Illum previous editions

ILLUM 19 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1471184

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 23

IL-ĦADD 19 TA' ĠUNJU 2022 • illum aħbarijiet Nhar il-Ġimgħa mistennija deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-iskola primarja tal-Mellieħa YENDRICK CIOFFI Nhar il-Ġimgħa 24 ta' Ġunju, il- Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar mistenni jiddiskuti l-estensjoni, it-tisbiħ u l-immodernizzar tal- iskola primarja tal-Mellieħa, bit- tama li x-xogħlijiet li issa ilhom snin jistennew, ikunu jistgħu jibdew. Il-gazzetta ILLUM ilha diversi snin issegwi s-sitwazzjoni ta' din l-iskola u l-isfida ta' nuqqas ta' spazju. Minkejja li l-applikazzjoni ilha quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar mill- 2018, il-permessi għall- estensjoni tal-istess skola baqgħu ma ħarġux u x-xogħol qatt ma beda. Tant kemm l-iskola għandha nuqqas ta' spazju li għal dawn l-aħħar snin, kien hemm studenti li kienu qed jirċievu l-lezzjonijiet fil-Mellieħa Sports Club. Fil-fatt, kien fl-2016 meta l-Kumitat tal-Kontijiet Dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal- Verifika kien approva emenda mressqa mill-Gvern bil-għan li l-Mellieħa Sports Club ikun jista' jintuża bħala estensjoni ta' din l-iskola. 70 student u studenti fi klassiji- et barra mill-iskola Il-Ministeru għall-Edukazzjoni kkonferma li anke din is-sena, 70 student u studenta, maqsuma f 'sitt klassijiet, qed jingħataw il- lezzjonijiet barra mill-binja tal- iskola. Dawn jinkludu l-klassijiet tal- kindergarten u klassi ta' induction għal tfal ta' familji barranin. Il-problema baqgħet tikber sena wara l-oħra hekk kif mill-iskola kienu qed jispiċċaw inqas studenti minn kemm kienu qed jidħlu fis-sena ta' wara. Dan għax il- popolazzjoni tal-Mellieħa baqgħet tikber fosthom minħabba għadd ta' familji barranin li jmorru jgħixu hemm. Madanakollu jidher li wara l-aħħar artiklu li din il-gazzetta ppubblikat aktar kmieni dan ix- xahar, dwar it-tkaxkir tas-saqajn fil-permessi għal din l-iskola, l-affarijiet iċċaqilqu. Il-Ministeru għall-Edukazzjoni informa lill- ILLUM li nhar l-24 ta' Ġunju se tkun qed issir diskussjoni dwar dawn il-permessi. "Il-Ministeru għall-Edukazzjoni jħares 'il quddiem għall-24 ta' Ġunju meta l-Bord tal- Awtorità tal-Ippjanar mistenni jiddiskuti l-estensjoni, it-tisbiħ u l-immodernizzar tal-iskola tal- Mellieħa," wieġeb il-kelliem tal- Ministeru għall-mistoqsijiet tal- ILLUM. 'Proposti twarrbu għax mhux vijabbli finanzjarjament' Din il-gazzetta staqsiet ukoll għaliex fl-aħħar xhur, ingħataw il-ġenb il-proposti li kien ressaq id-Deputat Mellieħi u l-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar. Fil-fatt, ix-xahar li għadda, meta kien qed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari, il-Ministru għall- Edukazzjoni Clifton Grima qal li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) sabet li l-proposti ta' Cutajar mhumiex vijabbli. Dan minkejja li fl-aħħar xhur kien jidher li hemm qbil dwarhom, anke min-naħa ta' Deputati Melliħin. Fost oħrajn, Cutajar kien qed jipproponi li l-parkeġġ tal-iskola li se jinbena taħt l-estensjoni jkun mifrux fuq sitt sulari u mhux fuq tnejn biex jaqdi l-bżonnijiet tar- residenti wkoll. Ippropona wkoll biex mill-parkeġġ ikun hemm mina pedonali li tixref fi Triq Borg Olivier, it-triq ewlenija tal- Mellieħa, bil-għan li jonqos it- traffiku fl-istess triq u l-ħwienet ikunu aktar aċċessibbli. Kien ippropona wkoll li s-sala tal-iskola tinbena mill-ġdid biex tirbaħ sular u nofs taħt l-art u tkun tista' taqdi wkoll mhux biss lill-istudenti imma anke l-għaqdiet tal-Mellieħa. Dwar dawn il-proposti kienet saret laqgħa wkoll fuq il-post mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada. Mistoqsi dwar dan u għaliex il- proposti issa nstabu li huma mhux vijabbli, il-Ministeru kkonferma li r-raġuni hija waħda finanzjarja. "Il-Ministeru hu impenjat li jimplimenta l-proġett bil-mod kif ippjanat għax hu l-iktar wieħed li jagħmel sens mil-lat ta' finanzjament," qal il-Ministeru. Fakkar kif b'kollox, ix-xogħlijiet fuq l-iskola primarja tal-Mellieħa se jkunu qed isiru b'investiment ta' €17.5 miljun u huwa ppjanat biex jilħaq aħjar il-ħtiġijiet tat-tfal li jgħixu l-Mellieħa. Spjega kif il-proġett hekk kif propost mill-Gvern se jkun jinkludi wkoll parkeġġ ta' żewġ sulari taħt l-art li jesa mitt karozza. Dwar għaliex l-applikazzjoni damet ħafna pendendi, il- Ministeru qal li fl-aħħar xhur, apparti l-ippjanar, il-proċess kien suġġett għad-direzzjoni tas- Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali minħabba l-għerien li hemm fis-sit. X'se tinkludi l-estensjoni? Il-proġett jinkludi r-rinovar tal-binja eżistenti u anke l-bini ta' blokka ġdida biswit l-iskola. F'din il-binja se jkun hemm tmien klassijiet ġodda tal-kindergarten u 26 klassi ġdida għall-primarja. Se jinkludi wkoll faċilitajiet għall-edukaturi u servizzi oħra, fosthom kamra għall-First Aid, liberija, gym u sala. Il-gym se jkun jintuża mill-pubbliku wara l-ħinijiet tal-iskola. Ix-xogħlijiet se jkunu qed jassiguraw li jkun hemm il- ħolqien ta' klassijiet addizzjonali għal suġġetti vokazzjoni, ix- xjenza, l-arti u l-mużika u anke għall-iżvilupp soċjali u personali. Se jkun hemm kamra wkoll multi-sensorjali għat-terapija ta' dawk it-tfal li jiġu bżonnha u anke spazju għal ċentru ġdid ta' childcare. Meta jkun konkluż, l-iskola se tkun qed tilqa' 700 student u l-edukaturi jiżdiedu b'25 persuna. Il-Ministeru jispjega li proposti li kienu saru biex ikun massimizzat l-ispazju għall-ġid tal-komunità Melliħija mhux se jsiru għax mhux vijabbli finanzjarjament Dehra ta' kif se tkun tidher l-iskola primarja tal- Mellieħa wara x-xogħlijiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 June 2022