MaltaToday previous editions

ILLUM 3 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472275

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 23

03 illum • IL-ĦADD 3 TA' LULJU 2022 aħbarijiet Il-Partit Nazzjonalista jgħid li l-eżodu tal-pulizija mill-Korp huwa 'perikoluż' "Il-Gvern Laburista tilef għal kollox il-ħila li jiżgura Korp tal- Pulizija motivat u organizzat tajjeb. Il-Korp tal-Pulizija jinsab f 'sitwazzjoni ħażina ħafna." Hekk saħaq f 'stqarrija l-Partit Nazzjoanlista dalgħodu. Joe Giglio, Kelliem għall-Intern, is-Sigurtà u r-Riformi u Ivan Castillo, Kelliem għax-Xogħol u s-Settur Marittimu qalu fl-istess stqarrija li l-moral fi ħdan il-Korp mhux biss hu f 'livell baxx, iżda s-sens ta' demotivazzjoni nxterdet kullimkien. Din, skont huma, twassal għal sitwazzjoni ta' tħassib u perikoluża, fejn qed naraw Pulizija jitilqu mill-Korp iktar milli jidħlu rekluti ġodda. Il-Partit Nazzjonalista assigura li huwa qed iħoss li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal- Pulizija jeħtieġ li jitjiebu biex, minflok eżodu ta' Pulizija, ikunu attirati aktar persuni li jagħżlu li jidħlu jaħdmu fi ħdan il-Korp. Dan filwaqt jesprimi solidarjetà mal-membri kollha tal-Korp, li "qed jiffaċċjaw l-agħar sitwazzjoni li qatt kienu fiha, b'kundizzjonijiet ħżiena tax-xogħol, b'pagi baxxi u mingħajr l-ebda spalla mill-Gvern biex tinħoloq il-bidla li għandu bżonn il-Korp tal-Pulizija." L-istqarrija itemm tgħid li bil- kriminalità qed tiżdied u bi Gvern li mhux jindirizza l-problemi li ħoloq hu stess, "il-poplu qed jitlef il-fiduċja tiegħu fil-Korp," u għalhekk jappella lill-Gvern u lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jassiguraw it-tibdil meħtieġ biex il-Korp jissaħħaħ mill-ġdid. Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista jappella lill-Gvern u lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jassiguraw it-tibdil meħtieġ biex il- Korp jissaħħaħ mill-ġdid Il-Qorti tiddikjara proviżjoni fil-liġi dwar id- droga bħala waħda li tikser il-Kostituzzjoni Jidher illi ċ-Ċaqnu kien akkużat illi kkorrompa uffiċjal ta' kumpanija bbażata l-Freeport Imħallef ordnat li l-Ispeaker tal-Kamra u l-Ministru għall-Ġustizzja jingħataw kopja ta' sentenza mogħtija llum li ddikjarat l-Att dwar id-Dipendenza tad-Droga (Trattament mhux Priġunerija) bħala wieħed li jmur kontra l-Kostituzzjoni. Dan ħareġ mis-sentenza mogħtija llum mill-Imħallef Joanne Vella Cuschieri f 'każ Kostituzzjonali miuħ mill-eks nutar Reuben Micallef. Micallef għad għandu appell pendenti wara li fl-2020 kien instab ħati ta' frodi u ngħata sentenza ta' ħames snin ħafs. Huwa kien tressaq il-Qorti akkużat li ffroda madwar 12-il kumpanija b'eluf ta' ewro. Huwa ngħata sentenza ta' ħames snin ħabs. Wara li fetaħ l-appell, l-avukati ta' Micallef kienu talbu biex il- Qorti tal-Appell tinbidel f 'Qorti ta' Droga minħabb l-vizzju tad-droga li kien għaddej minnha l-akkużat u li skonthom, wasluh biex iwettaq ir-reati li għalihom instab ħatja. Madanakollu, din it-talba ġiet irriutata wara l-argumenti li għamel l-Avukat Ġenerali, jiġifieri li l-akkużi inkwistjoni setgħu waslu biex l-akkużat jingħata sentenza ta' seba' snin ħabs u għalhekk mhuwiex eliġibbli biex il-każ tiegħu jgħaddi quddiem il-Qorti tad-Drogi, anke jekk hu ngħata sentenza ta' ħames snin ħabs biss. Fl-applikazzjoni tagħhom quddiem il-Qorti Kostituzzjonali, l-Avukati nnutaw kif l-Avukat Ġenerali ma appelax kontra l-ħames snin ħabs mogħtija lill- akkużat u allura ma kien hemm l-ebda ċans li s-sentenza tiegħu se tkun qed tiżdied. Kien għalhekk li qalu li l-eks nutar inkisrulu d-drittijiet fundamentali tiegħu għax kienet qed issir diskriminazzjoni bejn dawk il-persuni li jkunu akkużati b'reati li jistgħu jwassluhom biex jintbagħtu seba' snin ħabs u dawk li jingħataw sentenza inqas ħarxa Qalu li l-liġi mhijiex ċara biżżejjed u kif inhi miktuba kienet qed iċċaħħad lill-akkużat milli jaċċessa l-Qorti tad-Droga. Skonthom, dan id-dritt huma miktub ċar u tond fil-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal- Bniedem u anke fil-Kostituzzjoni. L-Avukat tal-Istat ma qabilx ma' dawn l-argumenti imma l-Avukati żammew sodi. Fis-sentenza tagħha, l-Imħallef ma laqgħetx l-argument tal- Avukat tal-Istat jiġifieri li t-talba ta' Micallef kienet invalida għax hu ma kienx akkużat b'offiżi relatati ma' droga. Qalet li fil-każ, Micallef kif spjega kif spiċċa dipendenti fuq id- droga anke minħabba kwistjonijiet personali. Micallef kien insista li żewġ persuni kienu ħadu vantaġġ mill- vizzju tiegħu u kienu użawh biex jimportaw madum mil-Libja u l-ispejjeż wasluh biex ma kienx kapaċi jħallas dipendenzi li kellu. L-Imħallef daħlet fid-dettall dwar din il-liġi u insistiet li huwa minnu li d-drittijiet tal-akkużat ġew miksura u ddikjarat il-liġi inkwistjoni bħala waħda li tikser il-Kostituzzjoni. Fil-fatt, hija ordnat biex il- proċeduri kontra Micallef ikunu aġġornati sakemm il-leġislaturi jemendaw il-liġi. Kien għalhekk li ordnat biex kopja ta' din is- sentenza tingħata lill-Ispeaker u anke lill-Ministru għall-Ġustizzja. Charles Polidano, magħruf bħala ċ-Ċaqnu kien irrilaxxat fuq ħelsien mill-arrest, wara li kien interrogat fuq akkużi ta' ħasil ta' flus u korruzzjoni. Rapporti qed jindikaw illi ċ-Ċaqnu huwa suspettat illi kkorrompa uffiċjal ta' kumpanija bbażata fil-Freeport permezz ta' bejgħ ta' proprjetà. Ilbieraħ ibnu Gordon kien arrestat ukoll, bil-kumpanija taċ- Ċaqnu tiċħad l-akkużi kontra Polidano, fil-fatt f 'kumment ma' e Times Polidano Brothers qalet illi flimkien mal-awtoritajiet qed tivverifika l-pagamenti li saru lill-kumpanija fi tranżazzjoni fl-2014 li kienet tinvolvi konvenju. Qalet illi tinsab kunfidenti li l-awtoritajiet se jkunu sodisfatti bil-verifikazzjonijiet li saru.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MaltaToday previous editions - ILLUM 3 July 2022