Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472869
03 illum • IL-ĦADD 10 TA' LULJU 2022 aħbarijiet 'L-awtoritajiet tal-infurzar fallew u qed ikomplu jfallu' - Kunsillier Laburista dwar l-ambjent u l-indafa Kors minn Tech.mt biex in- negozji jadattaw ruħhom għat-trasformazzjoni diġitali 'Id-deċiżjoni tal- 2006 li żiedet il-konfini tal- iżvilupp għandha titreġġa' lura' - Cacopardo Il-Ministru għall-Ekonomija, il- Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri ħabbar li Tech.mt ġiet akkreditata bħala istituzzjoni edukattiva mill-Malta Further & Higher Education Authority. Ġie mniedi wkoll il-kors Excelerate, bl-għan li jinkoraġġixxi lin- negozji biex jadattaw għat- trasformazzjoni diġitali neċessarja fil-ħajja tal-lum, billi jinvestu fit-teknoloġija 'cloud'. Tech.mt hija fondazzjoni li l-għan prinċipali tagħha hu sabiex tippromwovi s-settur tat- teknoloġija f 'Malta u lil hinn minn xtutna. Matul l-aħħar tliet snin, Tech.mt ħadmet fil-qrib ma' istituzzjonijiet edukattivi, ambaxxati, u negozji kbar, żgħar u medji. Il-Ministru Schembri qal li l-involviment u l-implimentazzjoni tat-teknoloġija f 'pajjiżna huwa dak li se jkompli jsaħħaħ l-ekonomija. "Huwa fl-interess tagħna li nibnu pajjiż fuq it-talent Malti, fuq ir- riżorsi umani li għandna, u billi nippromwovi l-innovazzjoni u l-kreattività. Edukazzjoni intensiva fuq it-teknoloġija huwa l-pass li jmiss għall-ekonomija diġitali b'saħħitha." Huwa qal li ż-żewġ suċċessi mħabbra llum jagħqdu t-tagħlim mal-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni, speċjalment għan-negozju. Il-Ministru Schembri temm jgħid li d-diġitilizzazzjoni se tagħti lin-negozji l-opportunità biex ikunu aktar effiċjenti, iżidu l-qligħ, kif ukoll itejbu lilhom infushom billi jagħtu l-aħjar esperjenza lill- klijenti tagħhom. Għal dawk in-negozji u individwi li se jagħżlu li jipparteċipaw fil-kors Excelerate f 'livell ta' MQF Level 3, il-kors se jkollu diversi suġġetti fosthom: Digital Strategy; Cloud Migration; ERP; CRM; Security & Backup; Web Development & Design; u Groupware & Collaboration. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista' jżur https://tech.mt/. "Il-pjan ta' razzjonalizzazzjoni għandu jitħassar minnufih u dik l-art li qabel kienet ikkun- sidrata bħala ODZ għandha ti- treġġa lura għal dak l-istatus." Dan qalu Carmel Cacopardo Chairperson ta' ADPD – e Green Party huwa u jindirizza konferenza stampa ħdejn żona ta' żvilupp massiv propost f 'Marsaskala flimkien ma' Bri- an Decelis Kandidat tal-AD- PD fuq Marsaskala u uffiċjal għall-Media tal-Partit. Brian Decelis spjega kif Marsaskala ukoll hi taħt assedju minn diversi bnadi bi żvilupp propost f 'żoni differenti inkluż dawk ODZ, kif ukoll it-teħid ta' art pubblika minn azjendi kummerċjali biex jestendu in- negozju tagħhom u fejn qal li anke zoni magħrufin għall-għawm qegħdin ikomplu jitnaqqru. L-iżvilupp fuq żona ta' 5,000 metru kwadru fis-sit taż-Żonqor – liema sit kienet ikkonsidrata ODZ qabel l-2006 – jipproponi bini għoli ħames sulari b'aktar minn 100 residenzi u kważi 200 garaxx. L-ADPD qed tfakkar li l-impatt viżwali se jkun wieħed massiv tant li ritratti ċtal- Awtorita' tal-Ippjanar stess juru li meta jkun wieħed nieżel miz-Żonqor dan l-iżvilupp se jgħatti kompletament il-bajja ta' Marsaskala. "Dan l-iżvilupp intensiv se jkollu impatt kumulattiv konsiderevoli fuq ir-residenti tal-madwar, liema impatt qatt ma kien imkejjel, kuntrarjament għal dak li tipprovdi l-iStrategic Environment Assessment Directive ta' l-UE. B'mod partikolari se jkun hemm żieda sostanzjali fit-traffiku iġġenerat fl-inħawi, u dan it-toroq tal- madwar ma jifilħux għalih," sostna Cacopardo. L-ADPD qegħda tappella lill- Awtorita' tal-Ippjanar li jekk għandha tapprova żvilupp f 'din iz-zona dan m'għandux jkun iktar minn żewġ sulari għoli biex jirrikonoxxi il-fatt li dan il-bini se jkun maġenb żona rurali, fix- xifer ta' żona ta' żvilupp u mibni fuq toroq imżerżqa. Carmel Cacopardo fakkar kif fl-2006 il-Parlament Malti kien approva riżoluzzjoni hekk imsejjħa ta' eżerċizzju ta' razzjonalizzazzjoni fejn meded ta' art li sa dakinhar kienu meqjusa barra minn żoni ta' żvilupp (ODZ) setgħu jingħataw għal bini. Dan wassal biex setgħu jsiru proposti għal żvilupp bħal dan f 'artijiet bħal din fiż-Żonqor. "Il-mistoqsija tqum waħedha: Għandna bżonn dan it-tip ta' żvilupp? Għaliex jidher li rridu nibnu kuċvll roqgħa art possibbli?" ikkonkluda jistaqsi Cacopardo. II-Kunsillier żagħżugħ Laburista f 'San Pawl il- Baħar Carlos Zarb akkuża lill-awtoritajiet responsabbli mill-infurzar fejn jirrigwarda tindif illi "fallew u qed ikomplu jfallu." Huwa sostna - f 'messaġġ li tella' fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook - illi filwaqt li jiem il-problemi u nuqqas ta' riżorsi, "sfortunatament qed inħoss li l-ambjent dejjem qed jiġi l-aħħar." Zarb waqqaf grupp - Green Waves - biex flimkien ma' numru ta' voluntiera qed jgħaddu messaġġ favur l-ambjent u jqajmu kuxjenza ambjentali billi, fost oħrajn, jiġbru tunnellati ta' skart b'mod volontarju. Fosthom hemm ukoll il-Kunsillier tal-Partit Nazzjonalista fl-istess lokalità Chris Vella Petroni. Carlos Zarb saħaq li apparti dan il-grupp se jkun qed iressaq ukoll policies ambjentali, "u se nkun qed nagħmel minn kollox biex nara li dawn jiġu adottati fuq livell lokali." Zarb fil-fatt kompla jgħid fil-messaġġ tiegħu li għall- ewwel darba l-Kunsill approva unanimament it-talba biex ikun hemm grupp ambjentali iffokat fuq San Pawl il-Baħar, l-akbar lokalità fil-pajjiż. Sal-bieraħ stess dan il-grupp ġabar 240 kilogramma ta' skart minn madwar karozzi pparkjati fil-lokalità u fost l-affarijiet li nġabru kien hemm dwal, bagalji, microwaves, fliexken, skart tal-kostruzzjoni u anke parts tal-karozzi.