Illum previous editions

ILLUM 24 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1474368

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 intervista IL-ĦADD 24 TA' LULJU 2022 • illum 'Il-Kavallieri ħallewlna bini majestuż, houses, u aħna x'se nħallu? Kaxxex L-iskart, il-parkeġġ, l-istorbju u s-sigurtà flimkien mal-iżvilupp eseġerat, il-finazjament tal-partiti u l-famużi fat cats. Il-gazzetta titkellem mas-Sindku ta' San Ġiljan, Albert Buttigieg MARIANNA CALLEJA Sindku u wieħed mill-it li baqalu l-ħila jitkellem fuq dak li jara inġust fi ħdan il-lokalità tiegħu. Albert Buttigieg m'għandu bżonn l-ebda introduzzjoni, imma is-suġġetti li l-gazzetta ILLUM iddiskutiet miegħu jaf għandhom bżonn. Mhux ngħidu li l-istorbju, l-ħmieġ u l-bini għandhom bżonn spjegazzjoni imma qatt innutajtu kif meta nsemmu dawn iżda fil-kuntest ta' San Ġiljan, kważi ngħidu, "u iva kont taf fejn sejjer!" jew inkella "u iva hemmhekk postu ħafna bini għoli." Din lis-Sindku ta' San Ġiljan iddarrsu. Iżda x'inhu jagħmel il-Kunsill biex ibiddel kemm dan il-ħsieb, kif ukoll is-sitwazzjoni? B'dispjaċir is-Sindku jgħid li ma tantx hemm iktar x'jistgħu jagħmlu. "L-unika saħħa li għandna hija li 'noqgħodu neqerdu'. Fil-verità nkunu qed nagħmlu pressjoni u hawn nikkritika lil Gvern għax il-Kunsill Lokali ġie maħluq biex ikollu kontroll ta' ċertu teritorju." Huwa elenka numru ta' proposti li kien ressaq il-Kunsill, iżda li"waqgħu fuq widnejn torox." Fosthom li l-appartamenti li jinkrew għal perjodi qosra jkollhom sistema ta' ġbir tal-iskart bħal dik tan-negozji u li binja b'iktar minn sitt appartamenti jkollha kamra għaż-żibel u kif ukoll parkeġġ. Proposta oħra kienet li l-Kunsill Lokali jieħu persentaġġ mit-taxxa li jiġbor il- Gvern mit-turisti. Kull turist iħallas 50 ċenteżmu għal kull lejl li jqatta' f 'Malta sa' massimu ta' €5. Fakkar li l-Gvern kien ġabar madwar €7 miljuni minn din it-taxxa qabel il-pandemija. Il-proposta tal-aħħar titlob biex persentaġġ minnhom jingħataw lil Kunsilli sabiex jinvestuhom fi proġetti lokali. "Il-Kunsill issa spiċċa, jgħidulu ċapċap, imma jorbtulu idejh u jkomplu jgħidulu ċapċap. Imma jien kif nista' nċapċap jekk idi marbuta? Trid tħallili l-libertà u sfortunatament il-Gvern hekk ġabna. Jistaqsik għaliex mhux tagħmel oġġett imma ma jħallilekx il-forza biex tagħmilha." Il-'fat cats' li Buttigieg dejjem jirreferi għalihom, min huma? L-iżviluppaturi u l-bini żejjed, kontroversji attwali li jikteb ħafna fuqhom Buttiegieg . Il-gazzetta ILLUM tirreferi għal kitbiet tiegħu f 'midja lokali, fejn għamel referenza għal 'fat cats,' li bla ebda mistħija jitħabbew mal-politikanti sabiex jakkwistaw li jridu. Huwa spjega li din il-frażi amerikana kienet diġà tintuża sabiex tiddeskrivi "l-kapitaliżmu aggressiv fejn in-nies ma jinteressahomx mill-konsegwenzi tal- oħrajn, l-importanti li nsiru sinjuri." Qal li jiem kif il-bniedem qatt ma jkun kuntent u dejjem irid, kif jiem ukoll li fiha innifisha din mhix ħażina għall-aħħar, li hu ħażin skont Buttigieg, huwa jekk persuna jagħmel avvanzi għad-detriment ta' ħaddieħor. "Hemm qed timxi bil-prinċipju tal- ġungla, għax il-ġungla timxi b'min hu l-iktar b'saħtu u fl-istess ħin tkun qed tkisser il-valuri li s-soċjetà hi mibnija fuqhom," kompla jispjega s-Sindku ta' San Ġiljan. Iċċara li bl-ebda mod ma jrid jiniehem illi kull żviluppatur hu ħalliel u kriminali anzi jgħid li jaf bi żviluppaturi tal-affari tagħhom u li jaħdmu skont il-valuri. Minkejja dan, skont hu, hemm numru ta' nies li iktar kemm jgħaddi żmien iktar jużaw is-saħħa tal-flus biex fejn ma għadhomx raġun, "il-liġi jgħawġuha biex takkomodahom" "Din hi perikoluża, u għalkemm ma bdietx issa u ilha ġejja naħseb issa qegħdin f 'sitwazzjon fejn kważi qed jiddeċiedu huma l-politika tal-pajjiż," kompla Buttigieg. Spjega li għax jgħinu finanzjament tal- partiti, dawn in-nies jippretendu li ma jsegwux il-liġi. Huwa għalhekk, skont Buttigieg, li wieħed jippretendi illi jibni pixxina f 'nofs ta' wied