Illum previous editions

ILLUM 31 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1475003

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 23

08 analiżi IL-ĦADD 31 TA' LULJU 2022 • illum 'Ma nħallux marka tal-eżami tittimbra L-iskola għandha tkun post ta' dixxiplina u edukazzjoni akkademika biss?L-eżamijiet għadhom essenzjali għat-tagħlim tal-ġenerazzjonijiet tal-futur? L-ILLUM tiltaqa' ma' Lelio Spiteri, il-Kap tal-Kulleġ ta' Għawdex magħrufa bħala l-Happy School, li tħaddan il-ferħ, il-briju u l-mentalità pożittiva ANTHEA CACHIA U YENDRICK CIOFFI Pitazzi bl-addoċċ, il-qanpiena tal-iskola u xi uniformi pulita… kollha iqanqlu memorji li esperjenzajna fi ħdan l-erba' ħitan tal-iskola primarja. Fil-fatt ħafna jassoċċjaw l-iskola mad- dixxiplina, mal-edukazzjoni jew ma' xi ħarġa kulturali. Madankollu l-iskola tmur lil hinn minn hekk u għall-Kap tal-Iskola Lelio Spiteri din għandha tkun post ta' briju, ferħ u edukazzjoni ħolistika. Fil-fatt hekk għamel, f 'dawn is-16-il sena li ilu fil-Kulleġġ ta' Għawdex. Minn tpinġijiet ta' tfal fuq il-ħitan, għal kliem ta' motivazzjoni għall-istudenti ċkejknin, Spiteri irnexxielu jdawwar il-perċezzjoni tal-iskola bħala post mimli bankijiet, homeworks u regoli stretti għal skola li fiha jinbnew familji, ferħ bla waqfien u tagħlim li ma jintesa' qatt. Tant li malli tirfes l-għatba tal- iskola, iġiegħelek toħlom li treġġa' lura l-ħin biex terġa' tmur l-iskola. L-ILLUM għal din il-ġimgħa qabdet il-vapur ta' Għawdex, marret ir-Rabat u ltaqgħet ma' Spiteri u bejn daħqa jew tnejn qalilna dwar il-viżjoni tiegħu għall- iskola, il-prinċipji li għandhom ikunu msejsa fl-istudenti u fuq kif hu, bħala Kap ta' Skola u eks għalliem, ma' jaqbilx mal- eżamijiet. 'Waqt il-Covid-19 l-eżamijiet waqfu. X'ġara? Xejn!' Spiteri huwa kritiku ħafna fejn jidħlu l-eżamijiet għaliex jemmen li dawn ma jkejjlux l-intelliġenza tat-tfal iżda l-memorja. "Is-sistema tagħna kif inhi qed tbeżżgħani għax ħafna mit-tagħlim qed isir għall-eżamijiet," qal Spiteri. Jisħaq li min-naħa l-oħra l-assessjar kontinwu se jkejjel b'mod aktar preċiż, il-veru progress tal-istudenti. Dan b'kuntrast mal- eżamijiet li anke t-tfal iħossuhom iffrustrati bihom, tant li meta jasal żmienhom it-tfal imorru l-iskola, "qishom sejrin għall-qatla u din jiena ma niflaħiex." Huwa rrimarka li issa li kien hemm il-kuraġġ li jitneħħew l-eżamijiet ta' nofs is-sena, wasal biex ikun hemm it-tieni pass; li jitneħħew l-eżamijiet għal kollox, li fl-istadju ta' skola primarja huwa ddeskrivihom bħala "kattiverija". Fakkar li waqt il-perjodu tal- pandemija, l-eżamijiet kienu twaqqfu. "X'ġara? Xejn. It-tfal baqgħu tilgħin u komplejna mixjin 'il quddiem," kompla jgħid Spiteri. Hawn huwa żied jgħid li meta jqajjem din il-kwistjoni ħafna jfakkruh fis-snin 70, meta f 'pajjiżna kienu tneħħew l-eżamijiet. Qal li wieħed irid jara l-kuntest ta' dak iż-żmien x'kien. "L-eżamijiet tneħħew mil-lum għal għada, bla ebda konsultazzjoni," fakkar. Qal li jekk wieħed iħares lejn is-sistemi edukattivi barranin "li tant niaħru bihom", l-eżamijiet fl-iskejjel jibdew ħafna aktar tard. Fil-fatt stqarr mal-ILLUM li l-eżamijiet għandhom jibdew, minn tal-inqas, fis-sekondarja. Madankollu huwa jgħid li lanqas f 'dak l-istadju ma għandu jkun hemm l-eżamijiet għax skontu persuna titgħallem ħafna aktar minn xi riċerka jew proġett edukattiv. Spiteri saħaq li jkun hemm tfal li jmorru tajjeb u jiġu ittimbrati bravi filwaqt li jkun hemm tfal oħra li jsibuha aktar diffiċli. Jgħid li dawk it-tfal jgħaddu minn trawma, tant hu hekk li fix-xhur ta' Mejju u Ġunju, lanqas isemmi l-kelma "eżami" waqt l-assemblies tant famużi tiegħu. Mistoqsi jekk qatt ġie espost għal kritika fuq il-pożizzjoni tiegħi huwa saħaq li hemm kapijiet ta' skejjel oħra li huma kontra għax jemmnu fl-eżamijiet, "kif għandhom id-dritt li jagħmlu" iżda jgħid li huwa persuna li ma jaqtax qalbu, tant hu hekk li ġieli tkellem ma' persuni oħra fl-awtorità edukattiva li qablu miegħu. "Ċertu attivitajiet ma kinux daqstant faċli biex jidħlu fis- sistema lanqas, iżda daħlu wkoll," saħaq Spiteri. 'Qatt immaġinajtu li t-tfal kienu se jmorru l-iskola bil-piġama?' Il-Kulleġġ tar-Rabat Għawdex imlaqqma bħala l-'Happy School' hija famuża għall-attivitajiet kreattivi u brijużi li tagħmel għat-tfal, tant li issa dawn l-istess attivitajiet qed jittellgħu fi skejjel oħra. Tant hu hekk li Spiteri xi kultant sforz il-kreattività tiegħu biex joħloq xi attività ġdida li tgħolli l-moral, jaqbad jippjana u jħarbex xi ideat tul il-lejl, bħal awtur meta jkollu xi idea tajba għal xi ktieb. Waħda minn dawn l-attivitajiet hija l-jum iddedikata għall- piġama. "Qatt immaġinajtu li t-tfal kienu se jmorru l-iskola bil- piġama?" staqsa Spiteri. Huwa saħaq li din l-idea aktar tard evolviet bħala attività biex tiġbor il-flus għall-Puttinu. "Meta kellna tifel mill-iskola tagħna li kellu bżonn l-għajnuna ta' Puttinu, b'din l-attività rnexxielna niġbru eluf ta' Uliedna jiswew ħafna aktar minn karta ta' eżami' Mistoqsi x'inhu l-appell tiegħu hekk kif issa ninsabu jiem 'il bogħod milli jibdew jintbagħtu r-riżultati tal- eżamijiet huwa saħaq li għandu tliet punti; • L-eżamijiet ma humiex l-aħħar tad-dinja • L-eżamijiet ma jkejjlux l-intelliġenża tat-tfal • Ma nħallux marka tal-eżami tittimbra lit-tfal tagħna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 July 2022