Illum previous editions

ILLUM 24 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1474368

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 festi illum • IL-ĦADD 24 TA' LULJU 2022 Mark Vella jiġġennen wara l-aħħar rumanz ta' Loranne Vella, Marta Marta (EDE Books, 2002). Għalih, klassiku instantanju u waqt ta' maturità għal letteratura Maltija li issa tfarfret u kibret. Maturità li ġġib magħha responsabbiltà, tistabbilixxi mudell, u ttella' tarġa oħra li minnha bilfors għandna nkomplu telgħin. ta' possibiltajiet. Lil hinn mit-tielet sess, lil hinn mill-griż ta' bejn l-abjad u l-iswed, kważi anki lil hinn mill-qawsalla LGBTIQ+. X'imkien fl-ispettru bejn il- mara bl-għenieqed r-raġel bil-bajd, hemm post anki għall-mara-raġel, il-kostruzzjoni unika Maltija li skomda tipprova ssolvi dan l-attakk fuq id-dikotomija, u s-sess u l-ġeneru, lil hinn mill-ġenitali u fejn misshom ikunu, jew il-proteżi tagħhom bħala kostum sinifikattiv tal-esplorazzjoni sesswali u tal-politika tas-sesswalità, jistgħu jibdew jinieħmu bħala sensibbiltà u ruħ ingaġġata attivament f 'qagħda soċjali definita. Id-dar fejn isseħħ il-ġrajja ta' marta għandha hi wkoll ruħ attiva, daqskemm għandha għajnejn, widnejtn u ħalq, u l-ġrajja tiaħ u tiżviluppa anki skont it-traġitt ta' din il-binja, organizzata skont il-prinċipju tal- beginaġġ Belġjan, li jilqa' fih in-nisa biss u fejn l-irġiel jidħlu biss bi stedina, u li fil-bini tad-dinjiet ta' Vella jitbandal fi sturdament eċitanti bejn istitut jew orfanatrou tas- sorijiet għal burdell ta' debuxxar ħieles u liberatorju li jieħdok lura għal de Sade u l-qċaċet tal-letteratura tal-erotiżmu sal- case tristi ta' żmien il-Faxxiżmu Taljan li jitlaħħmu taħt is-sikkina misnuna tas- Salò ta' Pasolini. F'din id-dar, tista' taqra l-kotba kbar u ddandan l-ifejn drappijiet, filwaqt li tieħu sehem fit-teatrini miżgħuda dagħa gratwit li jserrħek daqs id-dagħwa bil-Madonna li tiġbor L'ora di religione ta' Bellocchio. U f 'din l-organizzazzjoni ġdida, lil hinn mis-sikkaturi tas-sens komun soċjali, jinbet rumanz polifoniku uniku, irrakkontat sew mid-dar sew mill-karattri ewlenin tiegħu, li jirnexxi wkoll bis-saħħa tal-fatt li l-ġrajjiet individwali, sew jekk narrazzjoni, monologu, jew saħansitra biċċa teatrali, huma maħdumin bħala mod li l-ħin kollu jinfurmaw lil xulxin hekk kif Vella tinseġ għanqbuta mill-ien u labirint li tixtieq tkompli tintilef fih, fejn it-tifsir iwelled kontinwament tifsir ieħor, mhux biss sempliċement għalih innifsu, imma anki bħala sejħa u pjan għall-azzjoni u għall-ħtif tal-ħajja. Rumanz li huwa manifest, u li wkoll jintroduċi ħemel referenzi kulturali essenzjali, mil-letteratura femminista kontemporanjja sal-ħajjiet tal-qaddisin, li kontinwament ibaqqnu fil-ħitan taċ-ċertezzi akkwiżiti bi preċiżjoni u konsistenza, li xorta ma jdarrsukx bit- toqol jew b'xi kumplessità konxja minnha nfisha. Ktieb politiku li ma jippritkax, anki fil-mumenti fejn jgħaġġel biex jaġġornak b'bullettin storiko-politiku (parti mid-digest tal-kors aċċelerat) sabiex jikkonkretizza x-xbihat u l-poeżija tal- immaġini li tant tissensel b'ħila. U anki ċelebrazzjoni tal-ilsien u kull ma hu Malti, minkejja kollox, fejn, kif tgħid waħda mill- ilħna tar-rumanz, l-eżilju huwa l-bidu tal- ħelsien biex tibda tiem min u x'int. Hemm ħafna Vella f 'dan ir-rumanz, l-aktar fir-rabta bejn il-Belġju u Malta, li t-tnejn huma dar l-awtriċi, kif ukoll fl-enfażi fuq l-element teatrali u performattiv, li huwa l-qalba ewlenija ta' ġrajja li l-ħin kollu tissuġġerixxi li dik li tkun (u anki dak li jkun) isiru meta jittantaw jaħdmuha ta' dak li mhumiex, ta' dak li jixtiequ jkunu, ta' dak li ma jafux li huma. Il-ġeneru huwa identità, għal darb' oħra, li tmur lil hinn mill- bijoloġija apparenti, għalkemm marbuta sfiq miegħu, iżda li kapaċi timmaġina lilha nnifisha u toħloq potenzjali u eżiti infiniti. Hemm ukoll sfruttament inkredibbli tal- potenzjalitajiet tal-Malti, għal darb' oħra l-attwalizzazzjoni tal-qedem tal-ilsien, l-aktar fil-mumenti tad-deskrizzjonijiet intensi ta' ħwejjeġ bħal drappijiet u uri, ħbabat u għamajjar, u l-użu ta' figura retorika li tant taffaxxinani, l-ipotipożi, jiġifieri d-deskrizzjoni mirquma jew inkella t-tfassil ta' listi dettaljati b'vivaċità u rikezza tali li kważi tara x-xbiha tieħu l-ħajja u taqbeż lil hinn mit-tipa. Hija l-ħajja li hija r-raġuni għala għandu jinqara dar-rumanz, huwa stess stedina għall-possibilitajiet qajla esplorati għall- ħajja li tant nixtiequ imma li ma jħalluniex ikollna, ħajja li tassew jistħoqqilna lkoll, tixpakka bil-ħelsien ta' identitajiet esplorati u adottati bil-kburija u lil hinn minn kull skiel u lġiem. Marta Marta jista' jiġi akkwistat minn Kixott, 169 Triq il-Kbira, il-Mosta u mingħand Mallia & D'Amato Booksellers malliadamatobooks.com Loranne Vella

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2022