Illum previous editions

ILLUM 21 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476750

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 23

14 letteratura IL-ĦADD 21 TA' AWWISSU 2022 • illum Il-vizzji u l-virtujiet tal-vanità Mark Vella jitlaqqa' ma' ktieb dwar persunaġġ storiku minimu iżda bi preżenza importanti fl-istorja tal-baned Maltin. Lil hinn mill-ktieb innifsu, ħidma ta' mħabba u avventura editorjali ta' Anna Farrugia dwar bużnannuha Antonio Micallef, iqumu bilfors ħsibijiet dwar il-ġrajja ta' min iterraq sulu, kontra kollox, biex joħroġ il- ktieb li jkun hemm ġo fih Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb L-awtriċi tal-ktieb reċensit dil-ġimgħa trid taħfirli l-alliterazzjoni polemika tat- titlu. e Story of a Maltese Musician – A biography of Antonio Micallef: 1867-1940 (2021) huwa ktieb interessanti anki għal diskussjoni lil hinn minnu, speċjalment għaliex wieħed minn boton xogħlijiet li joħorġu kull sena, imma forsi inqas dan l-aħħar milli konna mdorrijin għalih, ta' kotba awtoppubblikati. L-istorja tal- pubblikazzjoni f 'Malta kif miuma f 'sens modern hija l-ġrajja ta' it pubblikaturi proprja, tant li llum baqa' biss tnejn li jistgħu jissejħu storiċi, imma ħemel stamperiji li spiss ħadu x-xettru tal-pubblikatur għax mingħandhom ħareġ il-ktieb, jew inkella salt awturi li jfittxu f 'buthom sabiex il-muża tagħhom, tkun liema tkun, titwettaq u ma tgħibx. Minnu li r-riżultati ta' dan se jkunu varjetà, biex inkomplu bl-alliterazzjoni, li mhux neċessarjament sejra tkun la varjegata u lanqas dejjem ta' valur. Bl- Ingliż, l-idea tal-awtopubblikazzjoni (li aħna noħolquha mill-kunċett tas-self- publishing), xi drabi għandha isem aktar sinjifikattiv, vanity publishing, donnu l-kunċett li toħroġ xi ħaġa kemm biex tissodisfa l-ħtieġa tiegħek li, anki int, tkun ktibt xi ħaġa u tista' tissejjah skont il-mestier. Imma, jekk niġu għall-mestieri tassew, fis-sens tas-sengħa u l-għarfien, id-dinja tal-ktieb f 'Malta tbati anki malli tiaħ għajnejha ta' kuljum għall-ħidma, partikolarment fin-nuqqas ta' għarfien tar-rwol tal-pubblikaturi. Preċiżament ta' x'jagħmlu, jiġifieri negozjanti bħal oħrajn, li l-prodott tagħhom huwa x-xiri tat-test li jinvestu fih mill-a saż-żeta sakemm joħroġ, għall-pubbliku, biex jinbiegħ, jinxtara, u min jaf, iħalli xi forma ta' qligħ. Kull min hu f 'dal-mestier jgħidlek kemm spiss jiġi mistoqsi għandux stamperija, għax l-ittri komuni jaf huma insidjużi aktar minn sempliċi logħob bil-kliem għall-finijiet ta' titlu jiġbed l-għajn. Il-printer u l-publisher, li bosta ma jagħrfux id-distinzjoni bejniethom, saħansitra dawk li xi darba jqammrilhom li jiktbu ktieb, u li anki storikament, kif għadna kemm semmejna, għamlu żmien kienu l-istess ħaġa, jew inkella ħaġa żgur u l-oħra bħala konsegwenza ddettata mill- istruttura anomala tad-dinja tal-ktieb. U llum, fuq fomm kull min iqammarlu li jiktbu dan il-ktieb, daħal attur ieħor, id- distributur. Dan, li bħalissa f 'Malta hemm tnejn minnu biss, jaf sar l-insidja li ħadd ma jista' jgħaddi mingħajrha. Il-famuż sensar, li għalkemm xogħlu, suppost ismu miegħu, huwa li jqassam il-ktieb, jew hekk kien sa it ilu, issa huwa wkoll pubblikatur u jmexxi l-ħwienet. Il- pubblikatur jiddependi minnu, anki għal raġunijiet ta' skala ekonomika ovvja u spejjeż żejda li ma jagħmilx sens tidħol għalihom, u jaf ikollu jitqanna, anki għax fl-aħħar mill-aħħar, l-għażla hi dik li hi, u l-qligħ tal-kotba minn dak jiddependi. Imma tiskanta kemm tisma' individwi, li għal diversi raġunijiet jagħżlu li jaqbżu l-pubblikatur (raġunijiet validi, u lil hinn mir-raġuni li ma jrid jippubblikak ħadd, li huwa każ komuni wkoll) li jinstarmu malli jisimgħu bit-tariffa li jżommilhom id-distributur biex xogħolhom b'xi mod jasal fil-ħwienet. Issa ħadd mhu qed jgħid li dawn xi ħallelin. Għaliex minkejja li 50% sa 60% kummissjoni ddarras lil kulħadd, pubblikatur jaf jassorbihom fil-kuntest tal- kobor tan-negozju, u jekk tifli s-somom sew, min iqassam jaqla' sew jekk kapaċi jqassam, għal darb'oħra, fil-kobor u fil- wisa'. Imma meta din l-istess kummissjoni tintalab lil xi ħadd bi proġett personali, x'aktarx l-unika ktieb li għad joħroġ f 'ħajtu, il-kwistjoni jaf tieħu xejra oħra. U, ovvjament, m'iniex se nerġa' nsemmi, biex naħrab id-dardir tal-ad nauseam, il-limitazzjonijiet oġġettivi li dil-qagħda timponi fuq id-dinja tal-ktieb Malti. Il-pubblikazzjoni ta' Anna Farrugia, fost l-oħrajn, m'intix se ssibha kif ġieb u laħaq. Tinstab esklussivament fuq Amazon, f 'verżjoni fiżika u diġitali li għandhom prezz kompetittiv li żgur ma kienx jintlaħaq bil-famuża kummissjoni mċappas miegħu. Lanqas li hu xi ktieb b'suġġett li ma jappellax, u forsi seta' kien nuqqas tal-awtriċi li ma għarfitx kif tinnavigaha d-dinja ċkejkna tal-pubblikazzjoni Maltija, iżda li xorta għandha mkeffna fiċ-ċparijiet tal-inkomprensjoni msemmija fuq. Anzi, e Story of a Maltese Musician huwa żieda sabiħa oħra, fis-sempliċità tiegħu, ta' tessera, żgħira kemm żgħira, oħra fil- mużajk tal-istorja popolari Maltija, u f 'dan il-każ tal-ġrajja mużikali u tal-baned bejn tmiem is-seklu 18 u l-ewwel nofs tas- seklu 19. Il-'vanità' editorjali ta' Farrugia għandha mill-innoċenza, u troddilha l-valur. Kif jiġri spiss, xrara ta' għarfien taf tieħdok fuq vjaġġ twil u mill-isbaħ ta' skoperta, u l-awtriċi taqbad tarf mill-istorja personali ta' familtha biex Claudia Gauci

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 August 2022