Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472869
06 analiżi IL-ĦADD 10 TA' LULJU 2022 • illum Free Votes, ribelli u inkwiet Mid-divorzju u żwieġ ugwali sal-IVF Il-kunċett ta' Free Vote ma bediex ilbieraħ u lanqas huwa uniku għas-sistema Parlamentari Maltija. Pero' fl-aħħar snin rajna diversi okkażjonijiet ta' free votes li qajmu ħafna diskussjoni u waslu għal inwkiet intern fil-partiti, b'mod speċjali fil-PN... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Dan l-aħħar erġajna smajna ħafna fuq il-Free Vote - jiġifieri meta partit politiku jagħti d-dritt lid-Deputat li jivvota skont il-kuxjenza tiegħu, minflok in-norma - li hija meta partit (suppost) ilaqqa' l-Grupp Parlamentari, jiddiskuti u jieħu pożizzjoni komuni fuq kwistjoni jew oħra, liema pożizzjoni tkun assigurata mill-Whip. Ġeneralment dan il-free vote jingħata taħt il-kappa, jew hemm min jgħid taħt l-iskuża, tal-fatt li l-mexxej politiku ta' dak il-partit jixtieq iħalli lid-deputati tiegħu liberi fuq kwistjonijiet ta' prinċipji, morali u materji li jitrattaw etika jew twemmin. Ħafna drabi iżda l-vera kurrenti taħt l-għoti ta' vot ħieles ikunu ta' konvenzjenza politika wkoll, minħabba li kwistjoni partikolari tkun qed thedded dik il-faċċata ta' "għaqda" li l-partiti lokalment tant jisħqu fuqha, f 'ambjent daqstant polarizzat. Il-'famuż' free vote' tad- divorzju fil-PN Jekk immorru lura fl-istorja riċenti insibu li fost l-aktar Free Votes li qajmu interess u diskussjoni kien hemm propju dak li tratta d-divorzju, it wara referendum li fih 122,547 persuna - jew inkella 53.2% t a l - v o t a n t i - ivvutaw biex Malta ddaħħal id- divorzju, wara li koppja tkun ilha separata għal erba' snin. Dakinhar il-Partit Laburista - speċjalment il-Mexxej Laburista Joseph Muscat - kien ħareġ bi ħġaru favur l-introduzzjoni tad-divorzju. Nhar id-9 ta' Frar 2011 il- Kumitat Eżekuttiv tal-PN ħabbar li huwa "favur il-familja u kontra d-divorzju" għalkemm sejjaħ ukoll għal Free Vote fuq din il-materja. L-eks Segretarju Ġenerali tal- Partit Nazzjonalista Paul Borg Olivier kien qal illi d-divorzju mhuwiex il-mod idoneu ta' kif tippromovi l-valuri tal- familja. Ironikament iżda kellu jkun Deputat Nazzjonalista - Jeffrey Pullicino Orlando - li jressaq mozzjoni biex jiddaħħal id-divorzju, xi ħaġa li waslet biex Pullicino Orlando għamel ħafna għedewwa fil-PN, b'saħansitra l-eks Kap u eks PM Eddie Fenech Adami jikkritika l-mod kif dan ressaq mozzjoni għad-divorzju, waqt li kien intervistat minn Andrew Azzopardi. Fenech Adami kien qal illi dak li għamel Pullicino Orlando kien inaċċettabbli. "Ma nasal qatt naċċetta li ssir xi ħaġa bħalma għamel Pullicino Orlando. Meta qiegħed f 'partit ma tistax tmur minn wara dahar kulħadd u tiddeċiedi l-aġenda int," kien qal Fenech Adami, illi dakinhar saħansitra ħeġġeġ lill-PM Gonzi biex ikun aktar iebes u jkollu kontroll akbar. Joħroġ Stephen Spiteri mill-bieb tad-Dar Ċentrali... Kien id-Deputat N a z z j o n a l i s t a Stephen Spiteri li, hekk kif kien irrappurtat fuq is-sit maltatoday tat-30 ta' Mejju 2011, feġġ l-ewwel mill-bieb tad-Dar Ċentrali l-għada illi kien magħruf ir-riżultat tar- referendum, wara laqgħa tal-Grupp Parlamentari u qal lill-ġurnalisti li Gonzi se jagħti vot ħieles. Minn hemmhekk kienet qamet kwistjoni sħiħa dwar kif kien se jivvota Gonzi nnifsu u x'jiġri jekk il-vot fil-Parlament ma jgħaddix għax il-Gvern naturalment kellu maġġoranza ta' siġġijiet, anke jekk kienet maġġoranza żgħira ta' siġġu wieħed biss. Ħamest ijiem wara l-laqgħa fid-Dar Ċentrali, deskritta bħala waħda "paċifika" mill- istess Spiteri, Gonzi kien qed jitkellem fuq Radio 101 u aċċerta li g ħ a l k e m m se jagħti vot ħieles, il-liġi se tgħaddi "anke jekk din ma ngħidhiex b'sodisfazzjon" kien kompla jgħid. "Jiena għandi d-dmir li nipproteġi l-pożizzjoni ta' kulħadd, u għandi dritt niddefendi lil dak l-individwu li jgħid 'iva', 'le' jew inkella li jrid jastjeni. Għandi dmir ukoll li nwaqqaf lil min irid imexxi b'mod dittatorjali u ma jħallix persuna milli tesprimi ruħha," kien qal Gonzi. Finalment il-vot dwar il-liġi tad-divorzju tressqet quddiem il- Parlament għat-tielet u l-aħħar