Illum previous editions

ILLUM 31 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1475003

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 festi illum • IL-ĦADD 31 TA' LULJU 2022 Mark Vella jagħti ħarsa lejn il-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, wara rekord ta' sottomissjonijiet għas-sena 2022 donnu l-bejgħ isir kunsiderazzjoni inqas importanti mill-missjoni biex jinħoloq u jinxtered l-għerf. Lil hinn mid-dominju tas-soltu ta' dar jew tnejn, din is-sena hemm għadd wiesgħa ta' pubblikaturi u entitajiet li jippreżentaw produzzjoni impekkabbli ta' kotba ta' riċerka ġenerali, bijografika u storjografika. Jaf se jkun uġigħ ta' ras għall-ġudikanti jagħżlu r-rebbieħa: kieku nilgħabhom, flusi nitfagħhom fuq il-Horizons b'Giuseppe Schembri Bonaci u l-Kite b'Conrad Thake u Michael Refalo. Imma attenti dejjem miċ-ċanġun ta' Mark Montebello dwar Mintoff ! Fl-aħħar, kategorija li dejjem qed tkun miżgħuda sew hija dik tat-traduzzjoni, fejn bosta pubblikaturi qed jinvestigaw modi kif iġibu letteratura barranija ta' kull xorta għall-Malti, sew biex inwessgħu l-bejgħ tagħhom sew biex ikabbru l-orizzont u l-għażla tal-qarrejja. Hija l-kategorija li jkollha minn kollox: dis-sens, nagħtu każ, għandna lil Papa Franġisku li se jkollu jħabbatha mad- Divina Commedia tradott minn Alfred Palma, li jippreżenta ukoll traduzzjoni oħra ta' Shakespeare. Jaf taqta' qalbek għal dawn l-aħħar tnejn u għall-heavyweight tat-traduzzjoni li huwa Palma, imma ma ninsewx dis-sena lil Claudine Borg u traduzzjoni oħra mill-Franċiż, Charles Flores li jaqleb lill-awtur magħruf Jim Crace, it-traduzzjoni tad-djarju ta' Anne Franku, min jaf, outsider oħra/ieħor, it-traduzzjoni mill-Malti għall-Ingliż ta' Vespri ta' Trevor Żahra minn Clare Vassallo. Dejjem ngħidha, u jaf ktibtha wkoll: il-premju tal-ktieb jeċitani tant li kieku nista', f 'dinja parallela, naħdimlu l-imħatri. F'sens sportiv, dejjem legali u b'għajn magħluqa għall-etika, imma għall-iskop li jixxerred il-gost tal-ktieb u li jsir magħruf aktar fil-wisa'. Kif ukoll bit-tama li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ikompli jħabrek biex dan il-premju tant importanti jkompli jieħu l-ġieh li tant jistħoqqlu u jiġi ppreżentat b'tali mod, anki bħal premji barranin, li jkun jista' jixtered fost pubbliku wisq akbar.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 July 2022