Illum previous editions

ILLUM 24 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1474368

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 23

09 analiżi illum • IL-ĦADD 24 TA' LULJU 2022 daqshekk u min vera qed iħallas il-prezz? €2. Allura x'imkien, xi ħadd qed iħallas għalih, u żgur li mhux aħna, għax aħna €2 qed inħallsu," kompliet it-tfajla. Qalet ukoll li meta wieħed iqis ukoll il-materjali, dawk ukoll iħallu impatt dirett fuq l-ambjent. Nerġgħu induru fuq il-qoton, li jiddependi ħafna fuq l-ilma, biex inkunu eżatti, 2,700 litru ilma għal flokk wieħed. "Hemm qoton organiku li ma jużax pestiċidi u l-konsum tal-ilma huwa ħafna inqas. Ħafna drabi l-ħaddiema, f 'dan il-każ, jiġu ttrattati tajjeb għax il- qoton organiku jeħtieġ li jiġi ċċertifikat." Fil-każ tal-flokk tal-qoton allura hemm żewġ kwistjonijiet, skont hi. L-ewwel hemm l-impatt fuq l-ambjent u t-tieni hemm l-impatt soċjali tal- ħaddiema inkluż kif qed jiġu ttrattati u kemm qed jitħallsu. L-istess bħal ma għamilna hawn, il-konsumatur għandu jagħmel fuq prodotti oħra sabiex jiem x'inhu l-aħjar li jixtri. Allura x'se jagmel il-konsumatur jekk irid jġib bidla? Skont Tamara Fenech hawn fejn nidħlu aħna bħala konsumaturi. Hija tispjega mal-ILLUM kif l-irwol tagħna biex nibdew innaqsu dan l-abbuż, kemm fuq aspett ambjentali u anke soċjali, hu li l-ewwel ħaġa nibdew nixtru inqas jew nixtru biss l-aħjar. Hija l-idea ta' Fenech, illi sabiex nagħmlu l-industrija tal-moda aktar sostennibli, huwa l-konsumatur li jrid jiċċaqlaq għax hu li għandu l-vera poter. Kompliet tgħid li jekk nieqfu nixtru minn postijiet, li diġà hemm rapporti dwarhom fil-ġurnali u l-midja, eżempju li ma jittratawx ħaddiema b'mod tajjeb, u nagħżlu postijiet oħra, diġà qed nagħmlu differenza. Il-gazzetta ġibdet l-attenzjoni ta' Fenech li hawn argumenti kontra tagħha li jgħidu li 'fast fashion' hija affordabbli. Ejja ngħiduha kif inhi, il-prezzijiet ta' ħwejjeġ sostennibli mhux dejjem ikunu l-irħas fis-suq. "Ir-realtà hi li hawn mhux qed nitkellmu fuq persuni bi dħul baxx. Qed nitkellmu dwar in-nies li jagħżlu li jixtru affarijiet meta ma jkunux meħtieġa. Il- maġġoranza ta' nies bi dħul baxx jixtru biss meta jkunu assolutament fil-bżonn," wieġbet Fenech. Kompliet tinsisti li jekk persuna tixtri ħwejjeġ għax huma irħas, bil- ħsieb li tiffranka, ma tkun qed tagħmel investiment xejn. Dan għax tgħid li l-kwalità ta' dawn il-ħwejjeġ ħafna drabi ma tkunx tajba u allura jkun hemm bżonn jinxtraw mill-ġdid u dan ifisser li probabbilment jonqfu aktar flus. "Jien dejjem ngħid lin-nies, biex jibdew jimu x'inhu l-aktar importanti għalihom. Huwa l-ambjent jew kwistjonijiet soċjali? Imbagħad jibnu id-definizzjoni tagħhom ta' sostenibbli u jagħmlu kompromessi imma l-aħjar ħaġa li tista' tagħmel hu li tilbes dak li diġà għandek," temmet dwar dan Tamara Fenech. Mistoqsija mill-ILLUM kif konsumatur jista' jagħraf ditta sostenibbli, Tamara Fenech, fundatur ta' Cosie Studio, wieġbet li l-aħjar il- konsumatur jiċċekkja kemm hi lesta taqsam dettalji miegħu il-kumpanija. Dan isir faċilment fis-siti tal-kumpaniji stess, fejn