Illum previous editions

ILLUM 21 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476750

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 intervista IL-ĦADD 21 TA' AWWISSU 2022 • illum 'Għajjruna, offendewna u ħadulna nieklu... sakemm qabeż Wieħed kien fil-PN imbagħad mar mal-Labour minħabba kwistjonijiet bħad-drittijiet LGBTIQ biex illum sar MEP mal-S&D u l-ieħor okkupa diversi karigi fil-PL u sar Deputat b' co-option ftit wara l-aħħar elezzjoni. L-ILLUM titkellem ma' Randolph De Battista u Cyrus Engerer, 10 snin minn meta ltaqgħu... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM It-tnejn qegħdin fil-politika, għalkemm f 'punt minnhom kienu minn żewġ partiti differenti. Għall-ewwel darba id- Deputat Laburista Randloph De Battista u l-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer jiġu intervistati flimkien minn din il-gazzetta dwar ir-relazzjoni tagħhom, l-esperjenzi li għaddew minnhom u anke kif il-ħajja tagħhom inbidlet fl-aħħar xhur hekk kif it-tnejn li huma saru Deputati - wieħed fil- Parlament lokali u l-ieħor f 'dak ewropew. Nibdew minn kif iltaqgħu. Is-sena kienet l-2011, fil-qofol ta' kampanja referendarja illi fiha l-poplu kien ibbumbardjat bejn l-'Iva' għad-divorzju u l-'Le'. Fuq in-naħa ta' dawk li kienu favur id-divorzju, f 'kampanja li matulha bosta kienu fil-fatt jaħsbu illi dawn se jitilfu kontra l-forzi konservattivi, kien hemm De Battista u anke Engerer. Kien hemm li ltaqgħu, f 'kampanja ta' żgħażagħ favur id- divorzju b'Randolph ikun ġej mill-Forum Żgħażagħ Laburisti u Cyrus ikun ġej mill- Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista. "Imbagħad meta Cyrus ingħaqad mal- Partit Laburista - u jiena kont naħdem fl- Uffiċċju Komunikazzjoni - bdejna noħorġu flimkien. U ilna 10 snin issa," qal De Battista. Hemm xi pjanijiet għal żwieġ? Il-mistoqsija tintlaqa' bi it tbissim b'Engerer jisħaq illi mhux il-kuntratt jagħmel relazzjoni, u jgħid ukoll illi llum f 'Malta hawn l-għażla: Jew żwieġ, jew unjoni ċivili jew inkella kuntratt ta' koabitazzjoni. "Aħna għażilna koabitazzjoni u hemm min jagħmel għażliet oħrajn. Pero' l-familja mhux il-kuntratt jagħmilha imma l-valuri li jmexxuha 'l quddiem." 'Fil-kampanja tal-2013 ħdimt bi grinta qawwija' Lura fl-2013, Joseph Muscat kien qed iwiegħed illi jekk elett se jdaħħal l-kunċett ta' unjoni ċivili għall-koppji tal-istess sess. Dakinhar ħafna kienu xettiċi u beżgħu li din kienet wegħda elettorali li wara ma titwettaqx. Lura għal dakinhar, huma u jitkellmu, kien ikollhom id-dubji tagħhom dwar jekk din il-bidla storika kinitx ser isseħħ? Jibda jwieġeb Engerer - dak iż-żmien ġdid fil-Partit Laburista - li qal illi hu kien ħadem "bi grinta qawwija" lura f 'dik l-elezzjoni sabiex "il-ħolm isir realtà. U iva kien hemm sentiment ta' xettiċiżmu għax forsi sa dakinhar konna drajna bi Gvern li jwiegħed imbagħad jew ma jwettaqx jew saħansitra jagħmel il-kontra." Jidħol fid-diskussjoni Randolph De Battista li jfakkar li kienu jkollhom diskussjoni mal-eks Mexxej Laburista Joseph Muscat dwar kif kellhom jiżviluppaw ċerta politiki fir-rigward tal-unjoni ċivili. "Jiena t-teżi tiegħi kienet dwar sperm donation f 'Malta meta ma kellna xejn f 'termini ta' liġi f 'dan il-qasam. Illum, għadu kif tħabbar li kellna l-ewwel trabi li twieldu minn donazzjoni tal-isperma. F'din it-teżi kont elenkajt kemm Malta kienet għad trid tintroduċi liġijiet li jagħmlu ħajjet in-nies aħjar. Ħdimna biex jidħlu, daħlu u ara kemm imexjna 'l quddiem u kemm għad fadal," sostna d-Deputat Laburista u eks Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista. De Battista kien qed jagħmel referenza għal elenku