Illum previous editions

ILLUM 10 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472869

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 23

IL-ĦADD 10 TA' LULJU 2022 • illum aħbarijiet Aktar irġiel, żgħażagħ u ħaddiema barranin li jgħixu għal rashom: Ir-realtà tas-soċjetà Maltija sal-2020 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-kwistjoni tal-barranin issa ilha tiġi diskussa u dibattuta f 'dan il-pajjiż, b'uħud jgħidu li aktar barranin huma bżonnjużi għall-ekonomija lokali, filwaqt li diversi oħrajn jisħqu li ż-żieda fil-barranin f 'Malta qed twassal għal bidliet soċjali b'mod mgħaġġel (wisq?) filwaqt li oħrajn saħansitra jisħqu illi dan il-fattur qed iwassal għal diżordni u żieda fil-kriminalità. Statistika maħruġa f 'rapport voluminuż dwar Statisika Reġjonali u li jkopri s-sena 2020 turi kif l-akbar persentaġġi ta' nies barranin - li l-maġġoranza tagħhom fil-fatt huma rġiel - jgħixu fit-Tramuntana tal-Port u t-Tramuntana tal-pajjiż, b'29.9% u 27.6% rispettivament. Fil- fatt fit-Tramuntana tal-Port - fejn insibu lokalitajiet bħal San Ġiljan, Tas-Sliema, is-Swieqi, Birkirkara, Ħal Qormi, San Ġwann u l-Ħamrun fost oħrajn - hemm b'kollox 51,423 barrani, minn total ta' 171,606 persuna li jgħixu hawnhekk. Dan filwaqt li fit-Tramunatana - li jinkludi lil San Pawl il-Baħar, in- Naxxar u l-Mellieħa - hemm tgħix 24,128 persuna barranija minn popolazzjoni totali ta' 87,272. Minn dawn iż-żoni l-aktar lokalitajiet ppopolati minn barranin huma l-Imsida, San Pawl il-Baħar, il-Gżira, is-Swieqi u Tas Sliema, fejn hemm saħansitra aktar minn 40% tal-popolazzjoni totali li hija barranija. Wieħed irid biss ipoġġi dawn il-lokalitajiet kollha flimkien u San Pawl il-Baħar separat biex jinduna li hawnhekk qed nitkellmu fuq l-aktar żoni illi fihom hemm postijiet tax-xogħol lukandi u stabbilimenti. Fil-fatt f 'kapitlu differenti ta' din il-ġabra jirriżulta li dawn iż-żewġ żoni tal-pajjiż - probabbilment b'densità qawwija f 'dawn il- lokalitajiet - hemm l-akbar konċentrazzjoni ta' turisti u akkomodazzjoni. Fl-2021 fil-fatt 428,561 turist qagħdu f 'din iż-żona partikolari - li jfissru 43.6% tat- turisti kollha li żaru lil Malta matul l-2021. Warajh jiġi t-Tramuntana, b'dawn iż-żewġ reġjuni jkun hemm fihom 85% tal-akkomodazzjoni kollha tal-pajjiż. Dawn iż-żewġ reġjuni huma wkoll l-aktar ippopolati fil-pajjiż u huma wkoll l-aktar żoni li raw tkabbir fil-popolazzjoni bejn l-2014 u l-2020. Fil-fatt il-popolazzjoni fit- Tramunatana tal-Port żdiedet b'38,554 persuna - minn 133,052 għal 171,606 persuni. Dan filwaqt li l-popolazzjoni fit-Tramuntana żdiedet bi 18,775 persuna, minn 68,497 għal 87,272 f 'temp ta' sitt snin. Lokalità oħra fejn il-persentaġġ tal-barranin fil-popolazzjoni hija għolja hija Birżebbuġa, fejn hemm ukoll iċ-Ċentru Miuħ ta' Ħal Far. F'dan ir-reġjun - li jinkludi wkoll liż- Żurrieq, Ħal Kirkop, Marsaxlokk, Qrendi u ż-Żejtun - il-barranin jiffurmaw 15.3% tal-popolazzjoni. Hawnhekk jgħixu total ta' 74,831 persuna. B'kollox - sal-2020 - f 'Malta kien hawn 103,718-il persuna barranija li tgħix f 'pajjiżna, li minnhom kważi 32% għandhom bejn 30 u 39 sena, filwaqt li 59.8% huma rġiel. Fil-fatt l-akbar popolazzjoni ta' barranin hija ta' persuni bejn l-20 u d-39 sena. Jikkorrispondi ma' dan hemm il-fatt li f 'dawn is-sitt snin kien hemm żieda qawwija ħafna fil- popolazzjoni f 'dawn l-etajiet, b'dawk bejn l-20 u s-29 sena jiżdiedu b'19.1% u dawk bejn it-30 u d-39 sena (u allura nies li jkunu aktar fid-dinja tax-xogħol) jiżdiedu bil-qawwi: +39.7%. Meta wieħed jikkalkula l-imwiet u t-twelid għas-snin kollha jsib illi fl-ebda sena mill-2014 u l-2020 il-bilanċ ma jaqbeż l-1,000 persuna (twieledu 1,000 aktar milli mietu) u allura dan huwa sinjal ċar li l-barranin huma l-akbar kontributur għal din iż-żieda fil- popolazzjoni f 'Malta. L-inqas barranin u l-aktar "tal- flus": Il-Punent Minn naħa l-oħra - u b'kuntrast - il-persentaġġ ta' barranin li jgħixu f 'żoni oħrajn huma ħafna iktar baxxi - bl-aktar persentaġġ baxx ikun fil-Punent, li jinkorpora l-irħula ta' Ħ'Attard, Ħal Balzan, Ħal Lija, l-Imdina, Rabat, u Ħaż Żebbuġ. Hawnhekk fil-fatt jgħixu biss 4,441 barrani minn popolazzjoni totali ta' 62,927 jew 7%. Interessanti li dan huwa wkoll ir-reġjun fejn skont dan ir-rapport hemm l-ogħla medja ta' dħul u l-ogħla rata medja ta' dħul disponibbli għal kull familja. L-NSO turi kif il-paga medja fil-Punent ta' Malta kienet l-ogħla b'€20,845 fis-sena, filwaqt li kienet l-inqas fin-Nofsinhar tal-Port - li jinkludi lill-Kottonera, Ħaż Żabbar, il-Belt Vallletta, Raħal Ġdid u Ħal Tarxien, fost oħrajn, fejn kienet tlaħħaq is-€17,362 fis-sena. Iż-żona tal-Punent kellha l-ogħla dħul medju disponibbli - jiġifieri meta tgħaqqad id-dħul tal-koppja f 'daqqa u nies oħrajn li jgħixu fl- istess familja - b'€38,365, b'dawk li jgħixu fix-Xlokk jiġu warajhom b'€37,059. L-inqas li kellhom dħul medju disponibbli huma dawk li jgħixu fit- Tramuntana tal-Port b'€28,818. Il-flus fl-idejn żdiedu imma? Biex wieħed iwieġeb din il- mistoqsija jrid jara kemm id-dħul kif ukoll il-ħruġ u allura kemm, per eżempju, għoliet il-ħajja. Filwaqt li ċifri oħrajn tal-NSO juru illi l-inflazzjoni għolliet rasha sew fl-aħħar xhur, dan l-istudju juri wkoll illi d-dħul disponibbli tal- familji Maltin baqa' tiela' mil-2014 sal-2020. Fil-fatt jekk wieħed iqabbel isib li dan id-dħul żdied kullimkien, għalkemm l-akbar qabża kienet irreġistrata fix-Xlokk tal-pajjiż, fejn id-dħul disponibbli żdied b'medja ta' €10,556 fuq medda ta' sitt snin, segwit mill-Punent tal-pajjiż fejn id-dħul disponibbli żdied b'€9,276. L-inqas li żdied id-dħul disponibbli - ironikament - kien fl-aktar reġjuni li fihom żdiedet il-popolazzjoni, jiġifieri fit- Tramuntana tal-Port fejn dan żdied b'€2,297 u t-Tramuntana fejn żdied b'€3,608. Dan allura jindika li ż-żieda konsiderevoli fil-popolazzjoni ma fissritx titjib fid-dħul medju għal kull familja, għalkemm din iż-żieda naturalment impattat fuq it-total ta' dħul disponibbli f 'dawn ir-reġjuni. Fil-fatt fir-reġjun tat- Tramuntana tal-Port hemm total li jaqbeż iż-żewġ biljun ewro fi dħul disponibbli, filwaqt li fit- Tramuntana dan huwa t-tieni l-ogħla b'€1.6 biljun. Dan huwa riflessjoni tal- fatt li dawn iż-żewġ distretti jinkorporaw fihom l-akbar numru ta' familji residenti, b'159,980 fit- Tramuntana tal-Port u 88,683 fit- Tramuntana. Minn naħa l-oħra l-aktar żoni fejn hemm persuni li huma f 'riskju ta' faqar huwa n-Nofsinhar tal- Port, hekk kif perċentwalment dan ilaħħaq it-22.5% tal-popolazzjoni - b'total ta' 19,068 persuna. Din timmarka żieda ta' 3.2% meta mqabbel mal-2015. It-tieni l-akbar rata ta' persuni f 'riskju ta' faqar jinsabu fit- Tramunatana tal-Port fejn il- persentaġġ huwa ta' 18.4%. It-Tramuntana l-aktar żagħżugħ u fejn l-aktar jgħixu għal rashom Induru issa fuq l-età u l-kobor tal-familja. Skont dawn iċ-ċifri l-inqas li hemm anzjani huwa - mill-ġdid - fit-Tramuntana tal-pajjiż, fejn ir-rata hija ta' 21.2% - jiġifieri 13,039 anzjan. Kuntrarjament l-aktar reġjun li fih hemm anzjani perċentwalment huwa n-Nofsinhar tal-Port fejn dan il-persentaġġ jitla' għal 35.8%, jiġifieri 19,439. Għawdex ukoll għandu rata għolja ta' anzjani, b'7,656 jew 34.3% tal-popolazzjoni tkun anzjana. Mill-ġdid dan jikkorrispondi ma' dak li diġa rajna sa issa u allura, żieda fil-popolazzjoni b'mod ġenerali, żieda f 'dawn ir-reġjuni b'mod partikolari, persentaġġ qawwi ta' barranin f 'dawn ir-reġjuni u żieda fil- popolazzjoni żagħzugħa. Jorbot ma' dan hemm id-daqs tal- familja jew residenza b'rata għolja ħafna ta' persuni li jgħixu għal rashom (one person household) f 'dawn iż-żewġ reġjuni. Fil-fatt iċ-ċifri tal-NSO juru kif fl-2020 kważi nofs dawk kollha li kienu jgħixu għal rashom (53,646) kienu jgħixu fit-Tramuntana tal- Port jew inkella 25,049. Din iż- żona tinkludi lokalitajiet b'eluf ta' appartamenti - mhux l-inqas Tas Sliema, Swieqi u San Ġiljan kif ukoll il-Ħamrun, fejn hem komunitajiet partikolari ta' barranin. Fit-Tramuntana - fejn għandek eluf kbar ta' appartamenti wkoll fiż- żoni ta' Buġibba u l-Qawra, fl-2020 kien hemm 11,655 persuna li tgħix għal rasha. Interessanti li fiż-żewġ każi dawk li jgħixu għal rashom jissuperaw fin-numru lill-bqija, anke dawk ir-residenzi bi tnejn minn nies li fil-fatt huma l-aktar popolari f 'pajjiżna. Fil-fatt fit-Tramuntana tal-Port huma 23,548 dawk li jgħixu f 'residenza ta' tnejn minn nies, filwaqt li fit-Trauuntana dan in- numru jinżel għal 11,346. Kif qed tinbidel is-soċjetà? Fejn żdiedet l-aktar il-popolazzjoni? Żdiedu il-flus fl-idejn? U fejn hemm l-aktar nies fil-periklu tal-faqar? Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn statistika reġjonali tal-NSO...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 July 2022