Illum previous editions

ILLUM 10 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472869

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 23

12 festi IL-ĦADD 10 TA' LULJU 2022 • illum Kelma ta' mara Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Ma niimx fil-poeżija. Jew forsi kont, b'xi mod, qabel ma għażilt li niffoka fuq in-narrattiva u tista' tgħid ma bqajtx insegwiha. Mela ma bqajtx niem fiha, għax kif ngħidu, m'għandix biżżejjed il- grammatika biex niimha sew dil-lingwa u nitkellem dwarha bis- serjetà. Naħseb ukoll, jekk niakar kif kont inħares lejn ix-xena lokali, kont ukoll ħadt id-deċiżjoni li niffoka fuq in-narrattiva għaliex kont rajtha bħala l-ġeneru li kien l-aktar potenzjali għall-ħolqien ta' kontenuti u tifsiriet ġodda, attivi u qawwija; filwaqt li l-poeżija, mhux biss ħobż mimgħud, imma dħul u rtir 'il ġewwa mill-qoxra fejn il-kittieb jinqala' għalkollox mid-dinja (mhux is-soċjetà, għax dak forsi mhux obbligu, imma mid-dinja), u jispiċċa f 'eżerċizzju solipsistiku ikellem lilu nnifsu. Forsi, f 'ġieħ il-polemika u biex inqanqlu l-ilma qiegħed, il- liċenzja tal-vulgarità tippermettili ngħid li jispiċċa jilgħab b'ġismu. U jekk mhux hekk, jibqa' fid-dinja, jew fis-soċjetà, bħala makkjetta ta' protesta, immexxi mill-aħbar tal- ġurnata, jagħġen l-għadab skont id-daqqa tal-ġeopolitika: illum il-Palestina, għada l-Ukrajna. U x'aktarx Malta tibqa' ssaffar. Tintebħu, m'għandniex xi ngħidu, li hawn qed noqrob għall-karikatura, pinzellata ħoxna li żgur ma turix il-qagħda kif inhi tassew, għax anki jien u nikteb, niakar fil-mumenti importanti ta' bħalissa tal-poeżija, minn Immanuel Mifsud sa Adrian Grima u John Aquilina. Il-poeżija li ma naqrax u ma nikkunsmax, kif għidt fuq, imma li donni xorta nittawlilha kull tant żmien, u li bil- it li nilmaħ, nasal biex nabbuża minn din l-istampa grotteska. Il-midja soċjali, madankollu, bdiet tbiddilha dil-qagħda, u ili, tista' tgħid jum iva jew le, nilmaħha aktar il-poeżija. L-ewwelnett, hemm min fiċ-ċirku tiegħi jippubblika poeżiji barranin ta' poeti li jiswew, u nibda, anki jekk mingħajr wisq kuntest jew informazzjoni, naġġorna lili nnifsi dwar kif qed tidher u tinstema' l-poeżija tal- lum, speċjalment tad-dinja Anglo- Amerikana li ilha tinfurmalna parti ewlenija tal-lehma poetika, almenu fil-prinċipju ta' fejn mingħalina rridu naslu, sa mis-sittinijiet. U b'xi mod, dal-ġeneru li abbandunajt donnu jerġa' jintrigani: pinzellata ħoxna oħra, mingħajr ma nagħmel sforzi ulterjuri, li jtuni idea ta' kif għandha tiġi ppoetizzata d-dinja u l-esperjenza, u li anki nista' nużaha bħala kejl għal dak li qed isir hawn. U filwaqt li l-poeti rġiel li jippowstjaw fuq Facebook issa dejquli tikka l-bubun, minkejja li sħabi, qishom qed itellgħu l-kelmiet mill-urna tat-tiritombla u jimmiraw għar-rikonoxximenti, il-premji u r-ritratti tal-okkażjoni li jistgħu mbagħad ibossu bihom, hemm grupp ta' nisa li xogħolhom qiegħed kontinwament nistennieh u nfittxu. Fost l-attivi, għalhekk, b'aġġornamenti regolari fuq Facebook, tiġi f 'moħħi Elizabeth Grech, Leanne Ellul u Klara Vassallo, li filwaqt li qed jedukawni