qari. L-eks PM Gonzi vvota kontra u miegħu ingħaqdu, Frederick Azzopardi, Jason Azzopardi, Tonio Borg, Giovanna Debono, Louis Deguara, Beppe Fenech Adami, Austin Gatt, Philip Mifsud, Carmelo Mifsud Bonnici u Edwin Vassallo. Francis Agius, Tonio Fenech, Mario Galea, Peter Micallef u Clyde Puli astjenew. U fuq in-naħa l-oħra tal- Kamra mhux kollox kien ward u żgħar! Minkejja li l-aktar li qajjem ħoss u storbju politiku dan l-episodju kien fil-PN, propju għaliex kien ħareġ kontra, fuq in-naħa l-oħra tal-Kamra tar-Rappreżentanti wkoll kien hemm element ta' skuntentizza. Minkejja li l-Partit Laburista kien ħafna iktar kumpatt wara Muscat hekk kif kien ilu fl-Oppożizzjoni 13-il sena u sa mill-1981 kien rebaħ maġġoranza darba biss (1996), allura l-aptit li Deputati jmorru kontra l-Mexxej kien it, kien hemm Deputat li kien qed jagħmel ħoss: Adrian Vassallo. Vassallo ma kienx preżenti għall-vot dwar id-divorzju fit-tielet qari u f 'intervista mal-gazzetta Maltatoday kien qal illi huwa ħa kummenti minn Joseph Muscat dwar konsegwenzi ta' vot 'Le' fit- Tieni qari bħala "theddid." Sussegwentement Vassallo ma ħariġx għall-elezzjoni u l-karriera politika tiegħu spiċċat hemmhekk, f 'diżgwid mal-Partit Laburista mhux biss dwar din il-kwistjoni iżda wkoll - u b'mod speċjali - dwar wegħdi ta' Unjoni Ċivili għal koppji LGBTIQ. Fil-fatt - minkejja li kien fil-partit tal-'Progressivi u Moderati' hekk kif kien issejjaħlu Muscat, Adrian Vassallo kien fost l-aktar Deputati voċiferi kontra drittijiet għal persuni LGBTIQ. Pero' kien hemm ukoll il- President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca, li kienet esprimiet lilha innifisha kontra d-divorzju waqt il-kampanja u li fi stadju tat- Tieni qari astjeniet mill-vot u qalet illi se tivvota favur fl-aħħar stadju, meta l-liġi tkun emendata. Fl-2014, sena wara li kienet inħatret Ministru, Coleiro Preca intgħażlet minn Muscat biex tkun President tar-Repubblika. L-ispettru tal-free vote, lura fuq l-aġenda fl-2014 u l-2017 Hekk kif Gvern Laburista kien imbarka fuq diversi bidliet u liġijiet li jitrattaw l-ugwaljanza, il- PN reġa' intefa' f 'inkwiet intern dwar kif se jivvota fuq diversi liġijiet li kien qed iressaq il-Gvern. Sena wara li kien elett bil-wegħda ta' Unjoni Ċivili, Muscat daħħal ukoll il-kunċett tad-dritt li koppja LGBTIQ tapplika għall- adozzjoni, mossa li probabbilment it stennew u li ħarbtet il-pjani tal- PN li jivvutaw favur dan l-abbozz storiku. Diversi rapporti kienu qed jindikaw illi fil-PN kien hemm reżistenza kbira għal vot favur l-Unjoni Ċivili kif ppreżentata, anke jekk il-Kap tal-PN Simon Busuttil kien magħruf illi kien aktar favur. Fost dawk li rreżistew dan il-pass l-aktar kien hemm Claudio Grech, Beppe Fenech Adami u Edwin Vassallo. Iżda l-PN iddikjara li mhux se jagħti free vote u minflok għażel li jastjeni, pożizzjoni li attirat lejn id-Deputati tal-PN id- diżapprovazzjoni kbira tal-folla ta' eluf ta' nies preżenti fi Pjazza San Ġorġ dak il-lejl. Id-Deputat Karl Gouder kien fost dawk ikkwotat minn e Malta Independent nhar l-14 ta' April 2014, meta qal illi xtaq li l-PN kien aktar sensittiv lejn din il-kwistjoni. Indawwru l-arloġġ 'il quddiem u mmorru għall-2017 - mill-ġdid sena wara t-tieni rebħa elettorali Laburista u meta l-Gvern ressaq il- Liġi ta' Żwieġ Ugwali. e Times kienet irrappurtat illi numru - li ssejjaħ "żgħir"- ta' Deputati Nazzjonalisti kienu rrabjati għal-Liġi li qed iressaq il- Gvern, għax qalu li dan ma kienx dak imwiegħed. Minkejja dan, il-Partit Nazzjonalista - sa issa għadu mmexxi minn Simon Busuttil - sostna li l-PN se jiddiskuti u jmexxi 'l quddiem emendi imma mbagħad se jkun qed jivvota favur l-abbozz, sinjal ċar ta' pass lura wara kritika qawwija li kien qala' l-PN fl- 2014 minn bosta, inkluż alleati aktar liberali tiegħu! Iżda fil-jum tal-vot Deputat Nazzjonalista - Edwin Vassallo - xorta mar kontra l-Whip u vvota kontra din il-liġi għal Żwieġ Ugwali biex kien l-uniku Deputat kontra (66 vs. 1). Notevoli wkoll iżda kienet in-nuqqas ta' preżenza tad- Deputati Claudio Grech u Carm Mifsud Bonnici, fil-ħin tal-vot. Lawrence Gonzi Jeffrey Pullicino Orlando Adrian Vassallo