Illum previous editions

ILLUM 31 July 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1475003

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 23

16 opinjoni IL-ĦADD 31 TA' LULJU 2022 • illum Nipproteġu lin-nies... u n-nies tagħti sehma J ekk il-pandemija kienet sfida li rajna kif għamilna biex insibu s-soluzzjoni- jiet għaliha, l-isfidi bla preċedent li għaddejjin minnhom bħalissa fuq bażi reġjonali u glo- bali mhumiex b'inqas. L-invażjoni Russa fuq l-Ukrajna kompliet tħalli impatt fuq is-supply chains li diġà kienu affettwati minħabba l-pandemija flimkien mal-inflazz- joni tal-ikel u l-enerġija. Dan kollu qed iħalli impatt dirett fuq il-kwalità tal-ħajja tan-nies u l-livell tal-għixien tagħhom. Madanakollu l-kriżi reali għadha potenzjalment quddiemna u tmur lil hinn mill-ispejjeż esaġerati tal- enerġija – l-Ewropa qed tiffaċċja prospett reali ta' kriżi tal-provvista tal-enerġija. Ir-riskju huwa reali u meta wieħed iħares lejn il-pożizzjoni li qed tieħu r-Russja dwar in-Nord Stream 1, bilfors in-nazzjonijiet iridu jippreparaw għall-agħar xenarju hekk kif toqrob ix-xitwa u d-domanda għall-enerġija tiżdied. Iffaċċjata bit-theddid tar-Russja, l-Unjoni Ewropea qed titħabat biex issib soluzzjonijiet għal sitwazzjoni li kapaċi tħalli miljuni ta' ċittadini mingħajr elettriku fl-aktar xhur kesħin u ħorox. Il-ġimgħa l-oħra, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet bi proposta ta' tnaqqis mandatorju fl-użu tal- gass mill-istati membri tal-UE. Tnaqqis mandatorju ta' 15%, bil-ħsieb li l-UE tkun preparata għall-eventwalità ta' deċiżjoni mir-Russja li twaqqaf il-provvista lejn l-Ewropa, provvista li l-Ewropa għandha dipendenza fuqha. Niakar li bħala Membru tal-Parlament Ewropew u Viċi President tal-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi, kont nisħaq mal-Kummissjoni Ewropea u fil-Parlament Ewropew illi l-pajjiżi għandhom jinvestu bis-sħiħ fl- enerġija rinnovabbli. Dan bl-appoġġ tal-UE biex b'hekk nimxu lejn użu akbar ta' enerġija rinnovabbli, sors ta' enerġija nadifa li ma jniġġisx, li jkompli jżid mas-sigurtà tal- provvista u l-awtonomija tal-pajjiżi. Ejja nipprepraw għal li jista' jinqala', konna ngħidu, speċjalment meta wieħed iqis kemm hi maqsuma u differenti il-produzzjoni tal-enerġija fost il-pajjiżi Ewropej. Huwa f 'dan l-isfond li nibqgħu ntennu l-impenn tagħna li nipproteġu lin-nies l-ewwel u qabel kollox. Għalhekk sħaqna li Malta ma jistax ikollha tnaqqis mandatorju tal-użu tal-gass. F'sitt ijiem minn mindu ħarġet il-proposta sal-qbil bejn il-pajjiżi Ewropej, innegozjajna bis-sħiħ biex pajjiżna jkun eżentat minn din il-proposta. Ikkonvinċejna li għal pajjiż li ma għandux konnessjoni man-network tal-gass, tali eżenzjoni kienet meħtieġa. Altru għal min qal li ma kienx hemm bżonn dawn in- negozjati! Hija tassew ħasra li anke fuq ċirkustanzi bħal dawn ta'importanza nazzjonali, l-Oppożizzjoni ppreferiet li tieħu pożizzjoni populista, li tirrifletti nuqqas ta' għarfien bażiku dwar in- negozjati li jkunu meħtieġa fuq livell Ewropew, kemm tekniku u politiku. Irrid nirringrazzja lit-tim kollu illi ħadem fuq din il-pożizzjoni. Kif kull min kien involut f 'dawn it-tip ta' negozjati jaf, abbozz ta' proposta jinbidel numru ta' drabi