Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472869
04 aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' LULJU 2022 • illum Rural Development Programme for Malta 2014-2020 Part financed by the European Union Co-financing Rate: 75% European Union; 25% Government of Malta The European Agricultural Fund for Rural Development: Europe investing in rural areas 10 ta' Lulju 2022 Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 AVVIŻ Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Fondi u Programmi fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej tinforma li reġgħu ġew varati sejħiet ġodda tal-miżuri segwenti taħt il-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020. L-applikazzjonijiet fetħu nhar it-Tnejn 20 ta' Ġunju 2022 u jagħlqu nhar il- Ġimgħa 30 ta' Settembru 2022, f'nofsinhar: Numru tal-Miżura Titlu tal-Miżura 4.1 Appoġġ għall-Investiment f'Ażjendi Agrikoli 6.1 Għajnuna tal-Bidu għall-bdiewa żgħażagħ 6.4 Appoġġ għal investiment għall-ħolqien u żvilupp ta' attivitajiet mhux agrikoli Aktar sejħiet taħt waħda jew il-miżuri kollha jistgħu jinħarġu wara t-30 ta' Settembru 2022. L-Awtorità ta' Ġestjoni tkun qed tinnotifika dwar dan fuq il-websajt www.eufunds.gov.mt. Aktar dettalji, dwar sejħiet ġodda kif ukoll dwar il-proċess ta' applikazzjoni jistgħu jkunu aċċessati fuq il- websajt tal-Awtorità ta' Ġestjoni www.eufunds.gov.mt. Għal aktar informazzjoni, tista' tikkuntattja l- Awtorità ta' Ġestjoni fuq rdd.mefl@gov.mt jew 2555 2634. 'L-uniku soluzzjoni tal-Gvern hija li jżomm l-anzjani maqfulin' - Il-PN dwar San Vinċenz de Paule 15-il karozza kkonfiskati waqt spezzjonijiet minn Transport Malta Il-Partit Nazzjonalista akkuża lill- Gvern illi jinsab "f 'paniku kbir" wara l-għejbien ta' anzjan mir- Residenza San Vinċenz de Paul u li sal-lum għadu ma nstabx, u wara inċident ieħor fejn anzjana waqgħet minn tieqa fl-istess residenza. Fi stqarrija d-Deputati Nazzjonalisti Ivan Castillo u Paula Mifsud Bonnici saħqu illi l-uniku soluzzjoni li ħaseb fiha il-Gvern biex jipprova jsolvi din il-problema f 'din ir-residenza "hija li jżomm lill- anzjani maqfulin." Fil-fatt it-tmexxija ta' din ir- Residenza ordnat li ebda anzjan ma jista' joħroġ mill-kamra jew l-ward tiegħu, juża t-taraġ u l-lis jekk ma jkunux akkumpanjat minn xi ħadd, wara li seħħew dawn l-inċidenti, passi li l-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) opponiet, hekk kif fakkret illi San Vinċenz de Paule mhuwiex ħabs. Il-Partit Nazzjonalista fl-istqarrija qal li jħoss illi dan il-Gvern mhuwiex jittratta l-anzjani b'dinjitá u nnota wkoll li din id-direttiva mogħtija mit-tmexxija tar-residenza qed titfa' piż qawwi fuq l-infermiera "li xogħolhom żgur mhuwiex ta' għassiesa jew gwardjani, imma li jagħtu l-aħjar kura lill-anzjani." "Għal darb'oħra, jidher li l-appelli li ilhom isiru mill-MUMN kif ukoll mill-Oppożizzjoni qed jaqgħu f 'widnejn torox. In-nuqqas ta' infermiera f 'din ir-Residenza, u li jkollok nurse ma' 35 pazjent, tfisser li din la hija ta' prijorita' għad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas- Saħħa li ħasel idejh kompletament minn din il-problema u lanqas ma hija priorita' għall-Ministru għall-Anzjanita' Attiva li sallum għadu ma għamel xejn dwar din il- kwistjoni għajr li ordna, kif kien fid- dover li jagħmel, l-investigazzjoni indipendenti fil-kaz tal-għejbin ta' anzjan," temmet tgħid l-istqarrija. Tul dawn l-aħħar jiem, uffiċjali ta' Transport Malta mexxew għadd ta' roadside inspections f 'toroq ewlenin f 'lokalitajiet differenti madwar pajjiżna. Dawn ir-roadside inspections saru b'kollaborazzjoni mal- Korp tal-Pulizija. Dawn ir-roadside inspections isiru permezz tal-obbligi legali ta' Transport Malta biex tinforza l-liġijiet relatati mat-trasport u l-linji gwida li huma msemmija fil-highway code, apparti x-xogħol ta' edukazzjoni u ta' regolamentazzjoni tas-settur tat- trasport f 'pajjiżna. Dawn ir-roadside inspections waqqfu b'kollox 207 karozza u li saritilhom spezzjoni bażika jew full inspection. Minn dawn l-ispezzjonijiet instabu 179 kontravenzjoni li jmorru kontra l-liġi jew li ma jiggarantux is- saħħa u s-sigurtà tal-persuni li jagħmlu użu mit-triq. 15-il karozza ittieħdu ukoll taħt il- pussess tal-awtorità msemmija. L-iskop ta' dawn l-ispezzjonijiet mhuwiex dak li jikkastigaw lis- sewwieqa tal-vetturi li ma jkunux qegħdin jimxu mal-kodiċi tat- traffiku, iżda li jiżguraw li l-vetturi fit-triq ikunu tajbin biex jinstaqu barra u li ma jkunux ta' riskju fuq is-saħħa u s-sigurtà tas-sewwieqa stess u dawk ta' madwarhom. Uħud mill-affarijiet li jiġu ċċekjati waqt dawn l-ispezzjonijiet huma d-dwal tal-karozza bħal fanali ta' quddiem u anki ta' wara, l-installazzjoni ta' ħġieġ tinted bi gradazzjoni għolja, liċenzja tal-karozza li mhux imwaħħla jew imġedda, pjanċi ta' reġistrazzjoni mhux imwaħħla jew fi stat ħażin, il-kundizzjoni tat-tyres u tas-silencer, il-poloz tal-assigurazzjoni, kif ukoll dokumenti foloz.