Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1471184
09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 19 TA' ĠUNJU 2022 'Intaxxa xarbiet ta' ħsara għas-saħħa u bil-flus għin lill-produtturi lokali biex ma jgħollux il-prezzijiet' L-għaqda Żminijietna tesprimi inkwiet dwar iż- żieda fil-prezzijiet ta' prodotti ġejjin mill-ħalib hekk kif l-inflazzjoni tlaħħaq il-5.8% Avukat, għandu 60 sena u eks Teżorier u eks President tal- Eżekuttiv. Perici Calascione l-unika isem għal Viċi Kap... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM L-għaqda Żminijietna qed titlob illi hekk kif din il-ġimgħa mistennijin jerġgħu jogħlew il- prodotti ġejjin mill-ħalib bħal yogurts, ġobnijiet u krema - fost oħrajn - Il-Gvern messu jgħin lill-produtturi lokali sabiex il- prezzijiet jibqgħu "stabbli u affordabbli." "Din iż-żieda fil-prezzijiet se taffettwa l-aktar familji bi dħul baxx", żiedet tgħid Żminijietna. "Il-konsum ta' prodotti magħmula mil-ħalib huma parti essenzjali mid-dieta Maltija." Għalhekk fl-istqarrija tagħha l-għaqda sostniet illi l-Gvern għandu jibda jintaxxa ċerti xarbiet li huma ta' ħsara għas-saħħa u li fihom ħafna zokkor, kif ukoll li huma kaġun ta' ħafna mard u l-flus minn din it-taxxa tmur biex il- Gvern jgħin lill-produtturi lokali, fosthom tal-ħalib. Il-prezz tal-ikel jimbotta l-inflazzjoni 'l fuq Intant il-prezzijiet qed ikomplu telgħin u telgħin u l-aktar li telgħin huma l-prezzijiet tal-ikel. U dan reġa' kkonfermah l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tard din il- ġimgħa, li juri kif f 'Mejju li għadda l-inflazzjoni reġgħet telgħet għal 5.8% minn 5.4% f 'April biex Mejju ġiet innutata l-ogħla inflazzjoni li qatt kien hawn mill-bidu tal-2020. Iż-żidiet huma nnutati l-aktar fil-prezzijiet tal-ikel b'rata annwali ta' 10.4%. Dawn iż-żidiet fil-fatt mistennijin ikomplu hekk kif fil-ġranet li ġejjin tħabbar llli se jerġgħu jogħlew il-prezzijiet tal- ġobon, yogurts u prodotti oħrajn li ġejjin mill-ħalib. Iż-żidiet huma frott diversi fatturi mhux l-inqas il-fatt li l-UE timporta ħafna mill- qamħ u ċ-ċereali, kif ukoll żejt tat-tisjir mill-Ukrajna, kunsinni ta' dawn il-prodotti maqbudin fl-Ukrajna minħabba l-gwerra u prezzijiet ogħla ta' trasportazzjoni. Iż-żieda fil-prezz ta' ġwież wassal biex qed jogħla wkoll - u f 'xi każi b'mod goff - il-prezz tal-laħam. Iċ-ċifri tal-NSO juru wkoll illi l-inflazzjoni baqgħet tiela' u tiżdied xahar wara xahar minn Jannar li għadda meta kienet tlaħħaq l-4.1%. Bħal ma ġara fl-elezzjoni għall- Kap tal-PN, meta kandidat kien hemm wieħed biss - Bernard Grech - l-istess se jiġri fil-każ tal- Viċi Kap hekk kif kienet persuna waħda biss li tefgħet isimha għal din il-kariga: Alex Perici Calascione. Dan minkejja illi fl-aħħar ġimgħat kienu qed jissemmew b'saħħa numru ta' nisa, hekk kif kien mium li Grech xtaq illi jkollu mara bħala Viċi Kap tal- PN u xi ħadd li huwa x it jew wisq differenti mill-isfond tiegħu. Fil-fatt kienu qed jissemmew Rebekkah Cilia, u aktar riċenti Janice Chetcuti u Graziella Galea. Calascione - avukat ukoll - kellu diġà karigi oħrajn fil-PN, fosthom dak ta' teżorier u kien ukoll kandidat fl-elezzjoni għal Kap ġdid fl-2017, meta kien skwalifikat fl- ewwel rawnd flimkien ma' Frank Portelli. Huwa kien ukoll President tal-Eżekuttiv tal-PN, fiż-żmien meta t-tmexxija ta' Adrian Delia kienet qed tiġi sfidata mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista. Aktar tard illum il-Kummissjoni Elettorali se titlob lill-Kummissjoni Kandidati biex tibda minnufih il-proċess li jmiss: dak ta' due diligence. Wara li l-Kummissjoni Kandidati tikkonkludi x-xogħol tagħha, il- Kummissjoni Elettorali tiaħ il- proċess għan-nomina uffiċjali għal Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista. Isem wieħed biss għall-Viċi Kap tal-PN... Alex Perici Calasione għat-tieni l-ogħla Kariga fil-partit Jaqa' ħames sulari f'xaft ġo sit ta' kostruzzjoni Kmieni lbieraħ filgħodu, għall-ħabta tas2:30 a.m il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġo sit ta' kostruzzjoni fl-inħawi ta' Triq ir-Ramla, fil-Mellieħa. Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li żewġ ġuvintur ta' 18 u 19-il sena mill-Awstrija kienu daħlu fis-sit. Waqt li kienu fuq il-bejt wieħed minnhom, il-ġuvni ta' 19-il sena, waqa' f 'sha, għoli ta' madwar 5 sulari. Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u membri mid- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ittieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea LL.D, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin. Mar jistad lejn Għar Ħasan u nstab mejjet fil-baħar Il-Ġimgħa għall-ħabta tal-11:00 p.m il-Pulizija ġiet infurmata li anzjan ma kienx irritorna d-dar, wara li aktar kmieni waranofsinhar kien mar jistad minn fuq l-irdumijiet fl-inħawi ta' Għar Ħasan, f 'Birżebbuġa Fuq il-post indikat, fejn ir-raġel ta' 72 sena residenti Ħal Tarxien kien qiegħed jistad, marru l Pulizija tad-Distrett u hemmhekk sabu l-vettura tiegħu, kif ukoll xi oġġetti personali u affarijiet relatati tas- sajd. Minnufih bdew tfittxijiet fiż-żona mill-Pulizija u membri tal- Protezzjoni Ċivili minn fuq l-art, waqt li l-Forzi Armati ta' Malta assistew bi tfittxijiet fil-baħar permezz ta' patrol boat u mill ajru permezz ta' ħelikopter. Sfortunatament, ilbieraħ filgħodu għall-10:00 a.m intlemaħ katavru f 'daħla fil-blat mill-bugħaddasa tal-Forzi Armati u ġie kkonfermat li kien tar-raġel ta' 72 sena. Aktar tard il-kadavru ddaħħal fil-Bażi Marittima f 'Xatt it-Tiben. Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li l-anzjan x'aktarx waqa' b'mod aċċidentali minn fuq l irdumijiet waqt li kien qiegħed jistad. Bil-każ ġie nfurmat l-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistu. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.