Illum previous editions

ILLUM 31 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1475003

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 23

14 illum • IL-ĦADD 31 TA' LULJU 2022 festi Enċiklopedija tal-Festa Maltija: L-armar fit-toroq (8) Il-gazzetta ILLUM tkompli b'sensiela ta' artikli li matulhom qed tispjega kliem li huwa assoċjat mal-festi Maltin u Għawdxin, mill-armar tal-knisja u l-funzjonijiet sal-armar ta' barra u n-nar. Illum nagħtu ħarsa lejn xi tradizzjonijiet jew kurżitajiet marbuta mal-festi YENDRICK CIOFFI Jumejn qabel il-festa, fil-ġurnata li bosta jsejħulha l-antivigilia, ssir mat-toroq tal- belt jew ir-raħal li jkun qed jiċċelebra festa, dimostrazzjoni bi statwa tal-qaddis jew il- qaddisa akkumpanjata mill-banda u l-briju. Ġeneralment dan ikun wieħed mill-aktar marċi brijużi u mistenni anke għax il-festa issa tkun se tibda tilħaq il-qofol tagħha. Fi tmiem dan il-marċ, l-istatwa tal-qaddis jew il-qaddisa tittella' fuq il-pedistall (kolonna jew kanolla) f 'post prominenti, fil-pjazza, faċċata tal-knisja jew inkella f 'xi triq prinċipali. Hemm diversi modi kif din l-istatwa tittella' fuq il-kolonna jew il-pedistall tagħha. Hemm statwi li jittellgħu b'winċ jew inkella bi krejn u oħrajn li jittellgħu bit-tarjola u jkunu n-nies stess li jiġbdu l-ħabel. Ma nistgħux ma nsemmux dak li jsir f 'Ħal Luqa meta jsir dak magħruf bħala l-marċ tal-anġlu, organizzat mis-Soċjetà Filarmonika L-Unjoni, Lejliet il-Festa. Quddiem il-pedestall jintrama taraġ tal- ħadid. Dan jimtela' bil-partitarji u l-anġlu jittella' billi jgħaddi minn id għall-oħra sakemm isib postu. Iżda interessanti mmens dak li jiġri fiż- żewġ festi tal-Birgu, jiġifieri dik ta' San Lawrenz u dik ta' San Duminku. Fiż-żewġ każi, l-istatwi tad-dimostrazzjoni, magħrufa bħala ta' San Lawrenz jagħti d-dawl lill- għomja u dik ta' San Duminku fil-Glorja, jittellgħu permezz tal-boma. Imma din il-boma x'inhi? Il-boma hija arblu li jintrama mas-sur u jkun jinkludi ħabel bit-tarjola. Fiż-żminijiet imbiegħda, din il-boma kienet tintuża biex titniżżel il-merkanzija minn fuq il-bastimenti u x-xwieni. Li jiġri huwa li l-ħabel prinċipali jintrabat mal-istatwa u mbagħad grupp ta' rġiel jiġbdu it it il-ħabel li jkun dieħel fit- tarjola biex l-istatwa tibda' tiela' it it 'il fuq. Żewġt irġiel oħra jkunu qed iżommu żewġt iħbula oħra mal-bażi tal-istatwa biex din ma ddurx waqt li tkun tiela'. Malli l-istatwa titla' biżżejjed 'il fuq, grupp ta' rġiel oħra li jkunu fil-ġenb, jiġbdu ħabel ieħor biex il-boma ddur it it sakemm l-istatwa ssib postha fuq il-pedistall fost iċ- ċapċip u l-briju tal-partitarji u d-daqq tal- banda. Se nibqgħu l-Birgu. Din id-darba se ninżlu fil-pjazza ewlenija tal-Belt Vittoriosa. Fil-ġranet tal-festa ta' San Lawrenz, f 'nofs din il-pjazza, wieħed se jilmah kolonna żgħira ħafna u fuqha jkun hemm bħal ballun magħluq. X'jiġri b'dan il-ballun magħluq. Lejliet il-festa, dan il-ballun jimtela' bil-ħelu u bl-għasafar jew ħamiem. Malli tispiċċa l-quddiesa tat-Te Deum, it qabel jibda l-marċ ta' filgħodu, ħafna tfal jinġabru madwar dan il-ballun. Persuna inkarigata tkebbes in-niċċa qasira li twassal biex dan il-ballun jinfetaħ bħal ura. Fin-nofs tiegħu tfeġġ statwa żgħira ta' Santa Paċenzja, omm San Lawrenz. Il-ħelu jaqa' u l-għasafar itiru. Ħalli għat-tfal biex jiġru wara l-ħelu u l-għasafar. Imma din it-tradizzjoni antika xi tfisser? Ħadd ma jaf eżatt imma t-tradizzjoni orali tagħti żewġ verżjonijiet. San Lawrenz, Levita u Martri huwa magħruf għal kemm kien iqassam ġid u ikel lill-foqra ta' Ruma f 'isem il-Papa. Il-ħelu li jinxtered minn dan il-ballun ifakkar f 'dan il-ġest ta' dan il-qaddis kbir tal-Knisja. Mill-banda l-oħra, l-għasafar itiru jfakkru fit-Torok li ħarbu minn Malta hekk kif tilfu l-Assedju l-Kbir tal-1565. Fil-fatt, dan il-ballun jintrama biswit il- Monument ta' Malta Rebbieħa li waqqaf l-Ordni ta' San Ġwann stess biex ifakkar din ir-rebħa fil-qalba ta' din il-Belt li isimha huwa marbut mhux biss miegħu imma anke ma' din il-ġrajja storika. Xi ħaġa simili ssir ukoll f 'Ħal Għaxaq, fil- festa ta' Santa Marija. Anke hawn f 'nofs il- pjazza tintrama kolonna żgħira imma fuqha ma jkunx hemm ballun imma qabar. Malli titkebbes il-miċċa, dan il-qabar jinfetaħ u minnu toħroġ xbieha żgħira tal- Assunta, biex tfakkar it-Tlugħ fis-Sema tal- Madonna. Il-Boma Il-Ballun L-istatwa ta' San Lawrenz jagħti d-dawl lill-għomja titella' fuq il- kolonna permezz tal-boma Il-Ballun li jintrama f 'nofs il-pjazza tal-Birgu fil-festa ta' San Lawrenz

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 July 2022