Illum previous editions

ILLUM 9 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481354

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 09 TA' OTTUBRU 2022 ħaddiem minn miegħu jitfagħhom fil-privat Hekk nimlew l-impjiegi bil-Maltin' minn nofs miljun ewro, fi dħul permezz ta' bejgħ. Fakkar ukoll illi biex wieħed jagħti rendikont tal-accounts tal-kumpanija, tiġi tiswa' madwar €2,000 fis-sena u għalih din mhix raġonevoli, speċjalment għal negozju żgħir. 'Aħna qatt ma opponejna ż-żieda fil- COLA' Iż-żieda fil-prezzijiet hija problematika għal diversi raġunijiet u din Abela irrikonoxxiha. Tant hu hekk li bħala Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji, qatt ma opponiet ż-żieda fil- COLA jew talbet li tinbidel iċ-ċifra, li se tkun kważi €10 fil-ġimgħa. Madankollu huwa stqarr li għas-sid din se tkun sfida oħra li se jkollu jilqa' għaliha, kemm jekk wieħed iħaddem ħames persuni jew 10. Qal li jekk wieħed ikun fin-negozju, jaf li kollox qed jgħola u għaldaqstant, "anke biex tħaddem lin-nies miegħek, se tkun ogħla." Abela saħaq li minħabba f 'hekk, biex is-sidien ikopru dak li qed jitilfu, dan se jagħmluh billi jgħollu s-servizzi tagħhom. Madankollu qal li kull fejn tmur, se ssib mijiet ta' ħwienet oħra li joffru l-istess prodott jew servizz. Għal dan huwa rrimarka li "jekk persuna tibda' tara ħafna prodotti bl-għoli faċilment tista' tmur għand ħaddieħor." Hawn l-ILLUM ġibditlu l-attenzjoni u qaltlu li r-realtà hi li ħafna qed jadottaw dan il-prinċipju li għamel referenza għalih hu u staqsietu, x'se jiġri meta n-nies jibdew jagħtu priorità lill-affarjiet bażiċi biss u dan iwassal biex ifallu xi negozji? Hawn huwa saħaq li kulħadd għandu l-prioritajiet personali tiegħu u mhux kulħadd għandu l-istess stil ta' ħajja. Min-naħa l-oħra huwa fakkar li waqt iż-żmien tal-pandemija, ċertu ħwienet tal-merċa kienu jbigħu prodotti li fis-snin ta' qabel ma kinux ibigħu daqstant u allura l-ħtiġijiet tan-nies jinbidlu skont il- prioritajiet tagħhom. L-ILLUM staqsiet ukoll jekk jaqbilx li l-Gvern jinċentiva lil ċertu negozji li jżommu l-prezzijiet raġonevoli. Abela saħaq li bil- kompetizzjoni li hawn fis-suq in-negozji diġà jippruvaw, mill-aħjar li jistgħu, iżommu l-prezzijiet raġonevoli. Stqarr ukoll li llum il-kontrolli fuq il- prezzijiet spiċċaw, "dak kien żmien Mintoff u l-għassiesa tax-xerrejja. Illum il-Gvern ma jistax jikkontrolla bħalma kien jagħmel qabel." Minflok qal lil din il-gazzetta li jkun aktar għaqli li nibdew nagħmlu użu minn prodotti lokali. Abela saħaq li issa wasal iż-żmien li bħala pajjiż inwarrbu l-ideoloġija li prodotti ta' barra huma aqwa u li nibdew nutilizzaw u nixtru prodotti lokali. "Illum il-ġurnata naraw diversi negozji li huma kapaċi jikkompetu ma' dawk ta' barra. L-istess il-prodotti agrikoli lokali, m'għandi l-ebda dubju li l-Maltin jagħmlu prodotti professjonali. Naħseb waħda mill-affarjiet li għallmitna l-pandemija hi li għandna naprezzaw il-prodotti tagħha." "X'se jiġri meta l-prodotti ta' barra ma jaslux?" staqsa Abela. Żied jgħid li fuq dan il-prinċipju stess għandna nippromwovu prodotti manifatturati lokalment. 