Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1471184
03 illum • IL-ĦADD 19 TA' ĠUNJU 2022 aħbarijiet L-ILLUM tistaqsi lid-Deputati tal-Labour dwar il- mużika fil-Belt ... Iwieġeb għalihom il-Partit Minkejja li l-gazzetta ILLUM talbet ir-reazzjoni personali tad-Deputati tal-Partit Laburista tal-Ewwel Distrett dwar il-mużika fil-Belt, ħadd minnhom ma wieġeb u minflok wieġeb f'isimhom kollha l-Partit Laburista YENDRICK CIOFFI Fl-aħħar jiem, ħadd mid- Deputati tal-Partit Laburista tal-Ewwel Distrett ma wieġeb mistoqsijiet tal-gazzetta ILLUM dwar l-Avviż Legali li estenda l-mużika mill- istabbilimenti fil-Belt Valletta mill-11pm sas-siegħa ta' filgħodu. Minflok, l-ILLUM irċeviet risposta komuni mill- Partit Laburista li tgħid lid- Deputati jaqblu mal-Avviż Legali kif daħal fis-seħħ. L-Avviż Legali qajjem rabja kbira fost bosta residenti Beltin, inkluż dawk li tkellmu mal- gazzetta ILLUM jisħqu li ma għadhomx jiġu kkalkulati. Fil- fatt, grupp ta' residenti talab lid- Deputati tal-Ewwel Distrett biex jieħdu pożizzjoni u jopponu dan l-Avviż Legali fil-Parlament. Id-Deputati tal-Partit Nazzjonalista ressqu mozzjoni fil-Parlament biex dan l-Avviż Legali jkun irrevokat iżda ħadd minn dawk tal-Partit Laburista ma lissen kelma. Kien għalhekk li l-ILLUM talbet ir-reazzjoni tal-Ministru Aaron Farrugia, is- Segretajru Parlamentari Keith Azzopardi Tanti u d-Deputati Deo Debattista, Cressida Galea u Davina Sammut Hili. Madanakollu ħadd minnhom ma wieġeb u minflok, mingħajr ma talbitha hi, il-gazzetta rċeviet tweġiba mill-Uffiċċju tal-Kommunikazzjoni tal-Partit Laburista, f 'isem kulħadd. Ir-risposta tgħid li l-Gvern ma għandu l-ebda ħsieb li jbiddel lill-Belt Valletta f 'Paceville ieħor. "Fuq kollox l-investiment bla preċedent li għamel il-Gvern fil-Belt Valletta tul l-aħħar snin iżid il-ħtieġa li kull deċiżjoni li tittieħed tirrispetta l-karattru partikolari u l-komunitajiet kollha li jagħmlu l-Belt Valletta, mhux l-inqas lir-residenti. Huwa proprju għalhekk li l-avviż legali jitkellem fuq mużika moderata biss, bejn il-ħdax u s-siegħa ta' filgħodu," tkompli t-tweġiba. Il-Partit Laburista appella biex l-avviż legali jkun segwit b'rispett lejn ir-residenti u għalhekk bil-moderazzjoni li tissemma fih għax, skont il- Partit "hu l-eċċessiv li jaffetwa b'mod negattiv lir-residenti." Anke jekk l-Avviż Legali jinkludi dawk it-toroq kollha li fihom l-istabbilimenti u li fihom jgħixu wkoll ħafna familji, il- Partit Laburista irrimarka li l-Avviż Legali ma jinkludix it- toroq kollha tal-Belt. 'Bħala Viċi Sindku ma nikkummentax ... inħalli lis-Sindku jikkummenta' I l - g a z z e t t a ILLUM talbet ukoll ir- reazzjoni tal- K u n s i l l i e r a Laburisti tal- Belt Valletta. Ray Azzopardi qal li bħala Viċi Sindku ma jixtieqx jikkumenta biex ma jaqbiżx is-Sindku u fuq kwistjonijiet bħal dawn iħalli lis-Sindku jikkummenta. "Issa din il-ġimigħa għandna laqgħa tal-Kunsill Lokali, se niddiskutu u se niddeċiedu minn hemm." 