Illum previous editions

ILLUM 21 August 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1476750

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 23

16 opinjoni IL-ĦADD 21 TA' AWWISSU 2022 • illum Nieħdu ħsieb is-saħħa tas-smigħ Int tgħix f'infern ta' tqanċiċ biex ħaddiehor iħaxxen butu L -avvanzi kbar li saru fix-xjenza u t-teknoloġija jilgħabu rwol im- portanti ferm fil-kura tas-saħħa tal-bniedem. Sfortunatament pero' jidher li minkejja r-riċerka u l-kura professjonali li teżisti, is-saħħa tas-smigħ għadha ma tingħatax biżżejjed impor- tanza. Huwa stmat li madwar l-Ewropa hawn madwar 196 miljun persuna li għandhom telf ta' smigħ, filwaqt li minn tal-inqas madwar 22.6 miljun persuna għandhom problemi tas-smigħ mhux trattati. Ilkoll nafu li s-smigħ jinfluwenza l-kwalità tal-ħajja, iżda ħafna drabi l-effetti sekondarji u l-konsegwenzi tat- telf tas-smigħ ma jingħatawx prijorità. It-telf tas-smigħ jaffettwa aktar mill- kapaċità tagħna li nipperċepixxu l-ħoss, fejn jista' jkun akkumpanjat ukoll minn komorbiditajiet fatali jew li jirriżultaw fi spejjeż kbar. Minbarra li jiżdied ir-riskju ta' waqgħat, l-istudji wrew li t-telf tas- smigħ iżid ir-riskju ta' tnaqqis konjittiv. Fil-fatt, is-smigħ huwa l-iktar fattur ta' riskju modifikabbli għall-prevenzjoni ta' tnaqqis konjittiv. It-telf tas-smigħ mhux ittrattat jista' jwassal ukoll għal iżolament soċjali, solitudni u kundizzjonijiet tas- saħħa mentali, u kif ukoll kwistjonijiet serji tas-saħħa fiżika inkluż żieda fil- pressjoni tad-demm u l-livelli taz-zokkor fid-demm li jżid r-riskju tad-dijabete. Hija sfortuna li minħabba nuqqas ta' attenzjoni għas-saħħa tas-smigħ, miljuni ta' Ewropej qed ikollhom jaffaċċjaw ħafna aktar problemi ta' saħħa li jistgħu jiġu evitati. Aktar minn hekk, jirriżulta li madwar l-Unjoni Ewropea, l-ispiża tal-qgħad, it-tnaqqis fil-produttività, u l-irtirar bikri minħabba telf ta' smigħ mhux ittrattat hija stmata li tilħaq madwar EUR 185 biljun fis-sena. Meta jiġu inklużi spejjeż mhux mediċi jew spejjeż mediċi għal komorbiditajiet u kumplikazzjonijiet oħra ta' saħħa, l-ispiża reali tat-telf tas-smigħ hija stmata li titla' għal madwar EUR 213 biljun, somma li tiżboq dik tal-baġit allokat għall-Unjoni Ewropea bil-bosta. Dan in-nuqqas ta' attenzjoni huwa primarjament attribwit għal nuqqas ta' informazzjoni li jgħin lin-nies biex jieħdu l-passi meħtieġa u jikkuraw problemi tas-smigħ. Għaldaqstant bħala Membru Parlamentari Ewropew u anke fil-kariga tiegħi ta' Chair tal-Forum dwar is-Saħħa tas-Smigħ tal-Unjoni Ewropea, matul dawn l-aħħar snin ħdimt u ħadt inizzjattiva f 'dan il-qasam bil-għan li jiżdied l-għarfien. Infatti matul is-sena li għaddiet, flimkien mal-Ministru għall- Inklużjoni u l-Kwalita' tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli, kont nedejt proġett pilota f 'Malta bil-għan li jiġu identifikati każijiet ta' nuqqas ta' smiegħ. Permezz ta' dan il-proġett ġiet analizzata s-saħħa tas-smiegħ ta' madwar ħames mitt ċittadin Malti bil-għan li jiġi evitat aktar deterjerazzjoni tas-saħħa tas-smiegħ tagħhom, imma wkoll sabiex ikunu jistgħu jingħataw gwida professjonali għall-kura meħtieġa biex itejbu s-saħħa tas-smiegħ u fl-aħħar mill-aħħar, il- kwalita' tal-ħajja tagħhom. Sabiex inkomplu nibnu fuq dan is- suċċess, matul din il-ġimgħa, flimkien mal-Ministru għall-Inklużjoni, il- Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli, erġajt nedejt din l-inizzjattiva