'Ma tantx għad hawn nies li jaħdmu bil- minimum wage' Lejn l-aħħar ta' din l-intervista, l-ILLUM u Abela qabdu diskursata fuq il-ħaddiema fis-setturi lokali jew aħjar, in-nuqqas tagħhom. Fil-fatt f 'pajjiżna għandna żewġ realtajiet. L-ewwel realtà hija dik ta' diversi sidien ta' negozji li jagħżlu li jħaddmu u jimpurtaw ħaddiema barranin bil-għan li jżommu l-pagi aktar baxxi. Fl-istess waqt hemm realtà kerha oħra li mas-snin, il-ħaddiema qed jonqsu drastikament f 'setturi partikolari fosthom il-catering u l-kostruzzjoni. Abela irrimarka li biex pajjiżna verament jimxi 'l quddiem, irid jagħmel dan biss bi tkabbir ekonomiku u biex ikollna dan it- tkabbir, "irid ikollna l-ħaddiema." Abela jsostni li llum il-ġurnata ma tantx għad fadal negozji li jadħmu b'nies bil- minimum wage. Fil-fatt saħaq li ħafna sidien qalulu li waqt l-interview tax-xogħol l-applikanti jagħtu stima ta' kemm għandhom jitħallsu u mhux bil-kontra, kif kienet in- norma għal diversi snin. Allura għaliex in-negozjanti qed jibqgħu mingħajr ħaddiema jekk ma tantx għad fadal sidien li jħallsu bil-minimum wage? Abela saħaq li llum ħafna żgħażagħ li qed jagħżlu li jibqgħu jistudjaw u għaldaqstant ikun hemm ċertu setturi b'kundizzjonijiet aktar diffiċli, li mhux qed jattiraw liż- żgħażagħ. Jemmen li għandna nsibu bilanċ bejn il- ħaddiema Maltin u barranin. U għalhekk pront kien lest b'soluzzjoni u ppropona li l-Gvern jaqbad madwar 5,000 ħaddiem statali, deskritti minnu bħala "mhux produttivi" u jitrasferihom f 'setturi differenti fil-privat u jibqa' jħallsilhom il-paga għal sentejn. "B'hekk inħaddmu lill-Maltin fis- setturi li neqsin minnhom filwaqt li l-Gvern jibqa' jħallashom. Dawn kważi jkollhom żewġ pagi." Din il-gazzetta waqqfet lil Abela u staqsietu "għaliex il-Gvern għandu jerfa' din ir- responsabilità u jibqa' jħallashom, jekk dawn se jkunu qed jitħaddmu mill-privat?" Abela fakkar lill-ILLUM bl-iskema tat- tapering of benefits. Din l-iskema tapplika għal dawk li kienu jingħataw il-benefiċċji soċjali għax kienu bla impjieg, bil-għan li tħajjarhom isibu xogħol. La darba dawn ikollhom impjieg, il-Gvern jibqa' jħallas persentaġġ tal-benefiċċji soċjali (kull sena jitħallsu persentaġġ inqas), sakemm eventwalment jaqta dan il-ħlas. Għalhekk jemmen li jekk din l-iskema għandha tapplika wkoll għall-ħaddiema "mhux produttivi" u din issolvi l-problema ta' nuqqas ta' ħaddiema f 'ċertu setturi. Mistoqsija jekk hux qed jiltaqgħu ma' problemi ta' proċessar ta' visa għall- ħaddiema barranin, Abela stqarr li inizjalment dawn kienu problematiċi ħafna. Madankollu sostna li permezz ta' ħidma mal-Identity Malta, illum sar progress notevoli. Fil-fatt permezz tal-ħidma bejn iż-żewġ entitajiet u l-Ministeru ikkonċernat, illum jekk ħaddiem barrani jitkeċċa jew jagħżel li jitlaq mix-xogħol għandu xahar ċans biex isib xogħol ieħor qabel jiġi deportat, kuntrarju għal 10 'ijiem, kif kienet qabel. "Nemmen li l-proċess issa qed jeħfief. Għadna ma lħaqniex il-miri kollha, iżda qed isir progress. Madankollu rrid ngħid li xi kultant qed ikun hemm ħafna pproċessar u due diligence żejjed fuq dawn il-ħaddiema. Possibli li kulħadd ġej Malta għal skopjiet ħżiena?" temm jistaqsi rettorikament il- President tal-Kamra għan-Negozji Kbar u Żgħar, Paul Abela.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 October 2022