Illum previous editions

ILLUM 24 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1474368

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 23

18 opinjoni IL-ĦADD 24 TA' LULJU 2022 • illum Emerġenza Klimatika: l-impatt tal-karozzi u l-avjazzjoni T emperaturi rekord, li f 'ħaf- na każi jaqbżu l-40 grad Celsius, nirien qerrieda u nixfa f 'diversi pajjiżi. Din hi l-aħbar ewlenija mal-Ewropa kollha f 'dawn il-ġranet. Din il- mewġa ta' sħana mhijiex xi sorpriża. Rapport mill-Joint Research Station tal-Unjoni Ewropeja li kien ippubblikat iktar kmieni din il-ġimgħa, intitolat Drought in Europe July 2022, jenfasizza li parti sostanzjali mit-territorju tal-Unjoni Ewropeja hu soġġett għal nixfa li f 'numru ta' każi ilha tinġemgħa. Din hi n-normalità l-ġdida! Il-klima ta' bħalissa għandha impatt negattiv fuq l-agrikultura fl-Ewropa kollha. L-uċuh tal- għelieqi se jirrendu ferm inqas. Fl-Italja, ġara tagħna, fuq it-TV rajna l-livell tal-ilma tax-xmara Po li hu ferm iktar baxx mis-soltu: hemm metri inqas. L-esperti qed jgħidu li l-volum preżenti tal-ilma tax-xmara hu madwar 80% inqas mis-soltu. Nofs l-irziezet Taljani għandhom problemi kbar ikkawżati min-nixfa u t-temperaturi għoljin li qed jiffaċċaw. Dan mhu xejn ġdid għall-biedja f 'Malta. Ilna niffaċċjaw dawn il-kundizzjonijiet. In-nuqqas tal- ilma hi xi ħaġa normali f 'Malta, in-nixfa, imma, qed issir ukoll iktar spissa. Imbagħad jiġu mumenti fejn jinfetħu s-smewwiet Ii jgħarrqu kull m'hawn b'għargħar li jkaxkar kollox. Il-klima ilha żmien tinbidel it it u dan riżultat tal-istil ta' ħajja li qed ngħixu. In-natura ilha żmien tagħtina sinjali li ma nistgħux nibqgħu għaddejjin kif aħna. Imma kontinwament ninjorawha. Riżultat ta' hekk issa għandna din l-emerġenza klimatika, li, ġibniha b'idejna. L-emerġenza klimatika issa hi realtà u hi parti integrali mill-ħajja tagħna. Biex nindirizzawha rridu nibdew nagħtu każ dak li qed tgħidilna n-natura. Hu meħtieġ li dan kollu jkun rifless fil-politika li tħares fit-tul. Speċifikament nistennew li l-politika li mhijiex kompatibbli ma' dak meħtieġ biex nindirizzaw it-tibdil fil-klima tkun indirizzata b'mod immedjat. Malta m'għandhiex industrija li tagħti xi kontribut kbir għat-tibdil fil-klima. Il-problemi ewlenin fil-każ tagħna ġejjin mit-trasport: mill-karozzi u mill-ajruplani. In-numru ta' karozzi fit-toroq għadu qed jiżdied kontinwament. Ix-xogħlijiet konnessi mat-titjib fl- infrastruttura tat-toroq qed isiru bl- iskop uniku li t-toroq ikunu jifilħu għal iktar karozzi. Dan ikompli jżid mal-problema. Il-konġestjoni tat-traffiku tonqos naħa u tiżdied band'oħra! Minkejja l-ħafna kliem sabiħ ma hemmx ir-rieda politika li l-kontribut tal-karozzi għat-tibdil fil-klima jkun indirizzat. Il-qalba għall-karozzi tal- elettriku waħedha, mhux se ssolvi l-problema. L-emissjonijiet jibdew jonqsu fit-toroq u jiċċaqalqu għas- sors tal-elettriku li nużaw biex niċċarġjaw il-batteriji. L-enerġija rinovabbli li qed niġġeneraw hi ta' kwantità insinifikanti! Parti mill-problema nesportawha lejn Sqallija billi nużaw l-interconnector, li flok wieħed issa hu ippjanat li jkollna tnejn. B'hekk inkomplu inżidu d-dipendenza tagħna għall-ħtiġijiet enerġetiċi. Flimkien mal-qalba tal-karozzi għall-elettriku irid isir sforz ġenwin biex jonqsu sostanzjalment il-karozzi mit-toroq tagħna. Iċ- ċokon tal-gżejjer Maltin jagħmilha iktar possibli li nindirizzaw id-dipendenza tagħna fuq il- karozza u li din tkun sostitwita bi transport pubbliku effiċjenti. Kważi kullimkien jista' jintlaħaq b'faċilità. F'Ottubru t-trasport pubbliku se jkun b'xejn. Dan waħdu mhux biżżejjed. Jeħtieġ trasport pubbliku li jkun effiċjenti. Hu biss meta t-trasport pubbliku jkun alternattiva tajba li jkun jagħmel sens għall- gvernijiet li jibdew il-proċess biex jonqsu b'mod sostanzjali l-karozzi mit-toroq tagħna. Biex nindirizzaw l-impatti tal-avjazzjoni l-istorja hi iktar ikkumplikata. Id-dibattitu kurrenti dwar taxxa fuq il-fuel tal-avjazzjoni, kif diġà ġie enfasizzat, se jkollu impatt sproporzjonat fuq il-gżejjer periferali fl-Unjoni Ewropeja. Imma l-problema hi waħda reali u teħtieġ li tkun indirizzata bla iktar dewmien. Il-qalba tal-argument fid- diskussjoni li għaddejja hi dwar l-impatt ta' taxxa fuq il-fuel tal-avjazzjoni fuq it-turiżmu. Mhux biss it-turiżmu lejn il- gżejjer Maltin, imma dak lejn kull rokna tal-Unjoni Ewropea. Ilkoll kemm aħna naċċettaw il-prinċipju ambjentali bażiku li min iħammeġ jeħtieġ li jħallas (polluter pays principle) li llum il-ġurnata jifforma parti kemm mill-liġi Ewropea kif ukoll minn dik Maltija. Anke t-turiżmu għandu jerfa' l-piż tal-impatti li jiġġenera, partikolarment l-impatti ambjentali tiegħu. Dak hu l-iskop tat-taxxa proposta fuq il-fuel tal-avjazzjoni. Wasal iż-żmien li t-turiżmu wkoll jibda jirristrittura ruħu u jibda jagħti każ tal-impatti ambjentali tiegħu. Bl-emerġenza klimatika wara l-bieb ma jagħmilx sens li nibqgħu għaddejjin bit-tkaxkir tas- saqajn. Żommu quddiem għajnejkom li l-gżejjer u l-komunitajiet mal-kosta jaqilgħu l-ikbar daqqa meta jibdew jiżdiedu l-impatti tat-tibdil fil-klima, billi jibda jgħola l-livell tal-baħar. Xi gżejjer u wħud mill- komunitajiet mal-kosta l-anqas biss jibqgħu jeżistu. Man-natura ma tistax tinnegozja, trid tbaxxi rasek! Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Il-gżejjer u l-komunitajiet mal-kosta jaqilgħu l-ikbar daqqa meta jibdew jiżdiedu l-impatti tat-tibdil fil-klima, billi jibda jgħola l-livell tal-baħar. Xi gżejjer u wħud mill-komunitajiet mal-kosta l-anqas biss jibqgħu jeżistu. Man-natura ma tistax tinnegozja, trid tbaxxi rasek!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2022