Illum previous editions

ILLUM 10 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472869

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 festi illum • IL-ĦADD 10 TA' LULJU 2022 Mark Vella ma tantx jaqraha l-poeżija, u llum l-ewwel darba li jipprova jikteb dwarha. U l-kuraġġ jingħatalu minn boton nisa li qed jiktbu dawk li fil-fehma tiegħu huma l-aktar xogħlijiet poetiċi kontemporanji importanti, b'milja ewlenija minnhom milħuqa mill-aħħar ġabra ta' Claudia Gauci ma' xi ħaġa oħra anki antitetika għaliha, fejn il-kafè solitarju ta' filgħodu jew l-intimità tal- ħbiberiji importanti qed iseħħu tefgħa ta' ġebla 'l bogħod mill- qerda industrijali tal-imgħoddi, tat-tiiriet. Eventwalment, anki tat-tamarisk u tax-xatt li jilqagħlu għeruqu. Il-qofol tal-esperjenza tiegħi b'din il-ġabra kien wieħed ta' riżonanza qawwija, fi kliem ifqar fejn kollox idoqq f 'widnejk. Lajma tas-sħana li tħossha tħeddlek, il- pjaċir uniku tas-sajf Mediterranju li xorta jġorr miegħu mhux biss malinkoniji kiebja imma wkoll preokkupazzjonijiet serji, l-oġġetti u l-ħwejjeġ ta' kull sura li donnhom isiru jikwu bit-tifsir. U, fl-isfond ta' dan kollu, it-theddida mbiegħda, li għad trid tiġi, tal-maltempata. Niddevja it minn fuq Gauci, anki għax dil-ħaġa li tkiddni ma tantx rajtha fil-ġabra, u għalhekk ħadt gost biha. Min huwa l-'int' tal- poeżija femminili kontemporanja Maltija? Lil min qed tkellem? Huwa l-'int' tat-tieni persuna ta' meta tkellem lilek innifsek, jew inkella, kif spiss nissuspetta, huwa 'int' maskili, li l-mara, ħielsa kemm hi ħielsa, xorta tibqa' tiddependi minnu kkakmata miegħu? Hemm wisq mumenti fejn, minkejja kull stqarrija jew attitudni, sew extra-poetika sew miuma mill-allużjonijiet tax- xogħol stess, għad għandna mara dipendenti biss fuq is-sentimenti u-riflessjonijiet kif imqanqlin mil- laqgħa amoruża u senswali mar- raġel, mal-maskili, li xorta jinħass dominanti daqs it-tradizzjoni u li nibqgħu ma nistgħux ngħaddu mingħajru. Ir-raġel, jew dan l-'int' pjuttost trasparenti (almenu għalija) li, kieku ma jkunx għalih, tiżvinta almenu nofs il-qawwa tax-xogħol. Illum issugrajt daqsxejn aktar mis-soltu bl-idjoma vulgari u forsi anki bil-paraguni kważi skorretti. Imma ma rridx il-poeżija tal-mara Maltija tkun kanzunetta qerrieda oħra ta' Adele. Imma, ħalluha din: kif aħt nagħlaq. Jien ma nimix fil-poeżija. Imma, għalissa, il- ġabra l-ġdida ta' Claudia Gauci sserraħli rasi dwar fejn qegħdin u fejn sejrin. Leħiniha sabitu, leħinha sostnietu, u l-aħħar xogħol iżomm fuq pedamenti li huma għal kollox frott il-viżjoni studjata tal-awtriċi, mibnija bil-lajma kollha tal- istkennija taħt id-dell tat-tamarisk. GĦAL INVESTIMENT SOD U LIKWIDITA' FEJN L-IMGĦAX JITĦALLAS SA DAK IL- JUM LI L-iSTOCKS JINBIEGĦU SIGURTA' LIKWIDITA' IMGĦAX KULL SITT XHUR (Il-valur tal-investiment jista' jitla' jew jinżel sa meta jimmatura) Dipartiment tat-Teżor, Development House, Level 2-3, Triq Sant'Anna, Floriana, Malta Tel: 2596 7125 Investiment Sod Ħruġ ta' €150,000,000 fil-Malta Government Stocks – B'Rata ta' Mgħax Fissa (soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta' €100,000,000) MALTA GOVERNMENT STOCKS STOCK TAL-GVERN _________ (ii) 2.90% Stock tal-Gvern ta' Malta (Is-Sitt Ħruġ) li jimmatura fl-2032, bil-prezz ta' €101.75 b'YTM ta' 2.703% (li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal 2.722%); u Stocks tal-Gvern ta' Malta B'Rata ta' Mgħax Fissa L-Accountant General javża li l-prezz għal kull Stock b'Rata ta' Mgħax Fissa offruti għas- sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku ġie stabbilit kif ġej: (i) 2.60% Stock tal-Gvern ta' Malta (Il-Ħames Ħruġ) li jimmatura fl-2028, bil-prezz ta' €102.50 b'YTM ta' 2.142% (li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal 2.154%); Applikazzjonijiet minn membri tal-pubbliku għall-ammont sa massimu ta' €100,000 kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed mit-tliet stocks li qegħdin jiġu offruti, jiftħu t-Tnejn il-11 ta' Lulju 2022 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa t-13 ta' Lulju 2022; u Applikazzjonijiet minn investituri wholesale li jkunu magħmulin f'offerti b'irkant jiftħu nhar il- Ġimgħa, 15 ta' Lulju 2022 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f'nofsinhar (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General. Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn u jiġu depożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment, fid-dati msemmija. Iċ-Ċirkolari tal- Offerta u l-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt. L-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintbagħtu permezz ta' e-mail fl- indirizzi indikati fuq il-formoli tal-applikazzjoni. (iii) 3.40% Stock tal-Gvern ta' Malta (L-Ewwel Ħruġ) li jimmatura fl-2042, bil-prezz ta' €102.25 b'YTM ta' 3.247% (li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal 3.273%).

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 July 2022