ġeneralment, jekk huma vera sostennibli, jaqsmu mal-konsumaturi tagħhom dan id-detall u f 'ċirkostanzi uniċi, min fejn qed jġibu il-materjal. Ħwejjeġ etiċi, imma dawn x'inhuma? Il-moda etika hija moda li tqis deċiżjoni morali tajbin mill-manifattura sal-bejgħ tal-ħwejjeġ jew aċċessorji. Dan jinkludi fost l-oħrajn, id-dritt tal-ħaddiem li qed jiżbor il-qoton, tal-ħajjat li qed illesti d-drapp sal-kaxxiera li qed tiġbor il-flus wara l-bank tal-ħanut. Bażikament moda etikament tajba temmen fid-drittijiet sħaħ tal-ħaddiema kollha u dawk affettwati mill-produzzjoni tal-ħwejjeġ inkluż ukoll l-annimali u l-ambjent ġenerali. Kumpaniji bi ħwejjeġ etiċi, li jemmnu wkoll fil-mudell ta' "slow fashion," jevitaw u jeliminaw mill-katina tal-provvista l-użu ta' xogħol sfurzat, inkluż l-użu ta' skjavi jew tfal matul il-proċess tal- manifattura. Il-ħwejjeġ etiċi jistgħu jservu bħala terminu li jelimina l-moħqrija tal-annimali fil-proċess mill- mannifattura sal-bejgħ, dak li ħafna jafuh bħala proċess "vegan." Eżempju ta' materjal vegan huwa il-ħarir tal-paċi (Peace Silk) li huwa drapp magħmul mill-fosqa tal-kamla wara li l-kamla tkun ħarġet minna. B'hekk il-produzzjoni ta' dan id-drapp mhux jiddisturba jew agħar joqtol l-kamla sabiex tkun minsuġa minnha d-drapp. Ħafna drabi ħwejjeġ etiċi u ħwejjeġ sostennibli jimxu id f 'id. Minkejja dan il-kumpaniji, iktar iva milli le, jiffukaw biss fuq waħda minnhom għax jemmnu li meta jaħdmu fuq waħda, l-oħra tiġi weħidha. L-aktar każ riċenti rraportat fil-midja internazzjonali ta' ditta, li ġiet akkużata illi la hija etikament tajba u lanqas sostennibbli hija s-sit Shein. F'dan is-sit jitilgħu mas-6,000 oġġett kuljum li jiġu miżjuda mal-kollezzjoni diġà enormi li jbigħu. Kull oġġett jiġi mġedded jew mneħħi mis-sistema kull 25 ġurnata. B'250 miljun segwaċi fuq il-midja soċjali u prezz medju ta' $7.90 kull oġġett, SHEIN fl-2021 biss għamlet madwar $15.7 biljun fi dħul. Min-naħa l-oħra iżda l-kumpanija, f 'investigazzjoni li kienet saret mill-Grupp Żvizzeru 'Public Eye,' ġiet akkużata illi qed tħaddem il- madwar 10,000 impjegat b'kundizzjonijiet mhux adegwati. Ħaddiema tal-istess kumpanija tkellmu ma' Public Eye u kixfu li dawn il-fabbriki spiss jiksru l-liġijiet tax-xogħol Ċiniżi u huma meqjusa bħala riskju għan-nar. Ħafna qalu li jaħdmu b'mod illegali u m'għandhom l-ebda kuntratt formali ma' Shein. Dan jagħmilha diffiċli biex jiġi verifikat jekk il-ħaddiema humiex ittrattati tajjeb u b'kemm jitħallsu. Intant, rapport riċenti ta' The New York Times sab li l-bejjiegħ Fashion Nova—wieħed mill-kompetituri ta' Shein—kien qed juża xogħol mhux imħallas fil- fabbriki ta' Los Angeles sal-2019, minkejja l-liġijiet stretti dwar il-pagi fl-Istati Uniti. Ġie rraportat kif diversi ħajjata tħallsu mill-inqas $2.77 fis-siegħa, ferm inqas mill-paga minima. Sfortunatament, il-prattiki tax-xogħol ta' Shein għadhom xi ftit jew wisq ta' misteru avolja s-sitwazzjoni ta' Fashion Nova jagħtuna biss togħma qarsa ta' dak li diversi jisusspettaw li qed jiġri fil-fabbriki ta' Shein.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2022