Illum previous editions

ILLUM 24 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1474368

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 23

11 intervista illum • IL-ĦADD 24 TA' LULJU 2022 majestuż, l-Ingliżi ħallewlna t-town Kaxxex tas-sulfarini tal-konkrit?' qabel li dik hi waħda mir-raġunijiet għaliex il-PN jinsab fil-pożizzjoni li jinsab fiha iżda skont hu l-problema tibqa' illi "nitkellmu u nanalizzaw lill-partit fl-Opożizzjoni u ninsew lill-partit fil-Gvern." Insista li ma jistax il-poplu jibqa' jweħħel fil-PN għax il-PL ilu 10 snin fil-Gvern u jekk kellu problema seta' jirranġaha. "Għalxejn ngħidu għax fiż-żmienkom! Jekk nibqgħu sejrin hekk mela tort tal- Kavallieri għax bnew is-swar u tort tal-Knisja għax bniet il-knejjes. Ma nistgħux nibqgħu inkaxkruha bħal Adam iweħħel f 'Eva u Eva tweħħel fis-serp. Issa inti qiegħed fil-Gvern u int għandek responsabbiltà li ssib is-soluzzjoni," tenna Buttigieg. Portomaso... 'Dak li kien ħażin dakinhar, ma sarx tajjeb illum' Induru fuq il-proġett il-ġdid ta' Mercury House li kważi ddomina d-diskussjoni dwar San Ġiljan fl-aħħar snin. Il-gazzetta semmietlu l-episodju tad-90ijiet fejn attivisti kontra Portomaso kienu marru San Ġiljan jipprotestaw u kienu saħansittra għamlu strajk tal-ġuħ. Iżda issa huma it li jaqblu li jitneħħa jew inkella li jarawh bħala binja kerha. Dwar dan is-Sindku ta' San Ġiljan spjega li dak li kien ħażin dakinhar, ma sarx tajjeb illum. Saħaq li llum in-nies drawh f 'għajnejhom u meta tidra xi ħaġa tibda' taċċetaha. Għaldaqstant, l-argument ma jibqax l-istess fil-konfront tal-Mercury House għax, skont Buttigieg, il-problema mhix il-proġett innifsu iżda il-proġett flimkien ma' sebgħa oħra tal-istess xorta fl-istess lokalità li għaddejin bħalissa jew li huma proposti. Insista li fid-dawl ta' dawn il-proġetti kollha, il-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan għandu bżonn masterplan. "Mhux il-masterplan li għamel il- Gvern madwar ħames snin ilu, fejn kienet qisha lista tar-rigali tal-Milied, bil-Father Christmas iroxx ir-rigali. Fir-realtà jekk tara dik il-lista, kollha saru, jekk ma daħlux mill-bieb daħlu mit-tieqa." Hu qal li dan il-pjan għandu jinkludi pjanijiet infrastrutturali inkluż tad- dranaġġ, tal-iskart, u tal-bankini, fost oħrajn. Talab lill-Gvern biex ipoġġi mal- Kunsill, ir-residenti, il-periti, in-negozjanti u l-iżviluppaturi u jara kif San Ġiljan se jimxi 'l quddiem. 'Il-Kunsill għandu viżjoni imma l-Gvern ma jridx jisma', ma jridx ipoġġi magħna' Is-sindku ta' San Ġiljan saħaq mal- ILLUM li huwa jiem li San Ġiljan sar il- mekka tad-divertiment u n-negozju iżda jiddispjaċih meta jara dan in-nuqqqas ta' sforz. Irrakkonta kif hemm turisti li jħallsu ħafna flus biex joqgħodu fl-aqwa lukandi iżda malli joħorġu, jkunu milqugħha minn żibel fit-triq u bankini mkissra. "Minkejja li partiti differenti, naf biċ- ċert li l-Ministru għat-Turiżmu qed jagħmel