Illum previous editions

ILLUM 19 June 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1471184

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 23

19 editorjal illum • IL-ĦADD 19 TA' ĠUNJU 2022 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I d-deċiżjoni tal-FATF li Malta ma tibqax fil-Lista l-Griża, bla dubju hija waħda li tagħti nifs lil pajjiżna, imbut- tatura lill-ekonomija u tibda tirranġa bil-mod, il-mod il-ħsara reputazzjonali li saret. Il-fatt li ħriġna minn din il-Lista hija kawża għal sodisfazzjon iżda żgur mhux ta' fanfarri jew ċelebrazzjoni, għax kif wara kollox qal il-Prim Ministru stess, ma messna qatt dħalna fil-Lista mill-bidu nett. Wieħed jiem li n-nuqqasijiet li dwarhom tkellmu l-FATF ma bdewx fl-2013, meta kien elett Gvern Laburista u li żgur kien hemm attitudni laxka fejn jirrigwarda evażjoni u anke l-mod kif jiġu trattati sidien aħħarin ta' kumpaniji (Ultimate Beneficiary Owners), qabel ma nbidel il-Gvern. Fil-fatt wieħed jista' jasal għall-konklużjoni li n-nuqqasijiet Maltin kienu riżultat ta' snin fuq snin ta' inazzjoni u aċċettazjoni ta' dak li kien ħażin. Li ġara differenti wara l-2013 kien li fl-2017 inqatlet ġurnalista u filli konna gżira tax- xemx u l-baħar, li miljuni kbar lanqas biss kienu jafu biha u xi kultant lanqas f 'mappa ma tidher, filli sirna pajjiż notevoli għax fih inqatlet ġurnalista li kienet ukoll l-eħrex kritika tal-Gvern. L-istorja kulħadd jaa, kulħadd jaf min kien implikat, kulħadd issa jaf ta' min hi 17 Black, lil min kien jistieden għal birthday tiegħu, f 'liema uffiċċju kien joqgħod dieħel u ħiereġ dan l-akkużat (Yorgen Fenech) u ma' min kien iħobb iċekċek it-tazzi u jaqsam l-għerf kulinari tiegħu! Kulħadd jaf liema uffiċjal (mhux elett) tal-Gvern kien qal li tant kien ħabib ma' Fenech, illi kien lest jidħol fin-nar għalih! Għal dan l-istess persuna li - allegatament - qatel ġurnalista u niżżel isem pajjiżna fl-agħar ħama! Il-gwaj ġabuh fuq Malta, Maltin stess! Nies eletti fil-poter u dawk għat-taparsi ħbieb li qagħdu jiċċirkondawhom! Minkejja dan wieħed ma jistax ma jagħtix krettu lill-Prim Ministru preżenti, u miegħu lill-Ministru tal-Finanzi, li minkejja li kellhom iħabbtu wiċċhom ma' dan il-piż kbir irnexxielhom jagħmlu l-progress meħtieġ biex noħorġu mil-Lista l-Griża. U dan illum jirrikonoxxih kważi kulħadd. Imma x-xogħol għadu ma spiċċax. Issa ġejjin xhur illi fihom il-Gvern, il- Prim Ministru Abela, il-Ministru Clyde Caruana, l-ambaxxati, il-Ministru Ian Borg u diversi oħrajn jeħtieġ jingħaqdu biex jirranġaw il-ħsara reputazzjonali li saret u li għalkemm ma waslitx biex ċkien is- settur finanzjarju żgur li wassal biex diversi kumpaniji jaħsbuha darbtejn jinvestux hawnhekk, banek barranin ikunu aktar stretti fejn jirrigwardaw banek Maltin, biex tiżdied ċerta burokrazija u finalment sitwazzjoni li tat vantaġġ lill-kompetituri tagħna. Issa huwa l-mument li Malta mhux biss tfakkar li ma għadhiex f 'din il-lista imma li ħarġet minnha għax kienet kapaċi twettaq riformi meħtieġa u li dawn se tkompli ssostnihom. Li aħna ġurisdizzjoni serja, kif qal il-PM Abela it wara t-tħabbira uffiċjali tal-FATF, huwa importanti li jimuh l-ewwel u qabel kollox dawk l-investituri potenzjali ta' pajjiżna, u dawk li jixtiequ jagħmlu n-negozju ma' pajjiżna. U dan isir billi l-Gvern mhux jitkellem biss għall-udjenza lokali, imma juża l-Ministri u l-ambaxxati tiegħu u l-Membri Parlamentari Laburisti, biex propju jwassal dan il-messaġġ. Naturalment l-akbar lezzjoni iżda għandna neħduha aħna lkoll. Kollox għandu prezz! Illum ma għadniex fortizza f 'nofs il-Mediterran fejn dak li jiġri hawn jibqa' hawn. Illum l-aħbar tiġri, illum aħna membri tal-Unjoni Ewropea u allura hemm ċerta standards li rridu naraw illi nilħqu. Il-Gvern għandu jibda jipprepara bis- serjetà għall-eventwalità - probabbilment fil-qrib - li titwaqqaf l-iskema ta' ċittadinanza kif nafuha. Il-Gvern għandu jibda jara x'għejjun oħrajn, aktar affidabbli u inqas riskjużi jista' jsib biex idaħħal il-miljuni b'mod li ma jitfgħux dell fuq pajjiżna u r-reputazzjoni tagħna. Il-politiċi tagħna jridu jkunu aktar kontabbli u jimu li ż-żmien fejn "tisraq u taħbi jdejk" issa għadda u indifen. Il-Partiti jridu jimu li fir-realtà tal-lum hemm skrutinju qawwi fuqhom u fuq il-membri tagħhom mill-midja tradizzjonali u l-midja soċjali wkoll. In-negozji - speċjalment dawk medji u kbar - iridu jimu wkoll li llum qegħdin f 'realtà ġdida, fejn ċerti prattiċi li kienu n-norma mhux se jibqgħu: Jekk humiex depożiti, jekk huwiex użu ta' flus kontanti, jekk hux ħlas ta' taxxa, jekk hux ir-regoli bankarji dwar self u tant aktar. Ilum qed ngħixu f 'Malta li ħierġa minn żmien ta' skrutinju fuqha, skrutinju li se jkompli. Ikun ta' xejn li noqgħodu nwaħħlu f 'ħaddieħor jew noqgħodu ngħidu li "għax hemm min huwa agħar minna". Issa din hija r-realtà u rridu ngħixu biha. Ċerti prattiċi, ċerta medjokrità u ċerta "ejja ħa mmorru" ma għadhomx aċċettabbli aktar. It-tajjeb ta' dan l-episodju kollu huwa li kellna ngħaddu minnu biex għamilna ċerti riformi li kienu ilhom jistennew biex jibdew snin fuq snin fuq snin. Imma kif ngħidu, aħjar tard milli qatt. FATF: Ix-xogħol għall-Gvern għadu se jibda!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 June 2022