Illum previous editions

ILLUM 31 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1475003

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 23

15 festi illum • IL-ĦADD 31 TA' LULJU 2022 Nagħlqu bis-sunetti li huma popolari f 'ħafna lokalitajiet imma mhux se ssibhom kullimkien. Huma popolari ħafna fil-Kottonera, fil-Belt Valletta u f 'lokalitajiet fin-nofsinhar tal-pajjiż bħaż-Żejtun, Ħal Għaxaq, il-Qrendi, l-Imqabba u ż-Żurrieq. Dawn is-sunetti huma taqbiliet sempliċi li d-devoti jagħtu quddiem l-istatwa waqt il-ħruġ u d-dħul tagħha mill-knisja. Ikunu poeżiji sempliċi ta' strofa waħda b'erba' versi. Ma jiktubuhomx poeti imma jkunu ħerġin verament mill-qalb tad-devoti li jivvintawhom. Hemm sunetti li se tismagħhom (forsi b'xi differenza minima) fil-lokalitajiet kollha imma oħrajn li jkunu ġew ivvintati għal festa partikolari. Dawn ikunu jfaħħu lill-qaddis jew il-qaddisa u l-virtuwijiet tagħhom u xi drabi wkoll anke jiġbdu sieq il-partitarji ta' xi festa oħra. Xi wħud mis-sunetti ilhom jintirtu snin u huma antiki imma oħrajn jiġu vvintati minn sena għall-oħra. Hija tradizzjoni tan-nies, jew aħjar tradizzjoni popolari u mod kif in-nies tal-lokal jesprimu l-imħabba u d-devozzjoni tagħhom lejn il-qaddis jew il-qaddisa partikolari. Il-marċ tal-Antivigilia, jew inkella kif inhu magħruf f 'xi lokalitajiet bħala l-marċ tal-Aħħar Tridu jew tal-Aħħa Salva, ma jsirx dejjem bi statwa tal-qaddis jew il-qaddisa jew inkella xi anġlu. Hemm lokalitajiet li dan il-marċ isir bi statwa magħrufa bħala ta' Malta. Din l-istatwa hija allegorija, jiġifieri statwa li tissimbolizza xi ħaġa. F'dan il-każ, din l-istatwa tissimbolizza r-rebħa ta' Malta u tar-Reliġjon Nisranija fuq l-Ottomani fl- Assedju l-Kbir tal-1565. Malta tkun irraffigurata permezz ta' mara liebsa bil- korazza, l-elmu u x-xabla ta' suldat. Minn taħt ikollha libsa bajda u mantell aħmar, il-kuluri tal-bandiera Maltija. X'aktarx tkun qed tirfes xi kanun jew inkella xi bandiera li għandha x'taqsam mat-Toroq jew inkella l-Ottomani. F'idejha, din l-istatwa żżomm jew il-bandiera Maltija jew inkella l-bandiera tal-Ordni ta' San Ġwann (magħrufa mad- dilettanti bħala tar-reliġjon), jiġifieri bandiera ħamra b'salib abjar kbira fuqha. Fejn isir marċ b'din l-istatwa, x'aktarx li jkun wieħed maħbub ħafna. Ma nistgħux ma nsemmux dak li jsir fl-Isla u dawk li jsiru mis-Soċjetà Filarmonika Maria Mater Grazea ta' Ħaż-Żabbar u tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp tal-Kalkara. Fl-Isla, din l-istatwa hija verament monument tal-Assedju l-Kbir. Din tittella' fuq pedistall prominenti biswit il-knisja mibnija mill-Kavallieri bħala monument ta' din ir-rebħa. Lejliet il-festa tal-Bambina (7 ta' Settembru), jew kif inhi magħrufa mal-Maltin bħala l-Vitorja (għax fit-8 ta' Settembru nfakkru wkoll din ir-rebħa) issir ċerimonja u quddiem din l-istatwa ta' Malta jitpoġġew il-kuruni tar-rand. Mingħajr ir-reffiegħa il-vara tibqa' fil-knisja u allura l-irfigħ huwa parti importanti mill-festa. F'xi lokalitajiet, l-irfigħ huwa meqjusa kważi kważi bħala sengħa u r-reffiegħa jiġu mħarrġa apposta biex jerfgħu fil-vari. Kull lokalità għandha t-tradizzjoni tagħha kif jintgħażlu r-reffiegħa imma żgur li l-aktar waħda popolari hija dik li ssir fl-Imġarr, magħrufa bħala l-Offerta. Jekk f 'lokalitajiet oħra r-reffiegħa jkunu magħżula minn jiem qabel il-festa, fl-Imġarr ħadd ma jkun jaf min se jerfa' l-vara ta' Santa Marija sa dakinhar tal-festa f 'nofsinhar. Mat-tokki ta' nofsinhar, gruppi differenti ta' reffiegħa jinġabru quddiem niċċa bi statwa tal-ġebel ta' Santa Marija, fil-ġenb tal- knisja, flimkien mal-Kappillan u jagħmlu l-offerta tagħhom tal-flus. Rappreżentant minn kull grupp jibda jagħmel l-offerta tiegħu sakemm wieħed wieħed jibdew iċedu. Dak il- grupp li jagħmel l-akbar offerta jerfa' l-istatwa filgħaxija. Parti minn din l-offerta tmur għal xi għan filantropiku filwaqt li parti oħra tmur għal xogħlijiet ta' manutenzjoni li jkun hemm bżonn fil-knisja. Għalkemm il-gruppi jikkompetu ma' xulxin, ma hemmx xi pika ta' barra minn hawn. Filgħaxija kulħadd jinżel għall-purċissjoni u mhux l-ewwel darba li membri minn gruppi differenti jerfgħu ma' xulxin. F'lokalitajiet oħra il-vara tintrefa' minn gruppi differenti, fosthom minn dawk li jkunu membri f 'xi fratellanzi. Festi oħra jagħżlu r-reffiegħa minn fost il-grupp tal-armar, skont kemm dawn ikunu ħadmu biex ħareġ l-armar u f 'lokalitajet oħra, bħal Ħaż-Żebbuġ, il- bastun jinxtara u jintiret mill-missier għall-iben, biex hekk ir-refgħa tibqa' dejjem tal-familja. F'ħafna bliet u rħula l-irfigħ għandu wkoll il-partikolaritajiet tiegħu. Pereżempju fis-Siġġiewi, il-purċissjoni ssir biss fil-pjazza tar-raħal, fil-Belt Valletta l-forċini (il-waqfiet) isiru biss fil-kantunieri u f 'Ħaż-Żebbuġ, waqt il- ħruġ min-niċċa, ir-reffiegħa jagħmlu it passi 'l quddiem u it lura. Sunetti Malta Rebbieħa L-Offerta Id-devoti jqabblu quddiem l-istatwa ta' San Pawl tal-Belt L-istatwa ta' Malta Rebbieħa tal-Isla L-istatwa ta' Santa Marija tal-Imġarr

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 July 2022