sforzi enormi biex inġibu turisti wara l-pandemija imma ħadd ma jinduna li għandna lukandi ta' ħames stillel b'infrastruttura ta' stilla waħda," kompla jgħid. Din il-gazzetta staqsietu kif il-Kunsill mhux jieħu responsabbilità tas-sitwazzjoni bl-iskart jekk il-ġbir hu f 'idejh. Buttigieg spjega fid-dettall kif dan mhux dejjem hu l-każ. Ħareġ ritratt ta' żibel miġbur fil- kantuniera tat-triq quddiem lukanda rinomata u spjega li dak iż-żbel hu ta' ħanut kummerċjali. Bil-liġi suppost li tan-negozju stess jieħu ħsieb li jħallas kumpanija privata biex jinġabar iż-żibel qabel it-8:00 a.m. Kompla jgħid kif dawn in-negozji jippruvaw iħallu iż-żibel barra sabiex jinġabar mill-ħaddiema li jqabbdu l-Kunsill u jiffrankaw li jħallsu. Iżda bil-liġi ukoll, il-persuna mqabbda mill-Kunsill ma tistax tiġbor żibel tan-negozji għax taqla' multa. 'Qed nitkellmu fuq il-Belt Valletta, l-istess diskors konna ngħiduh lir-residenti tagħna u ara illum fejn spiċċa Paceville' Ma nistgħux ngħidu li l-problema tal- istorju u s-sigurtà mhux sfidi oħra f 'din il-lokalità. Buttigieg dawwar id-diskors fuq l-Avviż Legali dwar il-mużika ġewwa l-Belt Valletta. Ammetta li meta jisma' ċertu politikanti jgħidu li se jikkontrollaw il-mużika u li l-Belt Valletta mhux se ssir Paceville ieħor, jinfaqa' jidħak. "Dan hu l-istess diskors li kien jingħad lir-residenti tagħna u ara illum fejn spiċċa Paceville. Dak kollu bżar fl-għajnejn. Illum ir-residenti tajnihom raġun f 'kollox!" F'Paceville fil-preżent hemm madwar 400 ruħ, li ħafna minnhom huma anzjani. Hawn Buttigieg qal li ma jistax jiem kif anzjana trid tbiegħ darha fl-aħħar ta' ħajjitha għax ma tiflahx għall-istorbju. Dan filwaqt li min diġà jgħix hemm jissakkar f 'daru fis-sigħat ta' bil-lejl bil-biżà li taħkmu. 'Il-PN m'għandux għalfejn jieħu azzjoni kontrija għax jien fil-verità ma għamilt xejn kontra l-istatut' Il-gazzetta ILLUM, fl-aħħar tal- intervista, staqsiet lil Albert Buttigieg dwar l-allegazzjoni li kien għamel meta qal li uffiċjal tal-PN wiegħed kuntrattur ewlieni b'interess kbir f 'San Ġiljan li se jkunu qed "jagħlqulu" ħalqu u dan għax fi kliem Buttigieg, kien "xewka" għalih. Buttigieg mal-ILLUM qal li huwa se jibqa' jsostni dak li kien qal. Spjega li għamel diversi mistoqsijiet dwar ir-rakkonti li ħaddieħor qallu. Jiem wara l-allegazzjoni, il-Partit Nazzjonalista kien qal li ma jistax jinvestiga l-allegazzjonijiet li qed jagħmel Buttigieg jekk ma jsemmix b'ismu lill- uffiċjal tal-Partit li hu qed jakkuża. Mistoqsi mill-ILLUM jekk jafx min kienu l-persuni li riedu jwarbuh huwa wieġeb, "naf min huma l-persuni involuti imma isimhom inżommu għalija." Is-Sindku ta' San Ġiljan temm jgħid li l-Partit Nazzjonalista m'għandux għalfejn jieħu azzjoni kontrih ġaladarba ma għamel xejn kontra l-istatut. "Jien staqsejt għax hekk tippermetili d-demokrazija," temm jgħid mal-ILLUM.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2022