għat-tieni sena konsekuttiva, fejn flimkien mal-Malta Association of Audiologists se nkunu qed nerġgħu noffru dawn it-testijiet bla ħlas sabiex aktar nies ikollhom l-opportunita' li jipprevjenu t-telf tas-smigħ. Din l-inizzjattiva ser tkun qed tgħinna wkoll sabiex niġbru kampjun akbar ta' riżultati u allura ser ikollna idea aktar ċara tas-sitwazzjoni f 'pajjiżna. Din id-darba s-sessjonijiet se jkunu qegħdin isiru fil-lokalitajiet taż-Żurrieq, Ħaż-Żebbuġ u l-Birgu. Nemmen li s-saħħa tas-smigħ hija element importanti ħafna fis-sistema tas-saħħa tagħna u għaldaqstant inħares 'il quddiem għal aktar kollaborazzjoni u ħidma proattiva f 'dan is-settur, li anke qed tiġi rikonoxxuta fuq livell internazzjonali. Riċentament, Patrick D'Haese, il-Koordinatur Internazzjonali tal-Hearing Health Forum, faħħar din il-ħidma u minkejja li huwa l-iżgħar Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, huwa qal li pajjiżna qiegħed ikun meqjus bħala mudell uniku fl-isfera internazzjonali fejn jidħlu testijiet ta' smigħ mingħajr ħlas. Fil-kariga tiegħi ta' Chair tal-Forum dwar is-Saħħa tas-Smigħ tal-Unjoni Ewropea u kif ukoll fl-irwol li qed naqdi permezz tal-ħidma favur id-drittijiet ta' persuni b'diżabilita' fuq livell Ewropew, huwa ta' sodisfazzjon għalija li nara lil pajjiżi jkun minn ta' quddiem b'dawn l-inizjattivi li jwasslu biex iċ-ċittadini tagħna jkollhom ħajja aktar sana, u li fl-aħħar mill-aħħar ikomplu jimbuttaw 'il quddiem l-aġenda tal-Gvern favur aktar inklużjoni. Ħ afna nies li nitkellem magħhom jesprimu l-preokkupazzjoni, l-għadab u r-rabja tagħhom għall-mod kif il- ħajja qed togħla b'mod inkontrollabbli. Hawn ukoll min qed ibati fis-skiet, waħdu jew waħedha, jew forsi ma' oħrajn, minħabba dan il-fenomenu, u anke jibża' juri wiċċu minħabba biża' ta' xi vendikazzjoni. Smajna ħafna li ż-żieda fil-prezzijiet hija inevitabbli, dovut għall-pandemija tal-Covid u tal-Gwerra fl-Ukrajna. Ma nistgħux niċħdu li l-Covid għamel ħafna ħsara. Nafu wkoll li l-invażjoni tal-Ukrajna kompliet tgħarraq is-sitwazzjoni. U nkunu boloh jekk ma nammettux li d-dinja kollha sofriet u qed issofri riperkussjonijiet fil-prezzijiet ta' diversi oġġetti, inkluż dawk essenzjali. Kieku dan il-piż qed jinġarr b'mod ekwu, fiha u ma fihiex. Pero' hawn Malta, bħal dejjem matul dawn l-aħħar snin, għandna sitwazzjoni surreali. U din is-sitwazzjoni hija surreali fuq diversi fronti. L-ewwelnett, ma nistgħux nimu kif f 'Malta il-Gvern, suppost tal-ħaddiema, irnexxielu joħloq diskrepanza enormi u dejjem tikber bejn min qed igawdi b'mod sproporzjonat għax huwa ta' ġewwa jew għax għandu l-ħbieb, billi jingħata mijiet ta' eluf ta' ewro minn fondi pubbliċi għal xi kariga fittizja mingħajr ebda ġustifikazzjoni, jew xi kuntratt esorbitanti f 'direct order, u min qed ibati għax huwa ċittadin komuni, onest, b'paga modesta jew għax pensjonant, għax mhux żviluppatur u għax m'għandux ħbieb Kastilja. Filwaqt li għandna President li jippriedka fuq l-għaqda nazzjonali, ir-realta' turi xort'oħra. Hemm oċean jaqsam bejn iż-żgħir u l-batut li jrid joqgħod attent għal kull ċenteżmu u s-sinjur li sar sinjur mhux għax ħaqqu, imma għax indiehes fil-klikka ta' ġewwa, ħabib ma' Ministru jew saħansitra eks klijent tal-Prim Ministru. Lilek, li minitx fil-klikka ta' ġewwa, jarawk darba kull ħames snin. Jafuk u jifirħu bik darba kull ħames snin. Imbagħad jarmuk, itellgħu ix-shutters u jiddawwru b'nies tal-flus u lilek jinsewk. Użawk, daħqu