Illum previous editions

ILLUM 21 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476750

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 23

09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 21 TA' AWWISSU 2022 bl-iffullar u ħmieġ kullimkien... Irridu għandniex inkomplu nkabbru l-popolazzjoni' fuq il-midja soċjali u minkejja li l-midja indipendenti kienet qed titkellem b'tant qawwa kontra l-korruzzjoni - il-Gvern immexxi minn Joseph Muscat xorta kien elett mill-ġdid b'maġġoranza kbira. "Jiġifieri r-rabja espressa fuq il-midja soċjali u anke l-editorjali ċarament ma kinitx riflessa fost il-poplu." Briguglio kompli jgħid illi r-rabja tvarja wkoll u tista' tkun aktar lokalizzata. Semma' kif bħalissa f 'Tas Sliema (Brirguglio huwa Slimiż) huma l-e scooters, il-kostruzzjoni u l-ħmieġ l-aktar li qed idejqu lin-nies. Filwaqt li semma' l-protesta f 'Kemmuna u l-appoġġ li kiseb il-Moviment Graffitti, fakkar ukoll li l-Maltin - bħal ħafna fin-nofsinhar tal-ewropa - huma espressivi u ħafna iktar voċiferi minn dawk li jgħixu fit- tramuntana tal-Ewropa. "Imma dan ma jfissirx li ma hemmx problemi. Fil-pajjiżi tat- tramuntana għandek rata ogħla ta' suwiċidju, per eżempju. Xi ħaġa li turi li hemm aspett fis- soċjetà li mhux jaħdem sew." Tgergir kbir fuq l-ambjent, imma investiment kbir fil- proprjetà... U huwa f 'dan il-punt li jerġa' jdur fuq l-ambjent. "Jiena naqbel iva li hawn rabja. Imma fl-istess pajjiż fejn qed naraw rabja fuq l-ambjent u l-kostruzzjoni, qed naraw ukoll tant u tant nies jinvestu fi proprejtà u bini. U mhux qed nitkellmu dwar il- Gasanijiet u l-Portellijiet hawn, imma familji li jixtru biex jikru appartament jew jitfgħuh fuq l-Airbnb jew inkella biex iħallu dik il-proprjetà lil uliedhom," sostna s-soċjologu. "Mela fl-istess pajjiż fejn hawn din il-problema - u jiena nemmen li l-problema ambjentali hija l-akbar waħda li qed jiffaċċja pajjiżna - aħna l-poplu ninvestu fil-proprjetà. U ma rridx ngħid li jagħmlu ħażin imma min qed jinvesti fil-proprjetà fl-aħħar mill- aħħar qed jgħin biex isir aktar żvilupp," ikompli jispjega Briguglio. Mistoqsi minn l-ILLUM huwa jirrifjuta li jsejjaħ dan ipokrezija u ma jaqbilx lanqas li kull min huwa mħasseb fuq l-ambjent ma jinvestix fil-bini, jew il-kontra, jiġifieri kull min jinvesti fil-bini ma jinteressahx mill-ambjent. "Il-moraliżmu inħallih għal moralisti," jibda jirrispondi Briguglio li jgħid li filwaqt li hemm ftit nies li ma jinvestux fil-bini, proprju minħabba l-kwistjoni tal-ambjent, ħafna oħrajn għandhom kuxjenza ambjentali imma jekk ikollhom ċans itellgħu sular jew jibnu pixxina, dan jagħmluh. "Jiena nemmen li għandna ideat u soċjetà pluralista, fejn persuna mhijiex nazzjonalist jew laburist u daqshekk, biex nagħti eżempju" qal Briguglio li ddeskriva dik Maltija bħala soċjetà li qed tikber, li qed timmodernizza u li qed titħabat mar-realtà tal-konsumeriżmu. "Imma ejja ngħidu persuna jkollha flus li taqla' b'wirt u tinvesti fi proprjetà għal uliedha, ma jfissirx li hija ipokrita," qal is-soċjologu, li kompla jisħaq li hija "problema soċjali kbira" dik tal-kostruzzjoni pero' li trid tiġi kkunsidrata fid-dawl tal-fatt li l-Maltin jinvestu fil-bini. 