Illum previous editions

ILLUM 24 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1474368

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 23

08 analiżi IL-ĦADD 24 TA' LULJU 2022 • illum Ħwejjeġ tal-ġenn bit-€2... għaliex irħas daqshekk MARIANNA CALLEJA F'dinja ideali, meta mmorru nixtru, nkunu nistgħu nagħrfu mal-ewwel kif il-prodott li se nixtru se jolqot l-ambjent inkluż l-annimali imma wkoll il- ħaddiema li ħadmu fuqu. Jekk f 'setturi oħra dan hu possibbli, fl-industrija tal- ħwejjeġ mhux dejjem possibbli. Kien għalhekk li l-Kummisjoni Ewropea bdiet tippjana biex tintroduċi sistema ta' tikketti fuq il-ħwejjeġ li jinfurmaw lill- konsumatur jekk id-drapp li magħmul minnu l-prodott hux riċerkabbli jew organiku. Minkejja dan, il-kunċett ta' ħwejjeġ sostenibbli u etiċi ma jiqfux mal- ambjent biss. Il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-fundatur ta' Cosie Studio Tamara Fenech, biex tiem aħjar x'inhi d-differenza bejn it-tnejn u għaliex wasal iż-żmien li l-konsumatur ikun iktar responsabbli mix-xirjiet li jagħmel fl- industrija tal-ħwejjeġ. 'Fast fashion... Ħwejjeġ magħmula sabiex jerġgħu ssibu ruħhom fil-miżbla' Skont Tamara Fenech sabiex wieħed jiem faċilment x'inhuma ħwejjeġ sostennibli u etiċi jrid l-ewwel jiem x'inhuma ħwejjeġ li m'humiex. Iktar iva milli le, dawn il-ħwejjeġ jagħmlu parti mill-mudell tal-fast fashion, li jiddomina prattikament l-industrija tal-moda. Ħwejjeġ li jimxu ma' dan il-mudell ħafna drabi jispiċċaw minsija fil-gwardarobbi jew fil-miżbliet. Hija spjegat li essenzjalment kważi kull kumpanija ƒqed taħdem b'dan il-mudell tant li issa l-industrija qed tiddependi fuqu sabiex jiġu magħmula ħwejjeġ ta' kwalità u prezzijiet baxxi. Huwa dan kollu, skont Fenech, li jinkoraġixxi lill-konsumatur jixtri ħwejjeġ għal €2 anke jekk fil-verità lanqas biss għandu bżonnhom. "Issa jekk irridu nkissru dan iċ- ċirku vizzjuż, irridu nkunu aħna bħala konsumaturi li nistaqsu lilna nfusna, "għandi bżonnu dan l-oġġett?" "Għandu dan l-oġġett jiswa' daqshekk it u għaliex?" Fuq kollox hemm bżonn verament nimu il-katina tal-provvista tal-ħwejjeġ minn fejn bdiet u fejn se tispiċċa," qalet f 'aktar dettall. Biex tispjega aħjar l-aħħar punt, Fenech tat l-eżempju ta' flokk sempliċi magħmul mill-qoton. Dan il-flokk jibda' mill-bidwi li jkabbar il-qoton sakemm jikkultivah. Imbagħad imiss li l-qoton jiddawwar f 'ħajt, wara ħaddiem jinseġ il-ħajt fi drapp u jmur fil-fabbrika li tagħmel il-ħwejjeġ. Il-ħwejjeġ jitqassmu fi ħwienet bit-tama li jispiċċaw fil-gwardarobbi. "Bi proċess daqshekk twil sakemm jispiċċa fil-gwardarobba tagħna, ma jagħmel xejn sens li dan il-flokk jista' jiswa X'inhi fast fashion? X'inhuma ħwejjeġ sostennibli? Għaliex għandu jimpurtana minn dak li qed jiġri wara l-kwinti ġewwa fabbriki tal-ħwejjeġ? L-ILLUM titkellem mal-fundatur ta' Cosie Studio, Tamara Fenech Il-moda sostenibbli tinkludi fiha ħwejjeġ jew aċċessorji li jirrispettaw l-ambjent kemm fil- materjal u anke fil-produzzjoni. Billi l-moda hija r-raba' l-aktar industrija li tniġġes fid- dinja, il-moda sostenibbli għandha l-għan li tnaqqas it-tniġġis u l-konsegwenzi negattivi li l-produzzjoni tal-moda għandha fuq id- dinja. Ditti tal-moda sostenibbli ħafna drabi jipprovdu inqas għażla sabiex jiffokaw fuq il-kwalità tal-prodott iktar mill-kwantità, u dan jagħmel il-katina tal-provvista ekoloġikament possibbli. Dan il-mudell jissejjaħ bħala 'slow fashion.' Kumpaniji li jaħdmu b'moda sostenibbli ħafna drabi jużaw drappijiet organiċi, jevitaw materjali sintetiċi li ġieli jkollhom effetti sekondarji negattivi fuq l-ambjent. Minflok jagħmlu użu minn drappijiet organiċi, bħal qoton jew bambu, li huma bijodegradabbli biżżejjed li meta jitremew ma jikkawżawx ħsara kbira. Iżda fil-moda sostenibbli jiġu kkunsidrati wkoll ħwejjeġ użati jew antiki li jerġgħu jinbigħu u b'hekk jagħmlu parti minn xi forma ta' riċiklaġġ. Dawn huma ħwejjeġ li ħafna drabi insibu fi ħwienet tal-karità magħrufa aħjar bħala thrift shops. Moda sostennibli mhux biss tirrikonixxi kwalunkwe tniġġiż imma tirrikonoxxi wkoll l-mudell tan-negozju "fast-fashion" li miegħu din il-moda ma taqbel xejn. Dan il-mudell japplika meta kumpanija tipproduċi ħwejjeġ irħas li jiġu inspirati mid-dinja tal-catwalk jew taċ-ċelebritajiet iżda tipproduċihom b'ħeffa ta' berqa sabiex tissodisfa d-domanda tal-konsumatur. Permezz ta' dan il- konsumaturi ikunu jistgħu jaħtfu kemm jista' jkun malajr il-ħwejjeġ iżda jarmuhom la darba ma jibqgħux popolari u jixtru ħwejjeġ ġodda. Dan il-mudell jifforma sistema tossika ta' produzzjoni żejda li tikkontribwixxi għal aktar tniġġiż. Ħwejjeġ sostennibli, imma dawn x'inhuma? Tamara Fenech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2022