Illum previous editions

ILLUM 10 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472869

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 23

07 analiżi illum • IL-ĦADD 10 TA' LULJU 2022 inkwiet intern: IVF: Free Votes li reġgħu qed joħolqu inkwiet fil-PN Fl-2018 il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien ta free-vote dwar il-kwistjoni tal- IVF, bl-ewwel emendi imressqa minn Gvern Laburista tal-Liġi li kienet oriġinarjament iddaħlet fl-2012 (Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun). Il-PN baqa' magħqud f 'vot kontra dawn l-emendi, l-aktar minħabba l-kwistjoni tal-iffriżar tal-embrijuni. Mal-pożizzjoni tal-PN ingħaqdet ukoll l-eks Deputat Laburista u issa Deputat tal-Partit Demokratiku u tal-Oppożizzjoni Marlene Farrugia. Fl-2015, meta Muscat kien beda jsemmi dawn il-bidliet Farrugia - dakinhar Deputat Laburista - kienet qalet illi hi mhix se taċċetta liġi li "tikkomprometti il-protezzjoni tat- tarbija li għadha ma twelditx." Hija kienet qalet illi l-iffriżar tal-embrijun iwassal għar-rimi tal- embrijun. U mill-ġdid il-Liġi tal-IVF issa qed toħloq problemi fil-Partit Nazzjonalista hekk kif minkejja li l-Kap tal-PN Bernard Grech u l-PN innifsu qal li se jkun qed jivvota favur l-Emendi tal-Gvern fi stadju tat-Tielet Qari u filwaqt li qal ukoll li mhux qed jingħata Free Vote, il-PN inqasam fil-vot dwar din il-materja. Delia ħareġ prattikament igiddeb lil Grech u jgħid li talab free vote, bid-Deputat Għawdxi Alex Borg jingħaqad miegħu fl-oppożizzjoni tiegħu kontra l-emendi tal-Gvern, kif imbagħad bdew jagħmlu diversi Deputati oħrajn - li lkoll bdew jindikaw vot kontra l-emendi tal-Gvern u allura kontra x-xewqa tat-tmexxija Nazzjonalista ta' vot favur. Minkejja dan, fl-aħħar kienu Adrian Delia, Alex Borg u Ivan Bartolo li vvutaw kontra. Filwaqt li Carm Mifsud Bonnici ma kienx preżenti iżda qal illi kieku kien, kien jivvota kontra. Jerome Caruana Cilia u Chris Said ma kinux preżenti. Mument ieħor illi fih id- Deputati tal-PN ivvutaw kontra l-pożizzjoni tal-Kap kien fuq il- Konvenjoni Istanbul li titratta wkoll il-vjolenza domestika fl- 2018, pero' li tagħmel referenza għad-drittijiet riproduttivi tal- mara, u allura l-abort ukoll. F'dan il-każ - minkejja l-insistenza b'saħħitha tal-Kap ta' dakinhar Adrian Delia - tmien Deputati Nazzjonalisti xorta vvutaw mal-Gvern, hekk kif pero' ingħataw Free-Vote. Dawn kienu: L-eks Kap tal-PN Simon Busuttil, Karol Aquilina, Claudette Buttigieg, Mario Demarco, Karl Gouder, erese Comdini Cachia u Jason Azzopardi. Billboard fi żmien ir-referendum tad- Divorzju Dakinhar li għaddiet il-liġi tal- Unjoni Ċivili

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 July 2022