Illum previous editions

ILLUM 10 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472869

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 23

14 illum • IL-ĦADD 10 TA' LULJU 2022 festi Il-Karmelitani Beltin jiċċelebraw l-400 fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu Għall-Karmelitani Beltin, il-festa ta' din is-sena hija waħda speċjali hekk kif nhar is-Sibt 16 ta' Lulju se jkun iċċelebrat l-400 anniversarju mill-ewwel purċissjoni fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta CHRISTIAN PACE Propju din is-sena, il-Karmelitani Beltin qed jiċċelebraw l-400 sena mill-ewwel purċissjoni tal-Madonna tal-Karmnu fil- Belt Valletta. Matul dawn l-400 sena jidher li kien hemm żewġ okkażjonijiet biss li minħabba ċirkustanzi straordinarji din il-purċissjoni ma saritx. Dawn kienu fis-sena 1940, proprju it gimgħat wara li bdiet t-Tieni Gwerra Dinjija u fis-sena 2021 minħabba l-pandemija. L-ewwel purċissjoni li saret fl- okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt kienet fis-16 ta' Lulju 1622. Dik is-sena jidher li kienet verament sena speċjali u ta' fervur ġdid Karmelitan hekk kif proprju ħames xhur biss qabel kienet twaqqfet l-Arċikonfraternità tal-Madonna tal-Karmnu li għada attiva sal-lum il-ġurnata. 400 sena purċissjoni u l-vari proċessjonali Fit-13 ta' Frar 1622, twaqqfet b'mod uffiċjali l-Arċikonfraternità tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta. Żgur li t-twaqqif ta' din il-Fratellanza kien strumentali biex bdiet il-purċissjoni tal-Madonna tal-Karmnu. Dan għaliex b'digriet li ħareġ mill-Kapitlu Ġenerali fl-1593, jigifieri 29 sena qabel, ġiet preskritta purċissjoni kull xahar f 'gieħ il- Madonna tal-Karmnu, kull fejn kien hemm imwaqqfa l-Konfraternità tal-Labtu l-Kannella. Tradizzjonalment, dejjem kien jingħad li l-eqdem vara tal- Madonna tal-Karmnu fil-Belt hija dik li llum insibuha meqjuma fl-Oratorju u li hija proprjetà tal- Arċikonfraternità tal-Madonna tal- Karmnu. Peress li nafu li fis-sena 1657 tħallsu xi flus għall-ikel u x-xorb għar-reffiegħa, dejjem kien jinżamm li din il-vara kienet diġà teżisti fl-1657 u hija xogħol Bernini jew Ferrata u inġiebet minn Ruma. Biss, skond Sandro Debono, din il-vara saret xi snin wara u li allura żgur kien hemm vara oħra qabel din li kienet intużat fil-purċissjoni tal-1657. Jgħidilna li fl-1693, il-Fratellanza tal-Madonna tal- Karmnu tal-Belt ikkummisjonat ''un manto di broccato'' u "veste del bambino del medesimo broccato". Dan ifisser li l-vara li qed tissemma' fil-purcissjoni tal-1657 ma kinitx il-vara li nsibu fl-Oratorju imma kienet manekkin li kien jitlibbes bil-ħwejjeġ. Wara r-restawr li sar fuq il-vara tal-Madonna tal-Karmnu (tal- Oratorju), Sandro Debono huwa tal- fehma li din l-vara mhijiex xogħol Bernini jew Ferrata kif dejjem kien jingħad imma hija xogħol Pietro Paolo Triosi. Peress li hemm xebh kbir bejn xogħlijiet dokumentati ta' Triosi u l-profil tal-Madonna f 'din il-vara, din hija xi haġa probabbli ħafna anke għax Triosi mhux biss kien fratell imma għal xi żmien anke segretarju, teżorier u rettur. Dan wassal biex biż-żmien twarrab il-manekkin li dwaru ma hemm l-ebda informazzjoni. Interessanti ħafna li skont tradizzjoni orali ġieli ssemma ii kien jiġi misluf manekkin mill- Knisja tal-Porto Salvo tal-Belt. Dan huwa anke kkonfermat permezz ta' dokument misjub riċentament u li juri kif fl-1731, il-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt tablet biex, għal dik is-sena, il- Parroċċa Dumnikana tisliom l-istatwa għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu biex tkun tista tintuza waqt il-purcissjoni, "għax dik tagħhom, li kienu qed jagħmlu, ma kinitx lesta minn kollox.'' Il- Fratellanza tar-Rużarju, fil-konsulta privata tal-10 ta' Ġunju 1731, aċċettat din it-talba. Dan juri li f 'dik is-sena, jiġifieri fl-1731 kienet qed tinħadem vara ġdida li għal xi raġuni kienet għada ma tlestitx sal-festa. Dan jista' jagħtina dawl fuq meta saret l-istatwa ta' Troisi li jekk allura din it-teorija hija minna, l-indikazzjonijiet huma li din l-istatwa saret fis-sena 1731. Jidher li l-vara ta' Triosi baqgħet tintuża fil-purċissjoni sas-sena 1780, fejn saret vara oħra tal-Madonna tal- Karmnu, maħduma f 'Napli minn Gennaro Reale. Din il- vara, li preżentament tinsab fil-Parroċċa tal-Madonna tal- Karmnu tal-Balluta saret ukoll mill-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt. Din il-vara jidher li ma tantx ħarġet wisq drabi fil-purċissjoni għaliex sena biss wara ġiet ordnata l-vara preżenti tal-Madonna tal-Karmnu mill-Patrijiet u li għadha titgawda sal-lum fil- purcissjoni. Din hija xogħol mill-isbaħ ta' Vincenzo Dimech. Pellegrinaġġi speċjali bil-vara tal-Madonna tal-Karmnu Matul is-snin ix-xbieha tant għażiża tal-Madonna tal-Karmnu ta' Vincenzo Dimech ħarget mhux biss fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu imma wkoll f 'diversi okkażjonijiet u anniversarji speċjali. Fis-sena 1793, il-Fratelli ta' San Ġużepp kienu talbu lill-Pirjol, li dak iż-żmien kien Patri Albert Camilleri, biex fil-purċissjoni ta' San Ġużepp toħroġ ukoll il- vara tal-Madonna tal-Karmnu ta' Dimech minflok dik tal-Fratellanza tal-Karmnu. Dan jindika li sa minn qabel l-1793, f 'Marzu kienet toħroġ fil-purċissjoni ta' San Ġużepp il-vara ta' Trioisi. Jidher li din l-użanza kienet għoġbot ukoll lill-Fratelli tal- Anġlu Kustodju għaliex f 'Ottubru tal-istess sena saret talba oħra Mijiet ta' devoti kull sena jimxu wara x-xbieha devota tal- Madonna tal- Karmnu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 July 2022