Illum previous editions

ILLUM 10 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472869

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 23

15 festi illum • IL-ĦADD 10 TA' LULJU 2022 l-400 sena mill-ewwel purċissjoni lill-Pirjol biex il-vara tal-Karmnu (tal-Patrijiet) toħroġ ukoll fil- purcissjoni tal-Anġlu Kustodju li kienet issir f 'Ottubru. Iktar riċenti, matul dawn l-aħħar 70 sena, kien hemm diversi okkażjonijiet fejn fihom saru pellegrinaġġi speċjali. Hawnhekk se nkun qed nagħti tagħrif fil-qosor fuq kull wieħed minnhom. Il-pellegrinaġġ tal-1951 Żgur li l-akbar pellegrinaġġ b'din il-vara kien seħħ fil-lejl ta' bejn is- Sibt 30 ta' Ġunju u l-Ħadd l-1 ta' Lulju 1951, fl-okkażjoni tas-700 sena Ċentinarju tal-Labtu. F'nofsillejl neqsin kwart, il- Korteo wasal fuq il-Fosos u l-vara tpoġġiet fit-tarf tal-Fosos in-naħa tal-Mall u kien inxtegħel riflettur fuqha waqt il-Kant tas-Salve Regina. Fil-kwarta, taħt tribuna li nbniet apposta, saret quddiesa bis-sehem tal-Arċisqof Mikiel Gonzi u l-Provinċja Karmelitana. Malli spiċċat il-quddiesa, il-vara intrefgħet u iddaħħlet fil-Knisja ta' San Publju. L-għada, il-Ħadd l-1 ta' Lulju ġiet meħuda mill-ġdid mill-Knisja ta' San Publju għas-Santwarju Bażilika tagħha f 'purċissjoni. Ottubru 1960 F'Ottubru 1960 kienu saru diversi pellegrinaġġi fil-Belt b'diversi xbiehat li jiġbru magħhom devozzjoni partikolari. It-Tnejn 10 ta' Ottubru sar pellegrinaġġ bil-vara tal-Karmnu lejn il-Kon Katridral ta' San Gwann. Din kienet l-ewwel darba li din il-vara u li vara titular daħlu f 'dan il-Kon Katridral. Filgħaxija kien sar lejl ta' talb u espożizzjoni tas- Sagrament u f 'nofs il-lejl quddiesa solenni. L-għada, it-Tlieta u l-Erbgħa kienu saru pellegrinaġġi simili bix-xbieha tal-Madonna tar-Rużarju tal-Porto Salvo u bix- xbieha tad-Duluri tal-Knisja ta' Ġieżu rispettivament. Lulju 1980 F'Lulju 1980 kienu fetħu l-festi specċjali f 'għeluq il-100 sena mill- Inkurunazzjoni tal-Kwadru devot tal-Madonna tal-Karmnu, li laħqu l-qofol tagħhom f 'Lulju tas-sena ta' wara. Għal din l-okkażjoni ġie organizzat Lejl Nazzjonali Marjan fejn fid-9.00 ta' filgħaxija telaq Korteo mis-Santwarju bil- vara tal-Madonna tal-Karmnu għall-Fosos tal-Furjana fejn saret quddiesa mill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca u anke diskors u talb u manifestazzjoni devota lejn il- Madonna tal-Karmnu. Lulju 1987 u 1988 Il-Papa Gwanni Pawlu II, llum qaddis, kien nieda sena Marjana bejn is-7 ta' Ġunju 1987 (Festa ta' Pentecoste) u l-Festa ta' Santa Marija 1988. Għal dan il-għan il-uħ tal-festa tal-Madonna tal- Karmnu tas-snin 1987 u 1988 kien iktar speċjali mis-soltu. Il-vara tal-Madonna tal-Karmnu kienet ittieħdet b'mod privat fil- Parrocca ta' Porto Salvo fil-jiem ta' qabel. Nhar l-Erbgha l-1 ta' Lulju wara Konċelebrazzjoni solenni, il-vara ħarġet mill-knisja tal- Porto Salvo u f 'pellegrinaġġ Aux Flambaux twasslet sas-Santwarju biex timmarka l-uh tal-festa ta' dik is-sena. L-istess kif ġara s-sena ta' qabel, wara li l-vara tal-Madonna tal- Karmnu ittieħdet privatament għall-Parroċċa ta' Santu Wistin, nhar il-Ġimgħa l-ewwel ta' Lulju infetħu l-festi ta' dik is-sena permezz ta' pellegrinaġġ sas- Santwarju. 