Illum previous editions

ILLUM 21 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476750

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 23

15 letteratura illum • IL-ĦADD 21 TA' AWWISSU 2022 tal-vanità tikteb il-ġrajja ta' bużnannu mużiċista u kompożitur, magħruf fi żmienu iżda li l-memorja tiegħu ntilfet tul is-snin. Mhux biss, imma l-ġrajja tar-riċerka hija wkoll ġrajja komunitarja: Farrugia tirrakontaha hi stess kif minn taħdita ċkejkna ma' xufier qed iwassal lil familtha minn funeral, qabdet it-triq biex tikteb din l-istorja li ħaditha, fost l-oħrajn, sa Ħaż- Żabbar, fejn tal-każin minnufih middew idejhom biex jgħinuha għaliex għarfu l-bżonn tal-bijografija ta' artist kważi minsi imma li sa llum għadhom jindaqqu x-xogħlijiet tiegħu. Kurżità familjari dwar l-imgħoddi u dawk li ġew qabilna, li lkoll x'aktarx taqbadna fi żmien jew ieħor, issir avventura ta' riċerka sabiex tinbena mill- ġdid ħajja li kienet biss teżisti fit-tentufiet orali qajla miakra tal-ġenerazzjonijiet. L-għażla ta' Farrugia, għal diversi raġunijiet, kienet li tippubblika bl- Ingliż, anki jekk niimha bħala kemxejn diskutibbli sew għas-suġġett dejjaq kif ukoll fid-dawl tal-kimera li għandhom xi wħud tal-penetrazzjoni qisu xejn fis-suq globali infinit. Madankollu, din l-għażla tista' tappella forsi għall-ġenerazzjonijiet tad-djaspora Maltija. Lil hinn minn dan, l-awtriċi, li hi stess tammetti fid-daħla anki ċertu lakuni fl-għarfien storiku tagħha, tagħmel, ta' dilettanta responsabbli, xogħol xieraq ta' riċerka li żgur jissodisfa lill-aktar qarrej sajjem. Tagħti biżżejjed spjegazzjoni u kuntest dwar kull ma hu storja u kultura Maltija, b'tali mod li qarrej barrani potenzjali jiem mill-ewwel, u m'hemmx xi didattiċiżmu estrem li se jdejjaq li min jaf ikun ġa infurmat. Anzi, l-isfond huwa meqjus biżżejjed biex jilqa' fih storja x'aktarx tipika ta' mużiċist Malti (ta' min ngħidu, professjonist u jgħix għal kollox mill-arti) li l-awtriċi jirnexxilha tiffizzjonalizza fuq il-bażi ta' dawk li huma essenzjalment itiet ta' materjal arkivjali biex jista' jinbena l-karattru tal-protagonist. Mill-ġdid, storja miktuba b'innoċenza, forsi anki idealizzata, iżda qatt falza, u dan ukoll billi Farrugia, għal darb'oħra tgħum konxjament fejn mhux bilfors jilħqilha, kapaċi tinkwadra ħidmet bużnannuha fi ħdan kwadru politiku u storiku preċiż, u l-ideoloġija u l-kunflitt politiku-lingwistiku jinfilzaw irwieħhom kexxun anki fil-ġrajja tal-iżvilupp tal-baned Maltin. Fil-każ ta' Antonio Micallef, din setgħet kienet ukoll uġigħ ta' ras kontinwu għal ħobżu, għaliex naraw li minn kmieni kien b'xi mod allinja ruħu max-xaqliba pro-Brittanika tal- ispettru politiku Malti taż-żmien. Ktieb li, bħal m'għidna, huwa żieda xierqa fil-librerija tal-istorja popolari u apparentement minuri, u li kapaċi jgawdi wkoll minn traduzzjoni għall-Malti. Il- vanità, biex nerġgħu lura għal kif bdejna, fiha l-insidji tagħha, bħal dejjem, anki fil- pubblikazzjoni. Ngħidu minnufih li huwa xogħol maħdum b'ċertu reqqa, imma meta dak li jkun jaħdem waħdu, mhux bilfors ikollu l-għodod kollha x-xierqa. F'dan il- ktieb ninnutaw, pereżempju, bibljografija pjuttost folta li madankollu magħmula spiss minn hyperlinks li, minbarra l-permanenza prekarja tagħhom, spiss jintużaw bħala sors ta' malajr biex jiġġustifika stqarrija mhux neċessarjament riċerkata jew li l-awtriċi tidher li ma kinitx imkissra fiha jew ċerta dwarha. U mbagħad, bħal dejjem dispjaċir tiegħi, il-it Malti li hemm huwa 99% spellut ħażin jew impreċiż, b'eżempji lampanti l-istqarrija li 'għana' għandha tiġi ppronuzjata 'anya' u l-inkonsistenza fl- artikli għat-tismija tal-irħula (il-Ħamrun u Ħaż-Żabbar konsistentament, imma mbagħad Żurrieq, fost oħrajn) jew il- kapitalizzazzjoni inċerta ta' titli u ismijiet. Ħwejjeġ kbar jew żgħar, skont kif taraha, imma l-għelm tan-nuqqas tal-pubblikatur, għarfien limitat tal-bażiku tal-industrija u tal-mestier, u jaf okkażjoni mitlufa biex ħaġa tajba tkun dejjem dik it-tikka aħjar.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 August 2022