Illum previous editions

ILLUM 10 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472869

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 23

16 opinjoni IL-ĦADD 10 TA' LULJU 2022 • illum Ivan Castillo Mingħajr ħaddiema, se nagħlqu l-bibien! Ivan Castillo huwa l-Kelliem tal-PN għax-Xogħol M in iħaddem qed iwerżaq, u bir-raġun! Bħalissa jinsabu f 'sitwazzjoni fejn ma jistgħux ikomplu jiffunzjonaw, u dan qed jhedded l-eżistenza u l-kompetittività tagħhom. Din mhix kwistjoni li sibna ma' wiċċna issa iżda ilha ġejja. Sitwazzjoni fejn qed isibu aktar bibien magħluqa milli għajnuna li għandhom bżonn biex ikomplu jimxu 'l quddiem. Iridu naħdmu id f 'id ma' min iħaddem b'mantra li tħares 'il quddiem, aktar milli b'ideoloġija tal-fire fighting. Għandna l-obbligu li niżguraw li nafu x'inhuma r-rekwiżiti tal- industrija tal-futur u nipprovdu ħaddiema b'ħiliet meħtieġa meta l-industriji jkollhom bżonnhom. Dan huwa l-uniku mod kif nistgħu nkomplu nkunu kompetittivi fis- setturi kollha. llum aħna ninsabu f 'sitwazzjoni fejn waqajna lura u qegħdin nitilfu l-vantaġġ kompetittiv tagħna peress li qed inkunu reattivi, aktar milli pro-attivi. Dan qed iħalli effett negattiv fuq l-attrazzjoni tagħna għall-investiment dirett barrani. Rapport tal-Ernst and Young juri li l-Attractive Index tagħna reġa' naqas - minn 62% għal 37% f 'sena waħda biss. Sitta min kull 10 ma jikkunsidrawx li jespandu l-investiment tagħom, investiment li jista' joħloq impjiegi ta' kwalità b'pagi aħjar għall-ħaddiema tagħna. Li għandna nistaqsu hu kemm ħaddiema Maltin telqu minn Malta biex jaħdmu? U għaliex qed jitilqu? It-tweġiba hija sempliċi: L-għoli tal-ħajja! Jekk ħaddiem Malti se jaqla' l-istess paga f 'pajjiż ieħor fl- UE jew barra mill-UE, iżda jonfoq inqas biex jgħix, allura jkollu aktar flus fil-but. U ovvjament hemm ħafna aktar opportunitajiet f 'pajjiżi oħra. Jekk f 'Malta ma rajniex settur ġdid ta' impjiegi f 'dawn l-aħħar disa' snin, x'kuraġġ tagħmel biex tibqa'? Dan huwa l-istess għal ħaddiema minn pajjiżi terzi, li qed ikollhom jagħżlu fejn jemigraw biex jaħdmu, ħaddiema li għandna bżonn illum se jagħżlu lill-pajjiż fejn se jaqilgħu l-aktar. Mhux biss fil-paga, iżda wkoll fl-ambitù tal-għoli tal-ħajja, il- kera, il-prezz ta' affarijiet essenzjali bħall-ikel, ħwejjeg, trasport u mediċina. L-istrateġija ekonomika u tal- impjiegi implimentata mill-Partit Laburista illum qegħdin naraw li ħalliet effett negattiv fuq in- negozji u l-ekonomija. L-ewwel splodew u kabbru l-ekonomija b'rata li mhix normali, iżda mbagħad indunaw li ma kienx hemm pjan. X'ġab miegħu dan it-tkabbir bla preċedent? Meta titkellem ma' tan-negozji, self employed u kumpaniji, tinduna li dawn ma kinux preperati għal dan it- tkabbir u allura, sabiex ikomplu jkunu kompetittivi, riedu bilfors jieħdu xogħol li huma stess ma kellhomx ir-riżorsi sabiex jagħmluh. Hekk, minflok żdied ix-xogħol u max-xogħol żdiedu l-pagi, ġara bil-maqlub, frott l-isfuttar tal-ħaddiema barranin. Kien hemm każi ta' ħaddiema Maltin li kellhom ibiddlu l-impieg għax saħansitra naqsitilhom