Illum previous editions

ILLUM 21 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476750

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 23

13 analiżi illum • IL-ĦADD 21 TA' AWWISSU 2022 libsa ġdida b'għożża u sengħa madwar €18-il miljun, se tkun iffinanzjata mill-Gvern Malti. Il-proġett kollu għandu jkun komplut sas-sena 2025. Sejba interessanti Kif jispjega Emmanuel Magro Conti, Kuratur Anzjan ta' Heritage Malta għal Palazzi, Fortizzi u Kollezzjonijiet Militari, għalkemm saru studji u riċerki fil-fond li jgħinuk tbassar x'se ssib int u għaddej bix-xogħol ta' restawr, xorta waħda kien hemm sorpriżi li ġabu magħhom eċċitament u sodisfazzjon, bħall-iskemi ta' lwien moħbija taħt saffi fuq saffi ta' żebgħa mal-ħitan. Sejba interessanti li saret dan l-aħħar tinvolvi t-taraġ li hemm fuq il-lemin malli tidħol mill- bieb ewlieni tal-palazz f 'Misraħ San Ġorġ – ġmiel ta' taraġ mibni għat-tond lejn tmiem is-seklu 16, fi żmien il-Gran Mastru de Verdalle. Fi żmien l-Ingliżi kienu saru diversi bidliet f 'dan it-taraġ, fosthom li nkesa bl-irħam u ngħalqu aperturi li kienu jħallu d-dawl jidħol dirett fih. Skont l-arkitettura tipika ta' meta nbena, fi żmien il- Kavallieri, it-taraġ suppost jinkludi funtana. Iżda waqt ix-xogħlijiet ta' restawr li għaddejjin bħalissa, fil-post fejn tipikament kien ikun hemm funtana nstabu għadd ta' turġien minflok. Dawn it-turġien, donnhom magħmulin apposta biex fuqhom jitqiegħdu l-qsari, aktarx li saru fil-perjodu Ingliż. Għalhekk xorta waħda għad hemm il-possibbiltà li tinstab funtana li tmur lura sa żmien il- Kavallieri – prospett li ma jidhirx remot wisq billi qrib it-turġien instabu balavostri mkissrin li huma ta' żmien de Verdalle u li kienu nbidlu b'oħrajn tal-irħam. L-Armerija lura f 'postha Kif imsemmi aktar 'il fuq, bħala parti mill-proġett tal-Palazz tal-Gran Mastru, l-Armerija se tittieħed lura fis-sala oriġinali tagħha wara kważi 50 sena. Bi tħejjija għal dan, sar xogħol strutturali estensiv fis-sala wara li din ma baqgħetx isservi biex fiha jiltaqa' l-Parlament. Dan kien jinkludi t-tneħħija ta' strutturi li ġew miżjuda matul is-snin; it-tiswijiet kollha meħtieġa; u r-restawr tal-ħitan, is-soqfa, is- suffetti u l-art. Saret riċerka fil-fond biex l-Armerija l-ġdida tkun tixbah kemm jista' jkun lil dik oriġinali, inkluż l-iskema ta' kuluri fuq il-ħitan u l-mod kif l-artefatti kienu esebiti oriġinarjament. Inventarju li sar fl-1969, meta dawn l-artefatti kienu ġew dikjarati bħala ta' interess mondjali, ġie kkonsultat b'mod estensiv f 'dan ir-rigward. Biex l-artefatti ta' mal-ħitan jiddendlu fil-panewijiet eżatt bħalma kienu qabel, se jiġu proġettati ritratti fuq il-ħitan li permezz tagħhom se jiġi ffrankat ħafna ħin filwaqt li l-oġġetti jitqiegħdu f 'posthom bl-aktar mod preċiż possibbli. Ta' min isemmi li l-Armerija l-ġdida se tintroduċi mill-ġdid element li kien ilu nieqes minnha mal-200 sena, jiġifieri l-pitturi li kienu jżejnu l-ħitan tal-Armerija fi żmien il-Kavallieri. Dawn il- pitturi issa se jerġgħu jinġabru taħt saqaf wieħed wara li kienu tferrxu f 'postijiet differenti, għat- tgawdija tal-viżitaturi – li qabel setgħu jaraw biss pittura li turi xena tal-mewt ta' Dragut. Billi l-Armerija baqgħet miuħa għall-pubbliku sa it ġimgħat ilu, fil-post fejn kienet fis-sular ta' isfel tal-palazz, bosta artefatti – fosthom oġġetti kbar bħal kanuni – għad iridu jittellgħu fis-sala l-ġdida fis- sular ta' fuq. Sadanittant għaddej ħafna xogħol minn ħaddieda u mastrudaxxi tas-sengħa biex fost oħrajn jitlestew il-karrijiet ta' wħud mill-kanuni. Dawn jinkludu sitt spingardi, li kienu kanuni rqaq ħafna li jisparaw fil-bogħod, b'mira tajba ferm, kif jgħidilna Robert Cassar, il- Kuratur tal-Armerija. Lil hinn mill-Armerija, il- ħidma fil-palazz tissokta f 'kull rokna. Minn sbieħ il-jum sa nżul ix-xemx, għexieren ta' ħaddiema għaddejjin fuq xogħolhom kuljum. Għax dan għadu biss il- bidu – tessera waħda mill-mużajk imlewwen li jsawwar dal-proġett maestuż tar-riġenerazzjoni tal-Palazz tal-Gran Mastru. U kull filgħaxija, hekk kif l-aħħar ħaddiem jerfa' mix-xogħol u jagħlaq il-bieb warajh, il-palazz jorqod fin-nagħsa ħelwa ta' min jaf li hu pass eqreb lejn it-twettiq ta' ħolma li se tagħtih il-ħajja mill-ġdid, biex igawdiha bħal qatt qabel.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 August 2022