bik u issa jħalluk tissielet waħdek biex tkampa. Waqt li għandna żviluppaturi bħal Joseph Portelli li qed jibilgħu lil Għawdex bil-barka ta' awtoritajiet, issib żgħażagħ li dak il-biċċa flat ma jaffordjawhx għax il-banek ma jsellfuhomx. Waqt li għandek ħela ta' aktar minn €20 miljun fl-MTA, ħela u tgerfix fl-Enemalta (għax mhux ta' ġid li nkunu nafu x'qed jiġri), direct orders, xogħlijiet fittizji għal-ħbieb tagħhom, ħbieb u familji li kkapparraw Kemmuna, għalik voucher ta €100 qabel l-elezzjoni, biex jagħmik bil-frak waqt li huma jifgaw b'erbat iħluq. Waqt li l-ħajja qed togħla kuljum irridu noqgħodu b'żieda surreali għall-għoli tal-ħajja darba fis sena ta' €1.75 meta huwa ovvju li fiċ-ċirkostanzi preżenti ir-reviżjoni trid issir tal- anqas darbtejn fis-sena. Il-living wage ġabuha ħolma u bl-iskuża li jkompli jogħla kollox ma jagħmluhiex. U żgur, għax sabiħ tħaddem u tħallas biċ-ċiċri, speċjalment meta tifqa' s-suq b'ħaddiema barranin. Ma għadx baqa' Gvern tal-ħaddiem, imma Gvern li jaħdmek, li jċaħdek minn kwalità tal-ħajja deċenti li jġibek skjav ta' bank għal- għomrok kollu biex tħallas flat. Li d-dar, li suppost huwa dritt, saret oġġett ta' spekulazzjoni u tajna l-ġenb lit-turizmu, lill- istorja u lil- kultura għall-bwiet tal-it. Int tgħix f 'infern ta' storbju, trab u tqanċiċ biex ħaddiehor iħaxxen butu u tiegħek dejjem vojt. Qed ngħixu sitwazzjoni surreali ukoll għax l-organi u l-awtoritajiet fil-pajjiż li suppost qed jittrattaw iż-żieda fil-prezzijiet huma totalment assenti jew saru irrelevanti. Hemm bżonn li l-agenziji li suppost jipproteġu lill-konsumatur iqumu mir-raqda u jaraw li dawn il-prezzijiet li qed jogħlew minn barra, skuża li ilni nisma minn tfuliti, jkunu għolew b'mod ġustifikat sal-inqas ċenteżmu. Ma nistgħux bl-iskuża tas-suq ħieles inħallu min japprofitta għax l-awtoritajiet bla snien jew juruhom rarament ma' min mhux parti miċ- ċirku tal-ħbieb tal-ħbieb. U x'sar mill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Socjali (MCESD)? X'diskussjonijiet qed isiru fi ħdanu biex tigi trattata din il- problema, kemm fl-immedjat u anke fil-futur? Dan l-organu importanti li jigbor fih l-imsieħba socjali suppost qed iservi ta' xprun sabiex l-għajnuna li joffri l-Gvern tkun waħda għat-tul u mhux tal-vouchers tad-darba kultant. Għax aħna mhux darba kultant nitimgħuhom lit-tfal tagħna, mhux darba kull ħames snin inħallsu l-kontijiet tagħna (għax aħna mhux bħall-partiti politici l-kbar, 'il fuq mill-liġi u mgħaddsa fi djun li jippruvaw inessuhulna). Nagħlaq b'appell - appell lill-awtoritajiet tal-pajjiż biex ma jkomplux jagħtu n-nar lil din id-dikotomija li qed toħloq żewġ klassijiet ta' ċittadini fil-pajjiż u ser tispiċċa tfarrakna bħala nazzjon; appell lill-istituzzjonijiet u organi kompetenti biex, flok jistaħbew, imiddu għonqhom għax-xogħol u jfasslu miżuri ta' fejda li jindirizzaw b'mod konkret u immedjat it-tbatijiet ta' dawk l-aktar fil-bżonn. U fuq kollox, appell lil min qiegħed f 'diffikulta' biex ma jaqtax qalbu, isemma leħnu u jingħaqad magħna - din hija kwistjoni li bi ħsiebna nkomplu nsusu fuqha, mhux għax hija konvenjenti, mhux għax trebbaħna l-voti imma għax verament nemmnu li kull bniedem għandu jgħix b'mod xieraq u dinjituż. Sandra Gauci Sandra Gauci hija Deputat Chairperson tal-ADPD Alex Agius Saliba huwa MEP f'isem il-Partit Laburista Alex Agius Saliba

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 August 2022