'Naqbel li l-mużika tibqa' sas- 1am iżda f 'livell li ma jdejjaqx lir-residenti' Il-Kunsillier Jurgen Briffa qal li hu jaqbel li l-mużika mill- istabbilimenti fil-Belt Valletta titħalla sas-siegħa ta' filgħodu imma insista li l-Avviż Legali għandu jkun ċar biex ħadd ma jabbuża u l - m u ż i k a t k u n t i n s t e m a ' biss minn dawk li jkunu fuq l-imwejjed. Briffa fakkar li huwa resident ukoll u għalhekk jifhem it-tħassib u r-rabja ta' residenti oħra, b'mod partikolari dawk anzjani li tkellmu miegħu. "Jiena noqgħod fi Triq l-Arċisqof waħda mit-toroq fejn hemm diversi stabbilimenti. Jiena nifhem li r-residenti u t-tħassib tagħhom," kompla Briffa. M a d a n a k o l l u żamm mal- p o ż i z z j o n i t a s - S i n d k u A l f r e d Z a m m i t li mas-sit illum.com.mt qal li għandu j i n ħ o l o q bilanċ u l-mużika sas-1am tkun permessibbli biss mill- Ġimgħa sal-Ħadd. Magħfus biex jgħid jekk jaqbilx jew le mal-Avviż Legali, Briffa qal li jaqbel, basta l-mużika ma ddejjaqx lir-residenti. Għalhekk appella wkoll biex l-Avviż Legali jkun aktar ċar u jgħid ċar u tond li wara l-11pm il-mużika għandha tkun soft jew backround. "Naqbel għax ġieli tmur tard biex tieħu drink il-Belt u ma' nofsilejl issib l-istabbilimenti magħluqa għax malli tieqaf il- mużika, in-nies jitilqu," kompla jisħaq. Madanakollu qal li anke jekk id- diskussjoni qed tkun dwar il- mużika wara l-11pm ta' bil- lejl, l-argument għandu jkun li fl-ebda ħin, lanqas qabel il-11pm, ma għandha tindaqq mużika f 'livell li ddejjaq lir-residenti. Fakkar fid- d e ċ i ż j o n i tal-Kunsill L o k a l i li ma j a ċ ċ e tt a x p e r m e ss i g ħ a d - DJs fit- toroq u dan b'rispett lejn ir-residenti. "Għal xi attività ta' darba nagħlqu għajnejna u ngħinu anke lin-negozji imma fuq kollox nisħqu li r-residenti għandhom ikunu rrispettati," kompla jinsisti. 'Sirt naf mill-midja ... Se nitkellem ma' sħabi u nimxu b'mod kollettiv' Il-kunsillier Lian Pace qal mal- ILLUM li sar jaf b'dan l-Avviż Legali minn fuq il-midja u ma kellux idea minn qabel li l-ħin permessibbli għall-mużika fil-Belt se jkun estiż. Mistoqsi x'inhi l-pożizzjoni tiegħu, simili għal dak li qal il-Viċi Sindku, Pace qal biss li se jkun qed jitkellem ma' sħabu l-kunsilliera tal-Partit Laburista biex jimxu flimkien b'mod kollettiv fuq din l-kwistjoni. "Se niddiskutu u nħabbtu l-ideat u nimxu minn hemm," qal Pace. Aaron Farrugia Cressida Galea Deo Debattista Keith Azzopardi Tanti Davina Sammut Hili Ray Azzopardi Jurgen Briffa Lian Pace X'ġara sa issa? • Il-Gvern jippubblika Avviż Legali li jestendi l-mużika mill- istabbilimenti fil-Belt Valletta mill-11pm sas-1am sakemm tinżamm f 'livell moderat • Dan iqajjem rabja kbira fost ir-residenti Beltin li jitkellmu wkoll mal-gazzetta ILLUM • Is-Sindku tal-Belt Valletta Alfred Zammit jgħid li l-Kunsill se jitlob lill-Gvern biex jiċċara l-Avviż Legali u biex il-mużika titħalla wara l-11pm mill-Ġimgħa sal-Ħadd biss. • Il-Minority Leader tal-Belt Valletta, Christian Micallef jitlob laqgħa urġenti tal-Kunsill u jitlob biex il-permess ikun irrevokat • Grupp żgħir ta' residenti jipprotestaw u jħabbru li se jikkontestaw l-elezzjoni tal-Kunsill Lokali • Grupp ieħor ta' residenti, il-Valletta Residents Revival, jiktbu lid- Deputati tal-Ewwel Distrett biex jieħdu pożizzjoni ċara u jopponu dan l-Avviż Legali fil-Parlament • Il-Gvern joħroġ avviż legal ieħor u jżid żewġ toroq oħra fil-Belt (Arċisqof u Ursola) fejn il-mużika tista' titħalla anke wara l-11pm • Il-Partit Nazzjonalista jippreżenta mozzjoni biex dan l-Avviż Legali jkun irrevokat