Illum previous editions

ILLUM 21 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476750

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 23

08 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' AWWISSU 2022 • illum 'Naħseb li hawn ħafna imdejqin bl-iffullar nistaqsu lilna nfusna jekk għandniex Madwar ġimagħtejn ilu sondaġġ li jgħid illi l-Maltin irrabjati għamel ħafna ħoss. Imma dan veru? U l-Maltin veru rrabjati aktar minn nies ta nazzjonalità differenti? U ma hemmx sondaġġi oħrajn li juru illi aħna kuntenti, allura liema hija l-verità? Is- Soċjologu Michael Briguglio jitkellem mal-ILLUM... ALBERT GAUCI CUNNNINGHAM Dan l-aħħar qrajna ħafna dwar sondaġġ partikolari li qal li aħna l-Maltin irrabjati. Imma dan minnu? U dawn it-tipi ta' sondaġġi huma kredibbli? U jekk stess irrabjati, għaliex u fuq xhiex? U mhux kulħadd jirrabja xi kultant? Is-soċjologu Michael Briguglio mhuwiex daqstant impressjonat b'sondaġġi bħal dawn u jgħid li biex verament tkejjel is-sens ta' rabja trid tara numru ta' sondaġġi - b'oħrajn fil-fatt jagħtu verżjonijiet kontrastanti għal dak ta' ġimagħtejn ilu - kif ukoll ċerti indikaturi oħrajn, fosthom dawk ekonomiċi. "Le ma nistax nikkonkludi li aħna poplu rrabjat. Għalkemm naturalment hemm affarijiet li jdejjquna u li jirrabjawna bħala pajjiż. Imma kieku aħna daqstant poplu rrabjat, għaliex aħna fost l-iktar popli li nipparteċipaw fl-eżerċizzju demokratiku tal- elezzjoni? Kieku ma nafdawx lill-pajjiżna - u importanti hawn fuq il-pajjiż qed nitkellem mhux fuq Gvern - kif tant nies jibqgħu jinvestu fil-proprjetà f 'Malta? Kieku ma hawnx fiduċja naraw fatturi ekonomiċi inkwetanti ħafna u mhux kull meta l-Gvern joħroġ il-bonds jinħatfu. Mhux issa ta, dejjem. Kont naħdem fil-Ministeru tal-Finanzi u malli joħorġu l-bonds tal-Gvern jinħatfu. Allura n-nies jafdaw fil- finanzi u fit-tmexxija finanzjarja tal-pajjiż," sostna Briguglio. Is-soċjologu beda billi ċċara li hemm differrenza bejn sondaġġ u ieħor u filwaqt li hemm dawk xjentifiċi u ta' min jorbot fuqhom u jelenka numru minnhom: Tal-Meditoday, dawk ta' Vince Marmara, dawk mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, dawk tal-Ewrobarometru u tant aktar, hemm oħrajn li jistaqsu mistoqsijiet "loaded." Briguglio ta eżempju bih innifsu: "Jiena żgur ma nqisx lili nnifsi bħala bniedem irrabjat, imma kieku xi ħadd jistaqsini lbieraħ kontx irrabjat p r o b a b b i l m e n t nwieġeb fil-pożittiv għax kien hemm xi ħaġa li rrabjatni." Huwa għamel referenza għall- fatt li minkejja kollox il- Maltin jibqgħu fost l-aktar popli parteċipattivi fit-tmexxija tal-pajjiż meta tasal elezzjoni u jisħaq li anke jekk fl-aħħar elezzjoni eluf iddeċidew ma jivvutawx (jew iħasru l-vot) wieħed ma għandux jasal għal konklużjoni ovvja għaliex ma vvutawx. Huwa jgħid li l-fatt li tant nies jipparteċipaw bil- vot tagħhom huwa indikatur partikolari. 'Fl-istess post kien hemm protesta kbira kontra l-Gvern u party kbir, ftit żmien wara...' Indikatur ieħor, ikompli jispjega, huma l-protesti. Hawnhekk ifakkar li waqt li kienet għaddejja l-pandemija biss, biss saru madwar 70 protesta f i l - p a j j i ż . "iżda anke hawn irridu naraw il-kuntest kollu. L-ewwelnett, per eżempju, meta rajna dawk il-protesti kbar fil-Belt Valletta li kienu qed jipprotestaw kontra l-Gvern ta' Muscat fl-2019, vera dawk kienu nies irrabjati għall-Gvern. Fl- istess post eżatt, ftit ġimgħat wara, kien hemm 70,000 persuna li attendiet party (tal-Ewwel tas- Sena) u li kienu qed igawdu u jiddevertu. Allura aħna poplu rrabjat?" jistaqsi rettorikament Briguglio. Dan apparti li jfakkar illi skont sondaġġi li kienu ġew irrapportati fuq il-mezzi tax- xandir lokali jirriżulta li huma madwar 6% biss tal-Maltin li jattendu protesti. Fil-fatt huwa kien qed jikkwota sondaġġ ikkummissjonat minn The Times li juri illi fis-sena ta' qabel - jiġifieri matul l-2019 li matulha l-għaqda Repubblika organizzat nurmu kbir ta' protesti kontra l-Gvern - xorta kienu 6% biss li attendew protesta mqar darba. 'Bil-midja soċjali hawn ħafna iktar spazju fejn persuna tista' ssemma' leħinha' Imma ma jħossx - kif wara kollox jinħass meta tiftaħ il- midja soċjali - li hawn rabja palpabbli fuq l-istat tal-ambjent? U jħoss li din ir-rabja hija ġustifikata? Huwa jwieġeb li ma hemmx risposta waħda, għalkemm jgħid li ma hemmx dubju li r-rabja fuq ambjent hija evidenti fuq il-midja soċjali, "Biex inkunu għidna kollox ukoll illum hawn ħafna iktar mezzi li persuna tista' tuża sabiex issemma' leħinha. Meta kont attiv jiena fil-politika fis-snin 90 ma kienx hawn midja soċjali." Huwa kompla jgħid illi wieħed irid ikun attent ukoll meta jitkellem dwar "ir-realtà" tal-midja soċjali għax filwaqt li din tista' tkun miżien tajjeb li tkejjel ir-rabja fuq kwistjoni, jista' jkollha wkoll l-effett ta' bużżieqa soċjali. Imma Briguglio jaħseb li l-midja soċjali tirrifletti r-rabja jew tamplifikaha? Huwa jwieġeb illi bla dubju tgħin biex tamplifika. Jikkwota sondaġġ ieħor li jgħid illi juri kif minkejja li fuq il-midja soċjali "ħafna" nies jgħidulek li l-ONE u n-NET għandhom jgħalqu, fil-verità "ħafna jridu u jafdaw lil dawn l-istazzjonijiet. Dan lilhinn minn x'naħseb jiena." Huwa qal li r-rabja mhux dejjem faċli titkejjel mill-midja soċjali biss u fakkar kif fl-2017 - minkejja r-rabja ċara ta' ħafna Michael Briguglio

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 August 2022