Illum previous editions

ILLUM 10 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472869

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 films IL-ĦADD 10 TA' LULJU 2022 • illum Carmel Bonnici Il-qawmien tal-faxxiżmu nażista u l-qilla u l-ħruxija tal-S.S (3) Ikompli mill-ġimgħa li għaddiet Xi membri tal-SS famużi jew infamin kienu Herbert Wahler, Alois Brunner, Helma Kissner, Adolf Storms, John Demjanjuk, Oscar Groening, Josef Mengele, Gerhard Bohne u diversi oħrajn. L-SS kienu ħatja ta' diversi massakri li saru fuq nies innoċenti bi tpattija għall-attakki tal-partiġġjani. Insibu films li wrew dawn il-ġrajjiet, fosthom: Rappresaglia (Massacre In Rome) (1973), bl-atturi Richard Burton, Marcello Mastroianni u Leo McKern. Fit-23 ta' Marzu 1944 f 'Ruma, 33 suldat Germaniż jinqatlu b'bomba. L-Ajjutant Kurunell Herbert Kappler ikun ordnat joqtol, bi tpattija, 10 darbiet aktar nies Taljani. Sophie Scholl: The Final Days (2005). Fl-1943, in-Nażisti qatlu lil Sophie Scholl, studenta universitarja u attivista li xerdet karti fil-kamp tal- universita' tipprotesta kontra l-gwerra. A Hidden Life (2019). Il-film jirrakkonta l-istorja ta' Franz Jagerstatter, Awstrijak u Kattoliku ferventi u kuxjentuż li ma riedx jaħlef lealta' lejn Hitler u nqatel mixli bħala traditur. Film li reġa' għolla l-kalibru tad-direttur rinomat Terence Malick. Fl-1985 ħareġ id-dokumentarju Iżraelit Shoah dwar l-Olokawst ta' Claude Lanzmann, produzzjoni twila kważi 9 sigħat u nofs dwar l-esterminazzjoni tal- Lhud fil-kampijiet tal-konċentrament. Miracle At St. Anna (2008). Id-direttur Spike Lee jirrakkonta l-istorja vera li ġrat fl-Italja fl-1944 dwar erba' suldati Afro/ Amerikani li jinqabdu ġo villaġġ fis- Toskana fit-Tieni Gwerra Dinjija fejn isir massakru mill-Germaniżi biex ibeżżgħu lin-nies tal-post. Wieħed mill-eħrex, verament kattiv u tirann tal-SS kien Reinhardt Heydrich. Kien jammira u jadura lil Hitler u Heinrich Himmler inkarigah bħala l-kap tal-Intelliġenza Sigrieta biex jiġġieled kontra l-Kommunisti ġol-Germanja li kient taħt it-treġija tar-Repubblika Weimar. Wara li Hitler laħaq Kanċillier hu sar il-kap tal-Gestapo. Kif faqqgħet it- Tieni Gwerra Dinjija, Heydrich akkwista promozzjoni bħala l-kap tas-sigurta' tal- pajjiż fejn l-iskwadra tal-mewt tiegħu kienu jimxu wara l-armata Germaniża jikkommettu ġenoċidji fl-Ewropa tal- Lvant, l-aktar kontra l-Lhud u dawk stmati bħala għedewwa. Fl-1941, Heydrich ħa l-inkarigu ta' Protettur tar-Reich fil-Bohemia u Moravia (ir-Repubblika Ċeka u l-Islovakkja tal-preżent) u ħalef li jnaddaf il-belt ta' Praga mill-Lhud. Imdejqin bil-ħruxija u nuqqas ta' liberta', iċ- Ċeki ddeċidew li jwettqu operazzjoni perikuluża, "Operation Anthropoid", dik li joqtlu lil Heydrich. Il-patrijotti li għamlu dan ix-xogħol kienu ttrenjati fir-Renju Unit u niżlu Praga bil-paraxut f 'Diċembru tal-1941. Fis-27 ta' Mejju 1942 l-attentat, għalkemm mar żmerċ, xorta fera gravament lil Heydrich li miet ftit wara fl-isptar. It-tpattija tan-Nażisti kienet qawwija fejn eluf ta' Ċeki innoċenti ntqatlu u l-villaġġ ta' Lidice inqered bil-maskili kollha ta' minn 16-il sena 'l fuq jiġu mmassakrati u n-nisa u t-tfal ntbagħtu f 'kampijiet tal-konċentrament. Dawk il-patrijotti li wettqu din l-operazzjoni ġew traduti u nħbew fil-Kattidral fejn ġew mgħarrqa bl-ilma. Dak li ttradihom għall-flus ġie mgħallaq fl-1947. Dan ix-xenarju hu ideali biex ikun irrakkontat fuq il-liżar il-kbir u, naturalment, ħarġu diversi films dwar dan l-avveniment. Fl-1943 deher Hangmen Also Die!, fejn il-parti ta' Heydrich ħadimha Hans Heinrich Von Twardowski, suċċess tajjeb hawn Malta kien kiseb il-film Operation Daybreak (1975), it-tirann ikun Anton Diffring; films oħra dwar dan is-suġġett kienu The Assassination (1965), The Butcher Of Prague (2011), Lidice (żewġ films Ċeki), Anthropoid (2016), The Man With The Iron Heart (2017), li kien aktar dwar il-ħajja ta' dan l-infami, parti maħduma minn Jason Clarke u The Face Of Evil:: Reinhard Heydrich (T.V. 2002), dokumentarju fejn in-narratur ewlieni hu Charlton Heston. TMIEM Reinhard Heydrich

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 July 2022