Illum previous editions

ILLUM 19 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1471184

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 23

22 kummerċjali IL-ĦADD 19 TA' ĠUNJU 2022 • illum Il-każini – jerġgħu jgħaqqdu lin-nies Wara waqfa ta' sentejn mill-istaġuni tal-festi kiber l-eċċitament u l-entużjażmu fil- każini tal-baned, f 'kull lokalità. Reliġjożament, f 'kull lokalità ssib wieħed jekk mhux tnejn jew tlieta minn dawn il-każini. Mifruxa fuq medda ta' 150 sena, dawn il-każini, li oriġinarjament bdew purament bħala każini soċjali lokali, illum huma parti importanti mill-ħajja komunitarja u n-nisġa kulturali tar-raħal Malti. Il-każini tal-baned mhumiex l-uniċi każini li nsibu fil- lokalitajiet tagħna. Fil-fatt, kull belt jew raħal tilqa' firxa ta' klabbs oħra marbuta ma' xi sport, professjoni, kultura, reliġjon, filantropija jew kwalunkwe interess ieħor. Il-każini u l-klabbs lokali għandhom l-għeruq tagħhom fil-komunità tagħna – jafu x'hemm bżonn, kif jilħqu lin-nies u kif jirrispondu malajr. Huma jipprovdu lil gruppi ta' nies tal-istess ema b'post fejn jiżviluppaw, joħolqu netwerk, jiġbru l-ħiliet, jaqsmu l-passjoni tagħhom jew sempliċiment iservu bħala mezz ta' kumpanija. L-effett tal-pandemija fuq il- każini F'Diċembru 2019, bħal ħalliel billejl, il-Covid-19 beda jaffettwa l-ħajja u l-għajxien ta' ħafna nies madwar id-dinja. Sakemm il-virus laqat ix-xtut tagħna, il- marda kienet inkonvenjent, iżda meta fil-bidu ta' Marzu 2020, in- nies li jgħixu f 'Malta bdew juru sintomi tal-virus, l-affarijiet bdew jinbidlu malajr. L-awtoritajiet tas-saħħa daħħlu miżuri robusti tad-distanza soċjali, u l-għeluq ta' postijiet pubbliċi kien inevitabbli. L-ispejjeż soċjali u ekonomiċi tal-pandemija kienu ħafna u varjati. Filwaqt li kellhom jiddaħħlu l-miżuri robusti biex jipprevjenu l-imxija tal-marda, dawn l-istess miżuri kellhom il-konsegwenzi tagħhom. L-għeluq temporanju tal- klabbs soċjali kollha f 'Malta u Għawdex mhux biss ħalla lil dawn l-organizzazzjonijiet volontarji mingħajr id-dħul regolari tagħhom iżda ħalla lill- komunitajiet lokali jesperjenzaw sens akut u sever ta' iżolament soċjali u diżimpenn. Irrestawra l-Każini Scheme Matul ix-xhur li għaddew, l-Awtorità tal-Ippjanar kienet minn ta' quddiem biex tgħin lill- klabbs u l-każini lokali kollha biex jiżguraw li jsalvaw mid- diffikultajiet finanzjarji li ġarrbu matul il-pandemija, u joħorġu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 June 2022