Illum previous editions

ILLUM 21 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476750

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 23

11 intervista illum • IL-ĦADD 21 TA' AWWISSU 2022 ħadulna l-filmati waqt li konna qed hemm grupp ta' nies li bdew jeħdulhom ir-ritratti. "Jgħajjruna u jiffilmjawna u joffenduna, sakemm - u din hija l-pożittiva - daħal id-Deputat Mario De Marco u qabeż għalina u apoloġizza f 'isem il-PN għal dak li bdew jagħmlu!" Huwa sostna li tant kien diffiċli dan l-episodju li kien spiċċa mar id-dar jibki u jistaqsi lilu nnifsu kif jista' jkun li xi ħadd jattakkak b'dan il-mod sempliċiment għax tgħid dak li temmen fih. Il-gazzetta tinnota b'dispjaċir dan l-inċident, għalkemm tfakkar li sfortunatament dan huwa inċident komuni wisq f 'pajjiżna u speċjalment fuq il-midja soċjali. Fil-fatt mmexxu l-arloġġ 'il quddiem mill-2013 għal meta l-kritika lejn Engerer ma kinitx ġejja minn nazzjonalisti iżda minn Laburisti, hekk kif dan beda jgħid illi l-partit kellu bżonn jitnaddaf, fid-dawl tal- kriżi li kienet qamet fil-Gvern ta' Muscat. Jaħsbu li kienu ġustifikati dawn l-appelli? U jemmnu li ż-żmien tahom raġun, minkejja l-kritika li qalgħu? Jibda Randolph De Battista billi jfakkar fil-frażi li kien ħareġ biha dak iż-żmien illi l-Partit Laburista għandu jkun "l-aħjar verżjoni tiegħu nnifsu." Huwa qal illi jemmen li l-Partit Laburista fehem fejn kien sejjer ħażin, aċċetta l-kritika interna u mexa' 'l quddiem. "Dak il-perjodu kien wieħed ta' sfida kbira. Konna grupp ta' nies li għixnieh flimkien, bkejna flimkien... illum il-PL huwa storja ta' suċċess, inbidel u mexa 'l quddiem mingħajr ma rema dak li kien sar tajjeb, bħalma kien hemm min għamel, fosthom il-Partit Laaburista Ingliż." Cyrus jaqbel u jgħid illi l-kritika interna hija importanti biex partit jibqa' miexi 'l quddiem u qal illi kien propju n-nuqqas ta' din il-kritika interna fil-PN li waslet biex dan il-partit jinsab fl-istat li huwa fih llum. "Jiena niakar fejn ma kontx taqbel ma' Joseph Muscat kont tmur tħabbatlu u tgħidlu fejn ma taqbilx u l-istess illum taħt it-tmexxija ta' Robert Abela... il-PN mhuwiex kapaċi jagħmel din il-kritika. Fl- 2013 għamel rapport tat-telfa li ma tax kasu u fl-2017 u issa fl-2022 lanqas biss għamel rapport." Engerer jgħid li huwa jħeġġeġ ħafna lit- tim tiegħu fi Brussell biex joħloq din il- kritika kostruttiva u interna sabiex ikun jista' jagħmel l-affarijiet dejjem aktar aħjar. Tliet koppji LGBTIQ fejn parti hija MEP u l-oħra Deputat fi Stat Membru Resqin lejn it-tmiem ta' din l-intervista u ma stajniex ma nistaqsux kif jirnexxielhom iduru mal-iskeda hekk mimlija tagħhom, issa li t-tnejn Deputati! Randolph De Battista qal illi wieħed ikun irid jidra din l-iskeda, hekk kif Engerer irid jitlaq kull nhar ta' Tnejn għall-Parlament Ewropew u jiġi lura l-Ħamis, filwaqt li De Battista jkollu l-Parlament. De Battista qal illi kif inhi s-sistema jsir ħafna aktar xogħol għax ikun hemm aktar ħinijiet fejn ikunu waħedhom u allura jistgħu jiffukaw aktar fuq ix-xogħol. Engerer itemm jwieġeb, għall-mistoqsija tal-ILLUM li hu u Randolph qegħdin fil- kumpanija ta' mill-inqas żewġ koppji oħra LGBTIQ fejn parti hija MEP u l-parti l-oħra hija Deputat f 'Parlament ta' Stat Membru. Dawn huma: Robert Biedroń, MEP Soċjalista li għandu lis-sieħeb tiegħu Deputat fil-Parlament Pollakk u Terry Reintke mill-Partit tal-Ħodor, li għandha lill-mara tagħha fis-Senat Franċiż.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 August 2022