19 ta' Marzu 1993 Fis-sena 1793, il-Fratellanza ta' San Ġużepp kienet talbet lill- Komunità Karmelitana biex fil- purċissjoni ta' San Gużepp tibda tieħu sehem ukoll il-vara tal- Madonna tal-Karmnu. Bħala tiira tal-200 sena minn din it-talba, nhar il-Ġimgħa 19 ta' Marzu nħarġu fil- purcissjoni kemm il-vara ta' San Guzepp kif ukoll tal-Madonna tal- Karmnu. 30 ta' Gunju 1995 F'din is-sena kien qed jiġi mfakkar għeluq il-100 sena mill- għoti tal-Bażilika lis-Santwarju tal- Karmnu. Għal dan il-għan kif sar fis-sena 1987 u 1988 l-festi fetħu permezz ta' pellegrinaġġ bil-vara tal-Madonna tal-Karmnu mill- Parroċċa ta' San Pawl Nawfragu sas-Santwarju. 27 ta' Ġunju 2001 Fis-sena 2001 kienet qed tiġi ċċelebrata s-Sena Marjana Karmelitana. Għal dan il-għan, il-festa tal-Madonna tal-Karmnu, kienet fetħet b'Manifestazzjoni Marjana Nazzjonali mmexxija mill- Arċisqof Gużeppi Mercieca mill- knisja Arċipretali ta' San Publiju fil-Furjana sal-Kon-Katidral ta' San Gwann. Fuq San Ġwann kienet saret Konċelebrazzjoni Solenni u wara kompla l-Pellegrinagg sas- Santwarju. Ottubru 2001 Fl-istess sena, fit-13 ta' Ottubru sar pellegrinaġġ ieħor mis- Santwarju fejn il-vara għaddiet minn diversi toroq fil-Mandraġġ. Ġunju 2006 Fis-sena 2001 kien qiegħed jigi mfakkar għeluq il-125 sena mill-Inkurunazzajoni Solenni tax- Xbieha devota tal-Madonna tal- Karmnu. Għal dan il-għan, il-festi ta' din is-sena, fetħu permezz ta' pellegrinaġġ mill-knisja ta' Ġieżu sas-Santwarju. F'dan il-Pellegrinaġġ, il-vara kienet ġiet merfugħa mir-reffiegħa kollha tal-Belt jiġifieri dawk ta' Ġieżu (Arċikonfraternità tas-SSmu. Kurcifiss), San Pawl, San Duminku, Santu Wistin u dawk tal-Karmnu. Dan kien sinjal ta' għaqda bejn il-festi Beltin taħt il-ħarsien tal- Madonna tal-Karmnu. April 2018 - Il-Festa l-Kbira Is-sena 2018 kienet sena important ħafna ghall-Belt Valletta għax matulha l-Belt kellha t-titlu tal-Belt Kapitali Ewropea tal- Kultura. Għal din l-okkazzjoni nhar is-Sibt 7 t'April saret attività fejn fiha ħarġu l-erba' vari titular tal-Belt u mxew flimkien tul Triq ir-Repubblika. Konkluzjoni Matul dawn l-400 sena, żgur li x-xbieha tal-Madonna tal-Karmnu u r-relikwa tagħha fi toroq tal- Belt Valletta kienu ta' wens u konsolazzjoni fil-mixja tagħna ta' ħajjitna. Mhux ta b'xejn li anke fi kliem il- Professur, Patri Anastasju Cuschieri "jekk trid li s-Santwarju jimtela' bin-nies devoti, doqq il-qanpiena l-kbira u ċaqlaq il-Vara." Hekk sar matul dawn l-400 sena u hekk jibqa' jsir ta' kull sena fis-snin li ġejjin b'ħafna devozzjoni u mħabba. Il-Purcissjoni tal-Karmnu tal- 1942, jiġifieri fi żmien il-Gwerra bil-vara ta' Trioisi (tal- Oratorju) Il-Vara tal- Madonna tal-Karmnu li hija meqjuma fl-Oratorju tal-Fratellanza. Xogħol ta' Pietro Pawl Triosi u saret fis-sena 1731

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 July 2022