il-paga. Li nżidu l-popolazzjoni f 'pajjiżna bla pjan ta' xejn ħolqot pressjoni bla preċedent fuq l-infrasruttura tal-pajjiż. Ma ħsibniex biex jitkabbar l-isptar, l-iskejjel, sistemi tad-dranaġġ, dawl u ilma! Ma ħsibniex fuq trasport, traffiku u indafa tal-pajjiż! Kollox sar bla ko- ordinazzjoni u bla ħsieb! M'għandna xejn kontra ħaddiema barranin. Aħna inkwetati li wara kull wieħed u waħda minn dawn il-ħaddiema - kwart tal-popolazzjoni - hemm familja, hemm ħtiġijiet, hemm dmirijiet u obbligi tal-istat. X'qed jagħmel l-istat, x'qed jagħmel il-Gvern biex jiżgura kwalità ta' ħajja għal dawn il-barranin? X'qed jagħmel biex jilqa' għall-effett fuq il-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin? Ħloqna sitwazzjoni fejn għadd ta' negozji kellhom jagħlqu għax sabu ruħhom f 'pożizzjoni li mhux isibu biżżejjed ħaddiema peress li waqt il-COVID kulħadd telaq f 'pajjiżu. Fejn hi l-koordinazzjoni f 'Job Plus sabiex jiġi identifikat x'tip ta' ħaddiema hemm bżonn u b'hekk nimpurtaw ħaddiema ta' valur, imħarrġa, b'edukazzjoni u ħiliet li hemm bzonn? Wasal iż-żmien li nibdew inkunu selettivi dwar liema ħaddiema għandna bżonn f 'pajjiżna? Wasal iż-żmien li ndaħħlu biss ħaddiema minn barra li lesti li jaħdmu biss f 'ċertu setturi fejn l-aktar li hemm bżonn? U l-Gvern jiaħar bin-numri żgħar ta' qgħad fil-pajjiż. U żgur! U d-dipartimenti tal-Gvern mifqugħin bil-ħaddiema, hekk kif illum hemm 'il fuq minn 50,000 ħaddiem mal-Gvern li jeskludi l-eluf ta' ħaddiema ta' kumpaniji li ngħataw tenders għal servizz lill-Gvern.... B'dan il-mod, il- Gvern ħoloq vakum ta' ħaddiema fis-settur privat. M'għandniex xi ngħidu, il-maġġoranza kbira ta' din iż-żieda seħħet qabel l-elezzjoni b'għadd sostanzjali minnhom bi dħul medju jew baxx u li llum qegħdin jitkarrbu bl- uġigħ tal-għoli tal-ħajja! L-eżodu ta' ħaddiema matul il-COVID li ddeċidew li ma jerġgħux lura peress li sabu xogħol bi qligħ akbar f 'pajjiżi oħra, ikkawżaw problema kbira. Bħalissa - bin-numri tal-COVID li qed jiżdiedu u b'negozji li jaħdmu bil-minimu assolut - hemm postijiet tax-xogħol fejn jekk impjegat wieħed ma jattendix għax-xogħol joħloq sitwazzjoni fejn dak in-negozju jista' jkollu jagħlaq il-bibien tiegħu. Kif nistgħu nikkompetu hekk? Malta llum qed tikkompeti ma' pajjiżi bħal Spanja u l-Portugall għall-ħaddiema. Għandna bżonn immedjat ta' ħaddiema inkella se nbatu l-konsegwenzi, fejn in- negozji jkollhom jibdew jagħlqu. ID Malta, Jobs Plus u l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jeħtieġ li jindirizzaw id-dewmien, l-ostakli u l-burokrazija żejda biex naraw li jkollna ħaddiema disponibbli meta jkunu meħtieġa u fi żmien adegwat, jiġu mħarrġa u jingħataw ħila relatata mas- settur li jixtiequ jaħdmu fih. Dħalna fi sqaq u kulħadd jinsab fih, kemm min hu blu u kemm min hu aħmar. Jekk il-Gvern se jibqa' bil-mentalità ta' qisu xejn mhu xejn, se nbatu l-konsegwenzi fil-futur qrib. Irridu minflok nisimgħu lill- istakeholders kollha, unjins, min iħaddem u nibnu pjan għaż-żmien li gej.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 July 2022