Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1471184
06 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' ĠUNJU 2022 • illum 'Għandu 70 sena u għadu jitgħallem, jesperimenta Messaġġ għall-futur, pariri biex jibqgħu umli u ammirazzjoni għall-kreattività. Hekk kif illum infakkru Jum il-Missier, il-gazzetta ILLUM titkellem ma' Clayton Pace, Ivan Gaffiero, Abigail u Salvu Mallia fuq l-isbaħ mumenti flimkien u dak kollu li jibni r-relazzjoni bejn il-missier u uliedu ANTHEA CACHIA Minkejja li l-missirijiet ma' jġorrux lil uliedhom għal disa' xhur sħaħ, xorta waħda għandhom rwol sinjifikanti u xorta waħda jħobbu u jgħożżu lil uliedhom, bl-istess mod ta' kif tagħmel l-omm. Bħalma għamilna f 'Jum l-Omm, illum f 'Jum il-Missier infakkru wkoll lil dawk il-missirijiet li tilfu lill uliedhom, lill-ulied li tilfu lill-missierhom, lil dawk li qatt ma kellhom l-opportunità li jsiru missirijiet u lil dawk il-persuni kollha li ma humiex missirijiet iżda kellhom l-istess irwol. Għal din il-ġurnata iddedikata lill-missirijiet il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' tliet missierijiet li m'għandhom bżonn l-ebda introduzzjoni; Ivan Gaffiero, Salvu Mallia u Clayton Pace. Ilkoll tkellmu mal-ILLUM u stqarru l-aktar mumenti diffiċli għalihom bħala missirijiet, x'inhi l-aktar ħaġa li jħobbu jagħmlu ma' uliedhom u jekk ikollhom jgħaddulhom xi parir, xi jkun. 'L-emozzjonijiet li jagħtuk it-tfal diffiċli tiddeskrivihom. Uniċi' Clayton Pace, attur magħruf fid-dinja tad-drammi Maltin, huwa missier Noah li llum għandu tliet snin. "Nixtieq li t-tifel tiegħi ngħallmu jgawdi l-mument," qal Pace. Huwa rrakkonta li peress li jaħdem ma' ħafna żgħażagħ, innota "ossessjoni bil-gadgets… li kieku jistgħu, jużawhom il-ħin kollu." Għaldaqstant ix-xewqa tiegħu hi li jara lill-ibnu jgawdi kull mument tal-ħajja, "bħal meta konna tfal aħna u allura japprezza dak li qed jiġri madwaru u jgħix il-mument." 'L-akbar sfidi huma l-ħin u l-karriera tiegħi' Mistoqsi x'inhi l-aktar ħaġa għall-qalbu bħala missier u l-aktar ħaġa li hija ta' sfida għalih, saħaq li bla dubju l-akbar sfidi huma l-ħin u l-karriera. Jisħaq li minn meta kellu lil ibnu lura fl-2019, kellu jwaqqaf ħafna proġetti. Minkejja li d-drama huwa l-impjieg full-time tiegħu, kellu jnaqqas ammont sostanzjali minn xogħlu. Jgħid iżda li min-naħa l-oħra l-aktar ħaġa ta' sodisfazzjon għalih hija, "l-emozzjoni sabiħa li jagħtuk it-tfal. Jekk nipprova niddeskrivi din l-emozzjoni bil- kliem żgur li ma jirnexxilix. Din l-emozzjoni hija unika." Pace ikompli jgħid li l-aktar ħin tal-ġurnata li jkun qed jistenna ta' kuljum huwa l-ħin tal-logħob. Qal li bħalissa ibnu Noah qiegħed fil-fażi li ffissa fuq l-eroj u d-dinosawri u waħda mill- aktar logħob li jħobb jilgħab ma' ibnu hi li jaqbdu wieħed mid- dinosawri u taparsi jipproteġu lil ommu milli tiġi attakkata mid- dinosawru. 'Meta tagħmel it-tajjeb, tirċievi t-tajjeb lura' Pace jemmen li ibnu għandu jkollu żewġ kwalitajiet. L-ewwel waħda hija li jkun kapaċi jagħmel dak kollu li jagħmlu kuntent u li ma jħallix lin-nies jew il-biża' twaqqfu, "dejjem jekk dan ma jkunx ta' ħsara għalih." It-tieni punt li enfasizza fuqu kien biex ibnu ma jweġġa' lil ħadd u jħobb lil ta' madwaru. "Meta tagħmel it-tajjeb, tirċievi t-tajjeb lura," qal Pace. 'Li kieku jkollok tagħtih parir għal meta jikber, xi jkun?' Fl-aħħar Pace qal li parir li dejjem jagħti lil ibnu hu li jħobb u jieħu ħsieb lilu nnifsu. Huwa kompla jgħid li sfortunatament il-ħajja ta' llum hi wisq mgħaġġla u biex wieħed ilaħħaq ma' kollox xi kultant, "tinsa lilek innifsek." "Kif diġà għidt qabel ix- xewqa tiegħi hija li nara lil ibni kuntent, mhux importanti x'karriera jaqbad jew liema xogħol ikollu," żied Pace. Huwa temm b'messaġġ għall- Noah tal-futur u qallu, "irridek tkun taf li jien se nappoġġjak dejjem u f 'dak kollu li tixtieq qalbek … Inħobbok." Ritratt: Clayton Pace ma' ibnu Noah u martu Lenies Pace