Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1471184
17 Marie Louise Coleiro Preca hija President Emeritu opinjoni illum • IL-ĦADD 19 TA' ĠUNJU 2022 L -20 ta' Ġunju ta' kull sena, il-Ġnus Maqgħquda tfakkar Il-Jum Dinji tar-Refuġjati. Dan huwa jum iddedikat biex niakru f 'dawk il-miljuni ta' persuni, familji, żgħażagħ u tfal li kellhom jitilqu darhom u pajjiżhom biex jaħarbu mill-gwaj tal-gwerrer, kunflitti, persekuzzjoni, faqar, effetti qawwi tat-tibdil fil-klima u sitwazzjonijiet oħra prekarji. Fl-aħħar għaxar snin il- popolazzjoni tar-refuġjati madwar id-dinja, irdoppjat. Skont il-UNHCR hemm aktar minn 84 miljun ruħ li kellhom jaħarbu minn djarhom u kważi 27 miljun ruħ minnhom huma refuġjati. Dan huwa l-akbar numru ta' refuġjati li qatt rat id- dinja. Dan in-numru ma jiħux in konsiderazzjoni il-kriżi ta' refuġjati mill-Ukrajna. Huwa stmat li madwar 35 miljun minn din il-popolazzjoni huma tfal taħt it-18-il sena. Dan ifisser li 42% ta' dawk kollha li kellhom jaħarbu minn darhom jew inkella twieldu fil-proċess tal-immigrazzjoni, huma tfal. Fil-ħarba ta' dawn in-nies minn pajjiżhom f 'din in-naħa tad-dinja, eluf ma jirnexxilhomx jaslu f 'ambjent sigur. Fir-reġjun tagħna eluf jitilfu ħajjithom fil-baħar Mediterran. Il-Papa Frangisku li kien magħna it tal- gimgħat ilu, jiddiskrivi l-baħar Mediterran, bħala 'ċimiterju kbir'. Nies oħra jinqabdu fil-kampijiet fil-Libja fejn sfortunatament huma magħrufa għat-tortura, stupru, skajvitù u persekuzzjonijiet oħra. Dawk li jirnexxielhom jaslu f 'art Ewropea, ħafna drabi m'humiex milqugħa. F'pajjiżna, uħud minnha xejn ma narawhom sbieħ, anzi hemm fostna li jehdew joffendu u jinsultaw lil dawn l-imsejkna bnedmin bħalna. Dawk fostna li jaġixxu b'dan il-mod lanqas jirrealizzaw li aħna bħala ġens, aħna ġens migrant. Poplu li tant eluf minn fostna kellhom jitilqu kollox warajhom biex isibu x-xogħol biex jiksbu ħajja u għixien diċenti. Għal xi wħud li jaraw lil bnedmin ta' kulturi u/jew kulur differenti bħala anqas minna, l-argument tagħhom huwa li dawn se jimponu fuqna l-kultura tagħhom. Lil dawn in-nies li jirraġunaw b'dan il-mod jiddispjacini għalihom, għaliex narahom li għadhom jgħixu taħt l-influwenza tal-kolonnja u li għadhom ma fehmux li minn jikseb l-indipendenza u l-ħelsien tal-ħsieb, ma jħossux mhedded minn kulturi u kulur tal-ġilda. Ma jħossux inferjuri u beżgħan li xi ħadd se jisraqlu 'l mod kif jagħzel biex jgħix. L-argument l-ieħor huwa li f 'Malta m'għandniex spazju għalihom. Filwaqt li l-kwistjoni ta' l-immigrazzjoni fil-Mediterran u n-nuqqas ta' solidarjetà bejn il-pajjiżi speċjalment minn dawk Ewropej, tirrifletti n-nuqqas ta' solidarjetà, empatija, rispett u għarfien, u tirrifletti fuq it- telfien tal-valuri Ewropej. Iżda jien nistaqsi, kif imbagħad mill- istatistika ppubblikata mill-Aġenzija Jobsplus li giet ippubblikata f 'dawn il-jiem, insibu li wieħed minn kull erba' ħaddiema f 'Malta huwa barrani. Kwazi 28% huma ħaddiema barranin sa Settembru 2021. Jien nistaqsi lil dawk li jgħidu li m'għandniex spazju kif imbagħad aktar minn kwart tal-ħaddiema f 'Malta huma barranin. Allura din mhix diskriminazzjoni fl-aqwa tagħha kontra ċertu razzez ta' bnedmin! Allura dan mhux razziżmu? Marie Louise Coleiro Preca Ħuti. Ħutna....