dwar x'hemm hemm barra, narahom ukoll iġorru x-xettru u jkomplu l-legat tan-nisa ta' qabilhom, Maria Grech Ganado u Doreen Micallef, li bejniethom jaqsmu felli monumentali mill- aqwa waqtiet tal-poeżija Maltija, lil hinn minn kull barri sagru ieħor. Biex nagħti spunt għal kull waħda. Elizabeth Grech, senswalità Mediterranja li tqanqalni daqs kemm ċaqilqitni Nadia Mifsud bir-rakkonti ta' Żifna f 'Xifer l-Irdum. Leanne Ellul, ġigġifogu ta' esperimentazzjoni lingwistika li xorta waħda jżomm polz konsistenti ta' realtà investigata. Klara Vassallo, li għada virtwali fil- p u b b l i k a z z j o n i , werrieta teknika ta' Doreen Micallef (u rebbieħa tal-premju msemmi għall- poetessa enigmatika) u b'direzzjoni attivista li tgħaqqad b'sengħa promettenti d-dinamika kumplessa tal-poetiku, il- politiku u l-personali. Din hi l-poeżija tal-lum: kelma ta' mara, imnixxfa mit-testosteron jgħajjat biex jixpakka u jiżbroffa, u meqjusa bejn l-istinti tal-femminilità u d-dimensjoni politika ġdida u kumplessa tal-mara fid-dinja tal- lum. Issa dawn, bħalma għidna, nisma' minnhom jum ieħor jum le. Imma l-aħħar xogħol poetiku importanti ppubblikat huwa ta' mara oħra, Claudia Gauci, li (Claudia taf) Maria Grech Ganado kienet iddeskrivithieli bħala għażżiena, bħala tifħira għal-leħen poetiku li missu jkun wisq aktar prolifiku. G a u c i t o q g ħ o d aktar fid-dell minn sħabha, imma Fix-Xatt tat-Tamarisk, l-ewwel pubblikazzjoni tad-dar ġdida Kotba Calleja (ta' Glen Calleja tal-iStudio Solipisis li ktibna dwaru u dwar kemm iħammeġ idejh), juri mhux biss ħakma ta' idjoma poetika u oriġinali, iżda impenn sieket għat- tlestija ta' xogħol organiku. Iktar milli bombi u murtali, Gauci tipproduċi dellijiet minn taħt xmux jikwu jew għabex kiebi. Mill- it li niem, mill-ġdid: teknika fejn il-vers apparentement ħieles huwa kkontrollat mingħajr ma jitlef surtu, u fejn it-timbru poetiku joqrob b'ħeffa u kunfidenza lejn ir-rakkont narrattiv. Dan jagħti lill-poeżija ta' Gauci sens diskursiv li ma jitliġġimx mill-assunzjonijiet dwar il-ġeneru, anzi jitkellmu bl- istess leħen u attitudni ta' dak li mid-dehra qed iseħħ barra minn Malta. Poeżiji li ximindaqqiet isejħu lilhom infushom stejjer, rakkont impespes bejn tnejn, jew inkella bejnek u bejn ruħek, fejn l-astratt tal-kelma mfittxija jew l-ikkumplikar neċessarju tat-tifsir li twassal il-metafora, jitwasslu f 'qafas ta' xbihat familjari li l-ħila tal-poeta tiddefamiljarizzahom mingħajr ma taljena lill-qarrej. Is-siġra tat- tamarisk, li tagħti t-titlu lill-ġabra u li hija waħda mix-xbihat rikorrenti ewlenin, hija fl-istess ħin rifuġju mil-longa tas-sajf langwidu Malti u dell li jħajjar ir-riflessjoni, kif ukoll karatteristika tal-belt (f 'dan il-każ, Tas-Sliema fejn trabbiet Gauci) fejn it-tensjonijiet li jseħħu lil hinn mid-dell li jħarsek mix-xemx tiżreġ tiakkak jinfurmaw ir-relazzjonar bejnietna. Hija wkoll il-poeżija taċ-ċokon Malti, fejn xejn ma jista' jseħħ mingħajr qrubija u kontigwità DIA CLAU UCI MAX-X ATT TAT-TAMA RISK MAX-XATT TAT-TAMARISK CLAUDIA GAUCI Claudia Gauci

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 July 2022