ta' drittijiet ċivili u bidliet fil- liġijiet li seħħew fl-aħħar disa' snin u nofs ta' Gvern Laburista: Unjoni Ċivili, il-Liġi tal-Koabitazzjoni, fuq l-ixkaffa sa mill- 1998, il-Liġi ta' Żwieġ Ugwali, il-Liġi tal- Identità tal-Ġeneru, bidliet fil-Liġi oriġinali tad-Divorzju u żewġ settijiet ta' bidliet fil- Liġi tal-IVF li - fost oħrajn - ippermettew l-iffriżar tal-embrijuni u issa anke l-ittestjar ġenetiku. Imma Randolph u Cyrus x'jaħsbu: Li l-politiku irid ibiddel jew huwa l-poplu li jeħtieġ iwassal għal bidliet simili? It-tnejn jaqblu li huwa l-politiku u l-mexxej li jridu jbiddlu. De Battista jisħaq li mexxej tajjeb jikkonvinċi lin-nies li t-triq tiegħu hija l-aħjar waħda. "Kieku la daħal id-divorzju, la żwieġ ugwali - speċjalment l-adozzjoni minn koppji tal-istess sess! Qabel ma ddaħħal kulħadd kien qed jibża' sakemm ġiet koppja tal-istess sess li adottat tifel, li forsi ħaddieħor ma xtaqx, u bdiet tinbidel il-mentalità," sostna mal-ILLUM De Battista. Engerer qal illi qabel l-2013 kien hawn sitwazzjoni ta' poplu li kien ħafna aktar avvanzat mill-Gvern tiegħu stess. Sitwazzjoni li jgħid illi teżisti fl-Italja llum, fejn il-poplu mexa' 'l quddiem fil-ħsieb imma l-politiċi baqgħu jżommu dawn id- drittijiet lura. Is-soċjaliżmu: Li tgħin lil min waqa' lura, ġej minn fejn ġej Indawwru s-suġġett. Hemm ħafna li jgħidu illi llum moda f 'Malta li tkun favur drittijiet ugwali għal persuni LGBTIQ. Ara li titkellem favur drittijiet ta' minoranzi razzjali mhijiex. U jekk titkellem favur Malta multikulturali, taqla' baraxx tgħajjir. Jinkwetaw u jħossu li fuq dan is-suġġett pajjiżna għadu ferm lura? Jew jaħseb li l-midja soċjali tamplifika r-razziżmu u l-xenofobija? De Battista jibda billi jgħid illi l-kunċett veru soċjalista huwa dak li jara illi ħadd ma jitħalla lura u min waqa' lura, "jekk humiex tfal fil-faqar, refuġjati... huma min huma u ġejjin min fejn ġejjin, jiġu mgħejjuna." Huwa qal li jemmen li l-maġġoranza tal- poplu ma joqgħodx jikteb fuq Facebook u li n-nies fl-iskiet ta' darhom jgħidu xi jħossu, mhux fuq Facebook. 'Jgħajjruna u jiffilmjawna u joffenduna...' Lil Engerer ma stajniex ma nistaqsuhx dwar il-fatt li kien hemm żmien meta kien qed jaqla' ħafna kritika mill-PN, b'mod speċjali minn partitarji tal-partit wara li hu ma baqax uffiċjal u Kunsillier u ssieħeb mal-Partit Laburista. Kif wara kollox jiġri lil kull min jazzarda - f 'dan l-ambjent polarizzat - jmur minn partit għal ieħor. Kemm kienu mumenti diffiċli dawn? Kien hemm mumenti fejn ħbatt se taqta' qalbek? L-MEP Laburista jgħid li fil-politika tidħol biex twettaq il-bidla u tara li l-bidla ssir realtà u x-xewqa tiegħu kienet li jara Malta aktar ugwali. "U mela ma kienx hemm mumenti ta' attakki, il-problema iżda hija meta dawn isiru personali. Maż- żmien trabbi qoxra hekk kif tiġi attakkat kontinwament. Imma trid taħdem u tibqa' miexi 'l quddiem," sostna Engerer. Huwa u jgħid dan Randolph jidher qed jitbissem minn taħt. Għaliex? Huwa jgħid li Cyrus ma jħobbx isemmi kemm kien hemm żmien fejn kienet verament diffiċli. "Ma tantx iħobb isemmi, imma per eżempju darba konna għall-kwiet qed nieklu u kien hemm mejda jeħdulna r-ritratti u l-filmati u jibgħatuhom biex jiġu ppubblikati. Imbagħad jgħaddu minn warajna u jgħajjruna u jgħidu affarijiet li mhux denju nirrepetuhom," sostna Randolph De Battista. Huwa qal illi meta tkun attakkata l-familja tweġġa' ħafna b'Cyrus Engerer jaqbel u jgħid illi "min jopponi l-progress se jagħmel minn kollox biex iwaqqfek." F'dan il-punt Engerer jammetti li darba kienu qed jattendu festa u fuq mejda kien

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 August 2022