Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1470552
09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 12 TA' ĠUNJU 2022 'Meta jċempluli nies li jkunu se jwettqu suwiċidju dejjem ninnota kelma waħda: Għajjejt' Fil-pajjiż hawn biss erba' negozjaturi fi ħdan il-Korp tal-Pulizija. Imma x'inhu x-xogħol ta' crisis negotiator? Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' wieħed mill-erba' negozjaturi li jiġu mgħajta f'sitwazzjonijiet ta' kriżi. MARIANNA CALLEJA Tiakruh is-serje Money Heist? Tiakru kif mal-Professur, il- moħħ wara s-serqa kbira ġewwa Spanja, dejjem kien ikun hemm spettur li jikkomunika miegħu u jara kif jista' jinnegozja u jsolvi l-operazzjoni għaddejja? Dak hu l-Crisis Negotiator. Għaldaqstant il-kriżi taf tkun ħafna affarijiet oħra. Tista tkun hijack, theddida ta' bomba jew inkella persuna fuq pont lesta biex ittemm ħajjitha. Hi x'inhi l-kriżi, il- Crisis Negotiator dejjem ikun lest 'on call.' L-Ispettur John Spiteri huwa wieħed mill-erba' crisis negotiator fi ħdan il-Korp tal-Pulizija illi jista' jiġi msejjaħ f 'każ ta' kriżi. L-erba' negozjaturi f 'Malta huma mħarġa mill-Uffiċċju Federali tal-Investigazzjoni fl-Amerika, magħrufa aħjar bħala l-FBI. Uħud minnhom, inkluż Spiteri, huma mħarġa wkoll mill-Aġenzija tal- Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl- Infurzar tal-Liġi (CEPOL). Id-definizzjoni ta' dan l-irwol diġà kellimna dwarha iżda l-ispettur Spiteri jispjega kif l-għan hu li "tixtri l-ħin b'aktar konverżazzjoni." Huwa qal li mhux kulħadd ikun jaf x'għandu jgħid f 'sitwazzjonijiet bħal dawn, mhux b'intenzjoni ħażina, iżda wieħed irid joqgħod attent għal kull kelma li jgħid għax ma jafx liema kelma se twassal biex tiggrava s-sitwazzjoni. "Ġieli iktar kemm titkellem aktar agħar. F'każ ta' attentat ta' suwiċidju, aktar aħjar tisma' milli titkellem. Dak li ngħidulu 'active listening.' Kull kelma taf tqanqal is-sitwazzjoni," spjega Spiteri. Huwa kompla jgħid li f 'ċertu sitwazzjonijiet, iktar kemm jiskalaw l-affarijiet, iktar jiżdiedu t-talbiet mingħand il- protagonist tal-kriżi. F'ċertu sitwazzjonijiet jaf ikun hemm ostaġġi, allura trid taħseb fihom ukoll. 'Dejjem lesti biex nitilqu' Il-gazzetta staqsiet lil Spiteri x'inhuma l-passi li jieħdu la darba jirċievu t-telefonata li hemm bżonn il-preżenza tagħhom. Huwa mal-ewwel ikkjarfika li huma jikkunsidraw ruħhom bħala tim, allura l-ewwel jaraw min hu l-aktar viċin tal-post u jiehmu bejniethom min sejjer. Iktar iva milli le, huma jibqgħu fuq telefonata mal-pulizija tad- distrett li jkunu qegħdin fuq il- post biex jirċievu aġġornamenti iżda biex jagħtu pariri sakemm jaslu wkoll. Spiteri jammetti li ġieli jibda jsib dahru mal-ħajt jew bla aktar ideat ta' kif se jirraġuna mal- persuna l-oħra. "Ġieli jagħti l-każ li jkun hemm bżonn iktar minn negozjatur wieħed. It-tieni negozjatur f 'dak il-każ jisejjaħ Coach. Xogħlu hu li jkompli jigwida lin-negozjatur," żied jgħid mal-ILLUM. L-għan pero' jibqa' biex iżomm il-konverżazzjoni għaddejja, speċjalment jekk il-persuna tagħti xi tip ta' ultimatum. Eżempju, ħalliel li jhedded li jekk mhux se jingħata dak li jrid fi żmien siegħa, se joqtol wieħed mill-ostaġġi. Mistoqsi mil-ILLUM x'inhi dik il-ħaġa li żgur qatt ma jinnegozja, Spiteri wieġeb: "Meta jitolbuni li nġib lill-ommhom, tfajla jew persuna oħra. Dik żgur dejjem ngħidilhom le." Huwa spjega li kien hemm ċirkostanzi fejn il-persuna, li tkun se twettaq reat jew suwiċidju, tkun narċissista u l-Ispettur jibża' li f 'każi bħal dawn ikun irid "ipattiha" lil xi ħadd jew inkella agħar minn hekk jagħmel vendetta minnhom. Meta s-sitwazzjoni ma tkunx ta' idejhom, hemm ikollhom jitolbu għall-assistenza medika minn esperti bħal psikjatra. 'Kieku kont naf li qegħdin taħtna jipprovokawh, kont ninżel narrestahom' L-ispettur tkellem mal-ILLUM dwar dak il-każ ta' attentat ta' suwiċidju li seħħ fuq is-swar tal- Belt Valletta fl-aħħar tas-sena l-oħra. Dakinhar il-pulizija kienu msejħa fuq is-swar ta' Hastings wara li ġew informati li hemm raġel fix-xifer u beħsiebu jagħmel suwiċidju. Biex tagħmel is-sitwazzjoni ferm agħar, klikka nies inġabru taħt is-swar u infexxew jgħajtu sabiex iħeġġu lir-raġel biex jaqbeż. Dwar dan l-aġir, l-Ispettur insista illi li kieku semagħhom kien jinżel jarrestahom. "Dak il-ħin kelli l-attenzjoni tiegħi fuqu biss. F'każ bħal dan kelli noqgħod attent iktar," kompla jgħid. Irrakkonta kif ir-raġel kien immigrant li ġie mis-Sirja u kien ilu ċertu żmien jgħix f 'Malta. F'sitwazzjonijiet oħra, tiġi normali fina li nistaqsu, "minn fejn int?" u "kif ġejt f 'Malta." Imma f 'dan il-każ dawk is-sentenzi kienu se jiggravaw is-sitwazzjoni u għalhekk minflok pruvaw jistaqsuh għaliex qed iħossu waħdu, għaliex jaħseb li għandu jtemm ħajtu u fuq kollox jikkalmawh kemm jistgħu sakemm tasal aktar għajnuna. 'Fil-każ tiegħi kelli iktar każi ta' irġiel milli nisa' L-ispettur John Spiteri qal mal- ILLUM li għalkemm qatt ma nnota fattur komuni bejn telfonati ta' attentat ta' suwiċidju li jirċievi, dejjem innota kelma partikolari li jgħidulu: "Għajjejt." Ikompli jispjega kif jgħidulu li jħossuhom weħidhom, li anke f 'kamra mimlija nies, iħossuhom li huma weħidhom. Ġeneralment jgħidulu li ma jistgħux jibqgħu għaddejjin kif inhuma għaddejin, la fix-xogħol, f 'relazzjoni, finanzjarament, fil-familja, hu x'inhu, jibqa' jisma' l-kelma "għajjejt." Fl-aħħar, l-ispettur qal lill- gazzetta li aktar iltaqa' ma' rġiel milli ma' nisa meta kien msejjaħ fuq il-post minħabba attentat ta' suwiċidju.