont sorpriz li ħafna wieġbu li jkun aħjar jekk ikun miktub bl-ingliz u kien għalhekk li din id-darba ħassejt li din il- publikazzjoni għanda tkun bl-ingliz. Din ma kinitx deċiżjoni faċli għax biex twasslu bil-lingwa barranija joħodlok ħafna aktar ħin u fil-fatt dan il-ktieb ħadli aktar minn seba' xhur biex iffinalizajtu. Dan mhux ktieb li taqbad tikteb u tlestiħ għax dan jinvolvi ħafna ħin twil ta' meditazzjoni. Dan huwa ktieb li jekk iż-żodjaku tiegħek huwa Taurus għandek tnax il-gwida ma' kull żodjaku. Iġifieri għandek tnax il-żodjaku u kull żodjaku ,gwida xahar b'xahar ma' kull żodjaku ieħor u dan verament jieħu ħin twil. Iżda barra l-gwida tal-oroskopju xahar b'xahar int ser tkun qiegħed tesperjenza analiżi dwar il-fażijiet kemm tal-qamar kwinta kif ukoll fil-fażi tan-new moon ikkombinata ma' kull żodjaku. Issib ukoll dak il-parrir partikolari dwar kull żodjaku, għandek ukoll il- konklużjoni ta' kull xahar sabiex tgħaraf aħjar fejn tixtieq timxi. Issib ukoll l- aktar ġranet idejali , ix-xhur idejali , l-aktar dati pożittivi għalik f 'dak ix-xahar, il- kristalla ideali għalik u Cleansing meta jkun l-aktar ideajli għalik li dan int tista' tatwaħ. Interessanti ħafna li fl-aħħar ta' kull paġna kkombinata ma' kull xahar int ser issib messaġġ partikolari, messaġġ li jwasslek lejn dak il-profond ta' dak li tkun qrajt sabiex b'hekk ikollok konklużjoni pożittiva. IKOMPLI L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON