Illum previous editions

ILLUM 10 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1472869

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 intervista IL-ĦADD 10 TA' LULJU 2022 • illum 'L-ambjent mhux fuq Facebook trid toroq u l-pjazzez, huma dawk in-nies Għamel dak li ftit ħasbu li se jagħmel u kisser il-monopolju taż-żewġ partiti fir-raħal li tant iħobb. Mal-ILLUM il-Kunsillier Steve Zammit Lupi jgħid għaliex ħareġ għall-elezzjoni f'Ħaż Żebbuġ bħala indipendenti, għaliex Alfred Sant kellu raġun meta qal li l-partiti ma messhomx jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-Kunsilli u ħafna aktar... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Għandu 26 sena. Żebbuġi u huwa l-uniku Kunsillier li ġie elett b'mod indipendenti fl-elezzjoni tal-2019 minn Malta kollha. Kiseb total ta' 947 vot fl- Ewwel Għadd biex ġie elett. Zijuh huwa l-eks Deputat Laburista u Deputat tal- Partit Demokratiku Godfrey Farrugia, huwa voċiferu fuq l-ambjent u s-siġar u din il-ġimgħa kien fil-Kamra tal- Aħbarijiet tal-ILLUM sabiex iwieġeb il-mistoqsijiet ta' din il-gazzetta, għall- ewwel darba. Għaqdiet Studenteski: X'jaħseb Zammit Lupi? Zammit Lupi jibda billi jeħodna lura għal meta hu kien diġà involut fil-politika imma fuq livell studentesk, kemm fil- Junior College u anke fil-Kunsill Studenti Universitarji - dejjem mal-SDM. U mill-ewwel il-gazzetta tistaqsih dwar dawn l-għaqdiet studenteski llum: Dawn għadhom rilevanti llum? U x'inhi r-rilevanza tagħhom? Għad għandhom l-irwol - kif suppost ikun wara kollox - li jkunu promoturi u instigaturi tal-bidla soċjali u politika? Jew saru sempliċiment kopji minjaturi tal-PN u l-PL? Huwa qal illi meta daħal fl-SDM lura fl-2011, jemmen li d-djalogu politiku kien aktar organiku milli huwa llum u filwaqt li huwa daħal għax kien jemmen li jista' jġib il-bidla, qal li jekk iħares 10 snin qabel daħal hu fl-SDM, meta daħal u jħares lejn dawn l-għaqdiet illum - 11-il sena wara - jara li "l-prioritajiet inbidlu." Imma f 'liema sens? Huwa qal illi apparti li ż-żewġ għaqdiet kellhom xejriet ideoloġiċi aktar ċari, "illum iridu joqgħodu aktar attenti u jaraw dak li jiddefinihom, inkella se jitilfu r-relevanza tagħhom." Fil-fatt mistoqsi mill-ILLUM huwa jgħid li dawn l-għaqdiet kienu neqsin mid-dibattiti u mid-diskorsi u anke azzjonijiet - fejn u meta saru - li trattaw kwistjonijiet li kienu fuq nett tal-aġenda politika fl-aħħar snin, primarjament l-ambjent u anke l-korruzzjoni. "Għax il-ħsieb huwa li jekk inti titkellem fuq l-ambjent, per eżempju, mela tiġi akkużat li qed tkun partiġġjan u politiku. Din ma nifhimhiex għax li tkun politiku ma jfissirx illi tkun partiġġjan," qal Zammit Lupi. 'Aħjar nitla' b'diffikultà u waħdi milli nitla' aktar faċilment, ma' partit, u nkun ikkundizzjonat' Huwa għamel parallel mal-ħidma tiegħu fil-Kunsill. "Il-ħidma tiegħi fil- Kunsill, qed nagħmilha biss għal Ħaż Żebbuġ - u la biex nirbaħ il-voti u lanqas biex intellef il-voti lil xi partit," sostna l-politiku żagħżugħ. Fil-fatt huwa jgħid li kienet għejjietu imbagħad is-sistema fl-għaqdiet studenteski li spiċċaw - skont hu - jaħlu ħafna ħin jiddiskutu affarijiet ta' ftit li xejn rilevanza. "Għalhekk f 'dak il-punt għidt daqshekk involvejt ruħi, imma mbagħad bdiet riesqa l-elezzjoni tal-2019 u ħsibt bejni u bejn ruħi li jekk vera xtaqt nagħmel bidliet f 'Ħaż Żebbuġ, l-aħjar għodda kienet li nidħol fil- Kunsill." Kien hawn li staqsa wkoll jekk iridx joħroġ ma' partit jew biss "bħala Steve." "Jiena għidt li aħjar nitla' b'diffikultà u waħdi milli nitla' aktar faċilment, ma' partit, u nkun ikkundizzjonat u idejja marbutin," sostna Zammit Lupi. L-ILLUM staqsiet jekk jaħsibx li hekk huwa l-każ - jiġifieri li l-Kunsillieri f 'isem il-partit huma "idejhom marbutin." "U mela ma jkollhomx idejhom marbutin. Issa jammettux jew le, hija xi ħaġa oħra," qal il-Kunsillier Żebbuġi, li kompla jisħaq iżda li naturalment hemm ħafna Kunsilliera u Sindki li jħobbu lill-lokalità tagħhom, pero' jkun hemm istanzi fejn il-pubbliku jistenna li huma jitkellmu fuq kwistjoni u joqgħodu pass lura għax forsi jibżgħu mir- riperkussjonijiet politiċi. Kien hawn li Steve Zammit Lupi fakkar illi l-eks Mexxej Laburista Alfred Sant ma kienx jaqbel li l-partiti jidħlu fil- Kunsilli Lokali - fil-fatt għall-ewwel il- Partit Laburista ma kienx ikkontesta, bil-PN jakkużah li dan kien ifisser li ma jemminx fil-Kunsilli. "Illum iż-żmien tah raġun lil Sant," afferma Zammit Lupi li kompla jgħid kif l-aħjar mod illi wieħed jiġġieled din is-sistema hija billi aktar nies kapaċi u li jħobbu lir-raħal tagħhom joħorġu bħala Kandidati indipendenti fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li jmiss, jiġifieri dik tal-2024. Imma jkun hemm min jgħid: Kif se nlaħħaq mal-qawwa u r-riżorsi tal- partiti? "Vera ma għandekx il-pjattaforma tal- partiti, imma għandek pjattaforma akbar, ta dawk li qatgħu qalbhom mis-sistema, ta' dawk li ma jridux lill-partiti jkomplu jinfiltraw fil-Kunsill, ta' nies li tilfu l-fiduċja, ta' nies li jridu bidla li mhix ankrata mal-partiti," qal Zammit Lupi. Huwa reġa' qal illi kieku l-partiti baqgħu barra mill-Kunsilli, dawn kienu jattiraw ħafna aktar talent u nies li jgħid illi l-ambjent partiġġjan igerrixhom. "Għalfejn bilfors trid tkun fil-PN jew fil-PL biex tkun fil-Kunsill?" 'M'aħniex qed naqdu l-bżonnijiet fuq l-aktar ħaġa bażika: L-Indafa' Induru għall-problema kbira li qed jiffaċċjaw numru ta' Kunsilli Lokali, dik tal-indafa jew inkella n-nuqqas tagħha. Imma din hija riżultat ta' injoranza, ta' nuqqas ta' infurzar jew tat-tnejn? Il-Kunsillier indipendenti jgħid illi biex titwieġeb din il-mistoqsija wieħed irid imur pass lura u jifhem li minn baġit ta' inqas minn miljun ewro - fil- każ ta' Ħaż Żebbuġ - iridu joħorġu l-pagi amministrattivi, flus għall-ġbir tal-iskart - li jfakkar illi jiekol l-akbar parti tal- baġit, flus għall-knis u l-ġbir ta' skart goff, u li jifdal għall-bqija. "Jiena nixtieq ikolli ċerta għodda biex intejjeb l-effiċjenza fis-servizz ta' knis," qal Zammit Lupi li jgħid illi hemm ċerta abbużi u mismanagement kbir fis- sistema. Fost oħrajn jispjega kif f 'ċerti każi, il-kennies ikun ukoll l-istess persuna li tkun ilha sigħat tiġbor l-iskart. "Irridu lin-nies juru fiduċja u jivvutaw għall-Kunsilli u m'aħniex qed naqdu l-bżonnijiet fuq l-aktar ħaġa bażika: L-Indafa," qal Zammit Lupi. Huwa spjega kif jixtieq jixtri sweeper truck għal Ħaż Żebbuġ, imma bil- fondi tal-kunsill problema biex jixtruh, problema biex iħaddmu lil xi ħadd ħalli jħaddem dan il-makkinarju "u hemm ħaġa oħra. Id-Dipartiment tal-Gvern ma jħallix Kunsill Lokali jimpjega kennies miegħu, il-kenniesa bilfors bit-tenders," kompla jispjega mal-ILLUM. Fakkar li huwa dan il-mismanagement li qed iwassal biex f 'postijiet akbar, fejn is-sitwazzjoni hija aktar ikkumplikata bħal San Pawl il-Baħar, qed ikun hemm dipendenza fuq Clean Malta biex jiġbru l-iskart. "Din mhi xejn ħlief Management Steve Zammit Lupi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 July 2022