Illum previous editions

ILLUM 24 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1474368

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 23

19 editorjal illum • IL-ĦADD 24 TA' LULJU 2022 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt G ħidniha fil-każ tal-Belt Valletta u se nerġgħu nirrepetu f 'dan l-editorjal. Mhux li tagħmel fil-politika, daqs kemm kif twettaq dik l-azzjoni. Xi kultant il-mod kif twettaq azzjoni, anke jekk l-azzjoni tkun tajba jew ikollha għan tajjeb, jgħodd u jagħmel id-differenza kollha. Dan l-editorjal mhux se jidħol fil- mertu ta' jekk hux sew li Manuel Cuschieri - persuna sinonima mal-Partit Laburista u li ilu jimmilita f 'dan il-partit snin twal - tneħħa minn fuq l-istazzjon tal-PL. Dak il-ġudizzju jridu jagħmluh is-semmiegħa tal-ONE, speċjalment dawk li kkontribwixxew sabiex dan l-istazzjon ikun jista' jxandar. Li se nikkumentaw dwaru huwa l-mod kif - mill-ġdid - it-tmexxija tal-PL (Robert Abela) ħadet deċiżjoni li wasslet għall- kritika ta' bosta, din id-darba votanti Laburisti, li staqsew x'ġara ħażin biex Cuschieri twaqqaf u r-risposta kienet waħda: Silenzju. Ħadd mill-PL ma mqar ħaseb biex - għad-diċenza- jagħti spjegazzjoni għaliex Cuschieri twaqqaf milli jxandar fuq ir-radju tal-PL. Il-punt mhuwiex jekk kellux ixandar jew le. Il-punt ta' dan l-editorjal huwa li meta l-affarijiet isiru b'element ta' diżrispett u arroganza, iġibulek biss għedewwa, avversarji u telf ta' voti. Il- punt hu li meta tkeċċi, twaqqaf jew tagħti l-ġenb lil xi ħadd għandu jkollok l-abilità, apparti d-diċenza, li tkellem lil dawk in-nies, tfehemhom x'ġara u tagħtihom is-serħan il-moħħ li l-partit - ikun liema jkun - japprezza x-xogħol li għamlu. Din ta' Cushcieri hija t-tieni episodju li beda juri ċerta elementi inkwetanti fit-tmexxija tal-PL, ċerta elementi u attitudnijiet li jixbħu lil dawk fil-Gvern li kien imexxi Lawrence Gonzi. Fil-każ tal-mużika fil-Belt ġara eżatt l-istess. Kien hemm komunità li tajjeb jew ħażin ilmentat, li semmgħet leħinha, li opponiet dan l-avviż u li finalment ġiet kompletament injorata għax lanqas biss saret siegħa waħda ta' konsultazzjoni. U min-naħa tal-Gvern kien hemm biss silenzju, jew kważi silenzju. Ħadd ma ried jitkellem, ħadd ma tħalla jitkellem u allura kulħadd mexa mal-linja tal-partit. Is-sinjali qegħdin hemm. Il-Partit Laburista għadu fil-ħin sabiex l-episodju tal-Belt Valletta u ta' Manuel Cushcieri - li mhumiex relatati fil-kontenut, imma jixbħu lil xulxin fl-attitudni li ħa l-Gvern/ il-PL lejhom - ikunu l-eċċezzjoni mhux in-norma. Inkella l-Gvern jista' jibda jipprepara ruħu biex iqatta' ħames snin jiġġieled ma' diversi għaqdiet u persuni, lilhinn minnu imma anke fi ħdanu. L-istat ħażin li fih jinsab il-PN mhux se jkun salvauomo ta' dejjem għal-Labour. Xi darba hemmhekk ukoll ir-rota ddur. Ma ninsewx li dan kien ġara fl-2008 - 2009, sa meta l-poplu minkejja li kien beda jixba' sew mill-PN fil-Gvern ma kienx għadu qed jadfa lill-Labour fil- Gvern - il-Labour li kien karatterizzat minn ġlied intern, nuqqas ta' viżjoni u apatija (għalkemm vera, mhux daqs il-PN illum). Imbagħad kien elett Joseph Muscat Mexxej Laburista u f 'temp ta' sena waħda biss, il-folja inqalbet - minn 1,500 maġġoranza PN għal 33,000 maġġoranza Laburista (elezzjoni tal- Parlament Ewropew). L-artiklu ta' bħal lum ġimgħa ta' Saviour Balzan kien qisu l-ewwel bozza ħamra għal Robert Abela. U kellu ħafna raġun Balzan meta qal li l-avversarji li toħloq bl-attitudni l-ħażina, meta s-sitwazzjoni politika tkun ħażina ma ssibhomx, jekk mhux isiru ħafna iktar voċiferi kontrik. It-tisbit tas-saqajn u l-politika tal- bulldozer la ħadmet fil-passat u lanqas se taħdem issa. Xaharejn qabel l-elezzjoni jkun tard wisq biex treġġa' lura ċerta weġgħat u attitudni ħażina, iż-żmien huwa issa. Il-politika tal-bulldozer la qatt ħadmet u qatt mhu se taħdem!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 July 2022