Illum previous editions

ILLUM 10 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472869

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 23

05 illum • IL-ĦADD 10 TA' LULJU 2022 aħbarijiet Il-white paper tal-liġi l-ġdida tal-qbiela titnieda fil-jiem li ġejjin MARIANNA CALLEJA Fil-jiem li ġejjin se tkun qed titnieda l-white paper l-ġdida tal-liġi tal-qbiela. Dan kien żvelat minn sorsi ta' din il- gazzetta li qalu wkoll li l-whitepaper se tkun mnedija mill-Prim Ministru Robert Abela nnifsu. Il-qbiela f 'Malta kienet meqjusa minn bosta bħala sfida għall-bdiewa iżda wkoll problema kostituzzjonali għas-sidien. Wara snin fuq l-aġenda tal-gvernijiet tal-passat, lura f 'Diċembru tal-2021, mal- gazzetta ILLUM il-Ministru Anton Refalo żvela li l-Ministeru qed jaħdem fuq liġi ġdida. Dan kollu wara bdiewa bdew jitkeċċew mill-art agrikola li jaħdmu mis-sidien tal-art, li ħafna drabi jkunu jridu ħlasijiet ħafna ogħla. Minn dakinhar il-gazzetta ILLUM baqgħet tirraporta kull xahar fuq il- kwistjoni nnifisha, l-użu ta' art agrikola, il- prezz tagħha u saħansitra deċiżjonijiet tal- Qorti dwar din il-kwistjoni. Ejja flimkien nagħtu ħarsa lejn dak kollu li l-gazzetta ILLUM rraportat dwar il-liġi tal-qbiela fl- aħħar seba' xhur.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 July 2022