f 'qasir żmien u importanti li l-pajjiż jibqa' jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu sal- aħħar mument. Il-verżjoni li saret pubblika imponiet tnaqqis perċentwali obbligatorju, iżda b'suċċess għamilna l-każ ta' Malta għaliex kwalunkwe tnaqqis obbligatorju jkun ta' detriment għall-familji u n-negozji. Il-pożizzjoni tagħna fuq livell Ewropew hija evoluzzjoni tal- politika tagħna dwar l-istabbilità tal-prezzijiet; politika kruċjali biex intaffu l-piżijiet minn fuq n-nies mill-agħar effetti tal-inflazzjoni. Kieku ma ħadniex din id-deċiżjoni, iċ-ċittadini u n-negozji Maltin kien ikollhom iħallsu rata ogħla. Tant splodew f 'daqqa il-prezzijiet, li kien hemm waqtiet fejn il-prezz tela' għal €0.65ċ kull unit ta' elettriku, meta l-orħos prezz ta' Malta huwa ta' €0.10ċ5. Wieħed jista' biss jimmaġina x'kien ikun l-impatt fuq in-negozji u l-familji tagħna. L-ebda pajjiż ieħor fl-Ewropa ma rnexxielu jżomm il-prezzijiet tal- elettriku u tal-uwil stabbli matul dawn iż-żminijiet inċerti. Dan kollu qed nagħmluh għax huwa propju fi żmien bħal dan, li l-aktar li għandna bżonn nipproteġu lill-poplu tagħna. Iż-żmien fejn irridu nkomplu nattiraw l-investiment, biex insaħħu l-ekonomija tal-pajjiż, biex b'hekk l-għajnuna li n-nies jirċievu tkun sostnuta. Però dan ma jfissirx li kollox huwa "business as usual". Dawn huma żminijiet straordinarji u lkoll irridu nkunu konxji tar- responsabbiltà komuni tagħna, mhux biss bħala nazzjon iżda anke bħala individwi. Il-prezzijiet tal-gass qed iwasslu għall-aktar spejjeż għoljin fl-enerġija. In- nuqqas ta' provvista jista' jfixkel lill-Ewropa fix-xhur li ġejjin. Huwa propju għalhekk li rridu nkomplu naċċelleraw l-impenn tagħna lejn l-effiċjenza tal-enerġija u sorsi ta' enerġija aktar nodfa li jnaqqsu d-dipendenza tagħna mill-gass barrani. F'dan il-kuntest, fil-ġimgħat li ġejjin, ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma se jkun qed iniedi offerta kompetittiva għal proġetti ta' enerġija rinnovabbli fuq skola medja sa kbira li se jkomplu jappoġġjaw il-viżjoni tagħna dwar l-enerġija. Bħala individwi nistgħu u rridu nagħmlu l-parti tagħna. L-użu responsabbli tal-enerġija huwa essenzjali – ejja nevitaw il-ħela bla rażan. Irridu nimu li l-isforzi tagħna jistgħu jgħinu biex niffrankaw l-enerġija għal benefiċċju ta' kulħadd. Fl-aħħar mill-aħħar l-investiment li qed isir mill-finanzi pubbliċi huwa tassew kuraġġuż u bla preċedent. Fuq livell reġjonali huwa imperattiv li l-UE tappoġġja proġetti innovattivi tal-enerġija rinnovabbli li tattira investiment fl- ibħra kollha, inkluż il-Mediterran. Hemm potenzjal ta' investiment fil-floating offshore technologies, liema teknoloġija qed tkompli tiżviluppa. Għalhekk ninsistu li din it-transizzjoni għandha tingħata prijorità biex malajr kemm jista' jkun naqilbu għal sorsi rinnovabbli li jistgħu jipprovduna b'awtonomija akbar u alternattivi aktar nodfa. It-triq li għandna quddiemna hija ta' sfida, iżda dan ma jnaqqasx l-ambizzjoni tagħna li nimxu 'l quddiem fl-interess taċ-ċittadini tagħna u ta' pajjiżna. Meta niġu ppreżentati bi sfida naħdmu aktar biex niksbu l-aħjar riżultati possibbli. Miriam Dalli Miriam Dalli hija l-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 July 2022