'Irridu nistaqsu jekk pajjiżna jiflaħx għal dawn in-nies kollha' Xi kultant jingħad li l-Maltin igergru wisq (Maltese gemgem), imma jemmen li dan huwa minnu? Jemmen li huwa daqs jew aktar mit-tgergir li tisma' f 'pajjiżi oħrajn? Huwa jisħaq li tgergir minn dejjem kien hawn fuq kwistjonijiet differenti, iżda l-midja soċjali tfisser li dan għandu pjattaforma diġitali. Huwa qal li huwa veru li bħalissa hawn ħafna tgergir fuq il-ħmieġ, anke jekk jgħid li hawn ħaddiema tal-Gvern għaddejjin il-ħin kollu jnaddfu. "Jiena domt fil-Kunsill Slimiż. Qabel ma kienx hawn in-nies li hawn illum inaddfu, u xorta mhumiex ilaħħqu. Pero' jiena Brussell immur ukoll u ġieli saqqijiet rajt mal-art u ħmieġ li hawn Malta ngergru dwaru," sostna mal-ILLUM. Ikun hawn li jaqbad mal- kwistjoni tal-ispazju (jew nuqqas tiegħu) fil-pajjiż. Jisħaq illi huwa jemmen li t-tkabbir tal- ekonomija permezz tat-tkabbir tal-popolazzjoni hija problema. "Mhux il-barranin il-problema, ħa nkun ċar - ħallieha li jkun hemm kulturi jew mentalitajiet problematiċi xi kultant - imma nemmen li l-problema hija dik relatata ma' sostenibbilità." Huwa semma l-iżbroff tad- drenaġġ fil-baħar f 'Tas Sliema f 'ċerti żoni dan is-sajf għal darba, darbtejn u qal illi ħafna ambjentalisti kienu ilhom snin jgħidu li meta nkabbru u nibnu u ma nqabblux dan ma' investiment kif meħtieġ fl- infrastruttura se jkun hemm problemi, bħal dawk relatati mad-drenaġġ. "Irridu nistaqsu lilna nfusna jekk għandniex inkomplu nkabbru l-popolazzjoni u rridu nistaqsu jekk pajjiżna jiflaħx għal dawn in-nies kollha." Imma jemmen li r-realtà jew perċezzjoni ta' ffullar qed jikkontribwixxi għal din ir- rabja? Briguglio jibda billi jissottolinea illi l-perċezzjoni hija importanti fil-kalkolu tar- realtà li qed iħossu n-nies. "Jiena iva, naħseb li hawn ħafna Maltin imdejqin bl- iffullar u ħmieġ kullimkien... imma għal darba oħra, biex nużaw is-sondaġġi bħala kejl, ħafna drabi imbagħad l-ambjent ma jkunx fost l-aktar kwistjonijiet li jinkwetaw lill- Maltin, kuntrarjament għall- immigrazzjoni u traffiku - li wieħed jista' jorbot ukoll mal- iffullar - u bħalissa l-għoli tal- ħajja." Huwa appella lill-awtoritajiet - kemm bħala soċjologu, imma anke bħala persuna li għal ħafna snin kien involut fil- politika, biex il-policies jkunu mibnijin fuq is-sostenibbilità u wara li jsir assessjar tal-impatt soċjali. "Il-policies isiru wara li tinġabar l-evidenza mhux skont lil min taf jew min hu kanvasser ta' min," qal Briguglio. Mal-ILLUM Briguglio temm jgħid li Malta - bħala soċjetà li qed timmodernizza u tikber - hija wkoll waħda b'identitajiet kontradittorji. Huwa qal li ma jara assolutment xejn ħażin li jkun hawn min igerger u li dak it-tgergir jingħata spazju fuq il- midja indipendenti. "Tajjeb li ngħarfu li hemm problemi, importanti li nieħdu azzjoni."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 August 2022