jew li ieħor jbiddel il-bajja tal-Balluta f 'waħda kummerċjali mingħajr ma jinteressah fil-persuni li jiffrekwentaw il-bajja. Buttigieg jikkumparahom ma' tfal żgħar, li jdaħħlu xi ħaġa f 'rashom u għax ma jeħduhiex, jaqbdu jsabbtu saqajhom. "Bħal min ikollu vizzju tad-droga jew sess, hawn mingħandu l-vizzju tar-regħba. Ħa nkissru pajjiż jekk ma nikkontrolawhiex din ir-regħba ... Ħares lejn Malta, se tispiċċa żona waħda tal-kostruzzjoni." In-nuqqas ta' spazji miftuħa u r-relazzjoni bejn bini żejjed u s-saħħa mentali... Is-Sindku hawn jirreferi għal studji li juru relazzjoni ċara bejn żvilupp żejjed u saħħa mentali batuta. Spjega li għalkemm kienu jieħdu għalihom fil-passat, f 'Malta diġà kellna lokalitajiet li kienu jiġu referuti bħala 'depressed areas,' jiġifieri żoni soċjalment żvantaġġjati, b'element qawwi ta' każi soċjali. Spjega li dan kien kaġun il- ħafna bini u l-ħafna nies li kienu jinstabu f 'post wieħed. Qal li l-iżvilupp eseġerat hu sfida kbira speċjalment meta jitkissru wkoll l-ispazji miuħa, postijiet ta' interess u l-arja. Intant, żied jgħid li minbarra dan kollu, l-bini li tiela' huwa ikrah, fil-fehma tiegħu. "Kieku qed jibnu sabiħ, tgħid paċenzja, vera sbuħija hi suġġettiva imma l-ikrah jibqa' ikrah. Mela l-Kavallieri ħallewlna dan il-bini majestuż, l-Ingliżi ħallewlna t-town houses sbieħ, u aħna x'se nħallu lill- uliedna? Kaxxex tas-sulfarini tal-konkrit bla ebda gost?" Saħaq li hemm bżonn illi l-politikanti jkunu kuraġġużi u jbiddlu l-politiki filwaqt li rrikonoxxa li l-politika tal-2006 ma kinitx tajba. Hawn Buttigieg ħadna lura għal meta il-Gvern taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista kif ukoll il-MEPA kienu qalu li Malta kellha biżżejjed art għal aktar żvilupp tal-bini. Gvern Nazzjonalista permezz tal-MEPA, kien iddeċieda li jżid iż-żoni tal-iżvilupp biex l-art li setgħet tkun żviluppata wara l-2006 intqal li kienet tkopri l-istess spazju daqs is-Siġġiewi. "Il-politiki tal-2006 ma kinux tajbin, mhux se ninħeba wara subgħajja. Dak iż- żmien, il-PN ħaseb li se jagħmel tajjeb, imma l-PL fl-2013 tela' bl-għajta li se jagħmel emendi. Imma mhux biss ma għamilx l-emendi għal dawn il-bidliet, talli sab min fejn jgħaddi biex iġebbidhom iktar," temm jgħid dwar dan Buttigieg. 'Jekk m'aħniex se nieħdu bis-serjetà il- finanzjament tal-partit, se nibqgħu f 'din is-sitwazzjoni' Lura lejn il-finanzjament tal-partiti politiċi, Albert Buttigieg jemmen li dan kollu jħoll u jorbot fuq ż-żewġ partiti li "diġà huma maħkuma mill-'fat cats" Hawnhekk irrefera għal intervista li l-Editur ta' din il-gazzetta, Albert Gauci Cunnigham, kien għamel miegħu s-sena l-oħra. Hu kien ġie mistoqsi jekk jiddejaqx li lanqas il-PN mhu jkun voċiferu kontra kuntratturi daqstant kbar. Fir-risposta tiegħu, Buttigieg kien spjega li dan il-pajjiż sar wieħed kważi fewdali, fejn "ir-Re jiġi mmexxi minn sħabu u hu jkun qiegħed hemm biss għar-ritratti." Iżda wara sena, skont buttigieg, "ma nbiddel xejn." Sostna li għalkemm dejjem jissemma' l-PN, il-PL qiegħed ukoll f 'sitwazzjoni fejn jirċievi donazzjonijiet minn dawn il- 'fat cats.' Fakkar li l-politika u l-istrutturi politiċi jiswew flejjes kbar biex ikomplu jimxu iżda wissa li jekk dan kollu mhux se nieħduh bis-serjetà, "se nirvinaw pajjiż." "La l-politika tiswa' l-flus, x'se tagħmel? Tbiegħ ruħek! Bħal ma ġralu l-Partit Laburista. Jekk tara l-PL illum, lanqas tgħarfu. Jekk xi ħadd barrani li jiem fil-politika jħares lejn il-PL tal-lum, ma jgħarfux bħala il-partit soċjalista, laburista u tal-ħaddiem. Issa jara partit liberali, partit kważi kapitalist. Sar jagħti importanza lin- negozjant u lill-fqir jużah. Il-vulnerabbli jagħtihom iċ-ċejċa, bħall-€100 qabel l-elezzjoni biex jixtrih." Il-gazzetta ILLUM hawnhekk fakkritu li bl-istess argument, issib nies li jgħidulek li l-PN għal-kuntrarju tal-PL, tant hu mweħħel mal-valuri tal-passat li mhux jinbidel skont il-karba tal-poplu. Huwa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2022