Illum previous editions

ILLUM 19 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1471184

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 kummerċjali IL-ĦADD 19 TA' ĠUNJU 2022 • illum lin-nies lesti biex ikomplu jaqdu r-rwol kruċjali tagħhom fis-soċjetà. F'Settembru li għadda, l-Awtorità nediet l-iskema Irrestawra l-Każin. Wara s-sejħa inizjali, l-Awtorità rċeviet 84 sottomissjoni li minnhom 72 tqiesu validi. Filwaqt li l-każini li applikaw kienu prinċipalment każini tal-baned, waslu għadd ta' sottomissjonijiet minn klabbs tal-futbol lokali, klabbs tal-boċċi u organizzazzjonijiet volontarji oħra. B'kollox, l-Awtorità qed tiffinanzja qrib il-€250,000 b'xogħlijiet li jvarjaw bħalma huma r-restawr tal-faċċata tal-każin, fosthom gallariji u aperturi tal-injam, waterproofing, xogħlijiet ta' rinnovazzjoni interna, u titjib oħra ta' faċilitajiet. Iċ-Chairperson Eżekuttiv tal-Awtorità, is-Sur Martin Saliba, qal li "m'għandniex nissottovalutaw l-importanza tal- każini tagħna – minbarra l-wirt kulturali li għandhom dawn l-organizzazzjonijiet, fi ħdan is-soċjetà Maltija, iservu bħala postijiet li jgħaqqdu nies ta' etajiet u fehmiet politiċi differenti, jiħu possibiltajiet, u bħala fora biex jiġu esplorati opportunitajiet ġodda. Illum il-kultura tal-każini qed tinbidel b'rata mgħaġġla u ssir aktar inklussiva, speċjalment fejn tidħol il-parteċipazzjoni tan-nisa li mhux biss jattendu iżda qed jkunu minn ta' quddiem f 'dawn iċ-ċentri soċjali." Żied jgħid li "permezz tal- inizjattiva Irrestawra l-Każin wrejna l-appoġġ tagħna lil dawn l-għaqdiet volontarji biex ntaffu l-piż finanzjarju li l-pandemija ħalliethom jiffaċċjaw. Xogħlijiet ta' manutenzjoni fuq il-proprjetajiet tagħhom xorta kellhom isiru irrispettivament jekk kinux magħluqa għal numru sinifikanti ta' xhur." Kemm din l-iskema kif ukoll l-iskema Irrestawra l-Faċċata, li kienet indirizzata lejn proprjetajiet li jinsabu ma' numru ta' toroq fejn il-livelli tat-traffiku huma ogħla, huma friegħi tal-iskema dejjem popolari Irrestawra Darek li l-Awtorità kienet ħarġet fl-2017 għal tliet snin konsekuttivi. Dawn l-iskemi jpoġġu lill-Awtorità bħala wieħed mill-kontributuri ewlenin ta' Malta biex il-fondi jkunu disponibbli b'mod wiesa' biex jippromwovu u jissalvagwardjaw il-wirt komuni tagħna. Permezz tal-Iskema Irrestawra Darek biss, l-Awtorità għamlet disponibbli €25 miljun u assistiet 355 first-time buyer, 151 binja skedata fi Grad 1 jew 2, 42 organizzazzjoni volontarja u 2,058 sid privat ta' residenzi ġewwa ż-żoni ewlenin tar-raħal. Testimonjanzi Żewġ każini li bbenefikaw minn din l-iskema kienu s-Soċjetà Filarmonika La Vittoria u s-Soċjetà Filarmonika L-Unjoni, fil-Mellieħa u Ħal Luqa rispettivament. Is-Sur Pawlino Mifsud, President tal-Każin La Vittoria qal li "din l-iskema ġiet introdotta fiż-żmien opportun. Permezz tal-għotja li tatna l-Awtorità rnexxielna nwettqu x-xogħlijiet tant meħtieġa biex il- ġebla dekorattiva tal-gallarija ma ssirilhiex aktar ħsara. Minħabba ċ-ċirkostanzi, ma kellniex ir- riżorsi finanzjarji biex inwettqu dawn ix-xogħlijiet." Il-President tal-Każin tal- Banda L-Unjoni, is-Sur Joseph Piscopo, qal li "bbenefikajna minn din l-iskema u b'hekk irnexxielna nwettqu xogħlijiet ta' manutenzjoni fuq il-faċċata tal-każin tagħna. Xogħlijiet li jinkludu t-tneħħija ta' żebgħa li kienet qed titqxxar, u żebgħa mill-ġdid tal-livell tal-pjan terran tal-proprjetà, u l-manutenzjoni tal-gallarija tal-injam u tal-lqugħ tal-ħadid maħdum." Huwa temm jgħid li "mhux biss bbenefikajna bħala każin, imma l-komunità kollha bbenefikat peress li dan huwa bini ċentrali u jsebbaħ waħda mit-toroq prinċipali ta' Ħal Luqa."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 June 2022